Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28286 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tqassim ta’ siringi b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b’xejn fl-2016 u jaqsam l-informazzjoni skont il-post minn fejn dawn tqassmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Ottubru tal-2016 tqassmu 783,309 siringi u nirrimarka li dawn is-siringi jitqassmu lill-pazjenti li jbatu bid-diabete jew kundizzjonijiet mediċi oħra, u kif ukoll lill-individwi li għandhom problema ta’ abbż mid-droga.
Leg 12 PQ #28287 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Retractable syringes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jikkunsidra li jintroduċi retractable syringes għal min jingħata s-siringi b’xejn sabiex jiġu evitati riskji minn siringi li jitħallew esposti f’postijiet pubbliċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex innaqsu r-riskji ta’ nies li jittaqqbu b’mod aċċidentali minn labar użati, d-dipartiment tas-saħħa beda kampanja li jitqassmu kaxxi apposta (Sharp Containers) miċ-ċentri tas-saħħa biex il-labar użati jintremgħu b’mod aktar sikur.
Leg 12 PQ #28288 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ overdose ta’ droga

Question

Jista’ l- Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22438 u 23972 u jgħid kemm-il persuna tilfet ħajjitha kawża ta’ overdose ta’ droga fl-2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015 kien hemm tmien imwiet kawża ta’ overdose ta’ droga.
Leg 12 PQ #28289 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ overdose ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tilfet ħajjitha kawża ta’ overdose ta’ droga s’issa matul l-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li dawn il-każijiet jeħtieġu analażi tossikoloġiku li jista jieħu ż-żmien, figuri aġġornati għas-sena 2016 għadhom mhux disponibbli.
Leg 12 PQ #28290 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar ġdid għall-kura tas-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern ser jibda t-twettiq ta’ sptar ġdid għall-kura tas-saħħa mentali li kien indikat li ser isir fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess sabiex jinħatar Board ta' Diretturi għas-Saħħa Mentali li se jfassal l-istrateġija f'dawn il-qasam. Dan il-board se jkollu rappreżentanza tal-istakeholders f'dawn is-settur.
Leg 12 PQ #28291 Sitting 453 2016-11-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Professjonisti fil-qasam tas-saħħa — polza ta’ assigurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tobba, nurses u allied health care professionals humiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni għal claims għal danni li jistgħu jiffaċċjaw jekk jagħtu għajnuna lil persuni barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jippreċiza għal liema polza ta' assigurazzjoni qed jirreferi għaliha.

Persuni li jieħdu Benefiċċji Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu benefiċċji soċjali fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, Floriana, il-Marsa, il-Pietà, il-Ħamrun u Santa Venera u jaqsam l-informazzjoni skont il-benefiċċju rispettiv?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu fuq in-numru ta’ persuni li qegħdin jieħdu benefiċċji soċjali fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, Floriana, il-Marsa, il-Pietà, il-Ħamrun u Santa Venera, skont il-benefiċċju rispettiv, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #28281 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Barts School of Medicine – programmi akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programmi akkademiċi li kellhom jingħataw bħala parti mill-ftehim tal-Gvern ma’ Barts School of Medicine bdewx jingħataw? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parametri kollha marbutin ma’ dawn il-programmi akkademiċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-preparamenti sabiex l-ewwel studenti jibdew jingħataw tagħlim fil-livell ta' under-graduate huma fi stadju avvanzat.
Leg 12 PQ #28282 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Paola Health Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Paola Health Hub?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23970.
Leg 12 PQ #28283 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

L-Isptar Boffa – kura li qed tingħata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kura qed tingħata fl-Isptar Boffa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Boffa kien u għadu jservi bħala bażi għad-Dipartiment tad-Dermatologija. Minn Diċembru 2015, wara li saret il-migrazzjoni tal-pazjenti tal-Onkoloġija fl-Isptar Boffa lejn iċ-Ċentru tal-Onkoloġija l-ġdid Sir Anthony Mamo, ammont ta’ sodod bdew jintużaw għal pazjenti li jeħtieġu kura fit-tul.
Leg 12 PQ #28284 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

L-Isptar Boffa – Pjanijiet għall-użu tiegħu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-użu effettiv tal-Isptar Boffa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 28283.
Leg 12 PQ #28285 Sitting 452 2016-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Electronic Patient Record

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-introduzzjoni tal-Electronic Patient Record?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret applikazzjoni għal Fondi Ewropej permezz tal-European Regional Development Fund f'April ta' din is-sena għat-twettiq ta’ sistema ta’ National Electronic Health Records.

Kunsill Lokali Belt Valletta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23878 u 24116 u jgħid x’inhi r-raġuni li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mhuwiex f’pożizzjoni li jiffinalizza l-Financial Statements tiegħu u x’ser jagħmel il-Gvern biex isolvi din is-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 23878

Proġett tal-V18 – finanzi pubbliċi minfuqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu finanzi pubbliċi fuq il-proġett tal-V18, sena b’sena, mill-2013 ’il hawn u għal kull sena jgħid kemm minn din l-ispiża kienet marbuta ma’ proġetti infrastrutturali?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Proġett tal-V18 – proġetti infrastrutturali fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ proġetti infrastrutturali li saru fil-Belt Valletta bħala parti mill-proġett tal-V18?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l- informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Asset Management Bureau

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda jopera l-Asset Management Bureau u jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma u l-operat tiegħu s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

'Il-corpus delicti' u l-qliegh minn attivitajiet kriminali jigu konfiskati in forza ta diversi ligijiet fosthom il- Kodici Kriminali, il-ligijiet dwar id-drogi, dwar il-money laundering u dwar id-dazji. Dawn il-konfiski huma amministrati minn unit apposta fil-Qorti u mill-Pulizija. Il-Gvern haseb biex jistabbilixxi Asset Management Bureau li twaqqaf b Avviz Legali biex jibda jiehu hsiebdanix-xoghol. Dak il- Bureau prezentement qieghed fl-istadju tal-organizzazzjoni inizjali tieghu u tal- konstatazzjoni dwar kif jista jkun l-aktar effettiv u ekonomiku.

Asset Management Bureau – fondi maqbuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu fondi mill-Asset Management Bureau kemm ilha li bdiet topera?

Response (BONNICI, OWEN)

Nireferi l-Onorevoli Membru ghar-risposta ghad-domanda 28277 dwar l-istess suggett li qeghda tinghata kontestwalment.

IIP Account – kontribuzzjonijiet lil għaqdiet filantropiċi/NGOs

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24119, jista’ l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2016 u jaqsam l-informazzjoni skont l-għaqdiet filantropiċi/NGOs li bbenefikaw?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi minn meta beda l-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment sal-ahhar t’Ottubru 2016, kien hemm 169-il ghotja illi inghatat lil ghaqdiet filantropici/NGOs jew organizazzjonijet simili, b’total globali ta’ €1,438,100.00
Leg 12 PQ #28268 Sitting 450 2016-11-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Marsa – Trasformazzjoni tas-Sit tal-power station tal-Enemalta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-applikazzjoni għall-permessi tal-PA biex is-sit tal-Power Station tal-Enemalta jiġi ttrasformat f’open space għall-komunità Marsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28267 (tmienja u għoxrin elf, mitejn, sebgħa u sittin)

Proġett tat-tablets fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma li saret s’issa fuq il-proġett tat-tablets fl-iskejjel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tablets magħruf bħala One Tablet Per Child (OTPC) laħaq fażi oħra fejn wara li f’Settembru 2015 hekk kif matul is-sena kien spiċċa l-proġett pilota kien sar l-ewwel taħriġ fuq il-prinċipji tal-OTPC, fis-16, 19 u 20 ta’ Settembru 2016 ingħata t-tieni taħriġ lill-għalliema kollha li se jkunu qed jgħallmu lit-tfal fir-Raba’ Sena. It-taħriġ sar minn 26 għalliem speċjalizzat li ħadu t-taħriġ tagħhom mill-kumpanija li rebħet it-tender. Matul dawn it-tlett ijiem tqassmu l-ewwel tablets u materjal ieħor li se jgħin lill-għalliem fil-klassi. Tqassmu 483 tablets bis- software stallat lest u l-għalliema ħadu l-ewwel taħriġ fejn raw kif ikunu jistgħu jikkontrollaw il-klassi u jwasslu l-oġġettivi tat-tagħlim bl-aktar mod effettiv u effiċjenti. Is-sapport se jibqa’ jingħata matul is-sena biex l-għalliema jagħmlu progress bil-mod il-mod. Minn Settembru sa Diċembru l-għalliema qed ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom bl-għajnuna tal-għalliema speċjalizzati sakemm madwar 4000 tablet jibdew jitqassmu lit-tfal kollha fil-bidu ta’ Diċembru 2016. Bejn issa u Diċembru se jkunu qed isiru laqgħat mat-tfal biex nitkellmu magħhom dwar kif jieħdu ħsieb it- tablet u kif jużawh kif ukoll qed isiru laqgħat mal-ġenituri fejn qed jiġi diskuss mhux biss it- tablet imma l-idea sħiħa ta’ litteriżmu diġitali. L-għalliema għandhom madwar 35 app li l-għalliema speċjalizzati għażlu u fasslu ideat marbutin magħhom kif jintużaw fil-klassi, 13-il app li ġew mat- tablets kollha marbuta ma’ ‘l fuq minn 360 lezzjoni mifruxa fuq is-suġġetti kollha. Il-ktieb tal-qari bil-Malti Buffuri supplimentat b’realtà awmentata (Augmented Reality AR) u programmi oħra li nxtraw f’tender separat li jmissu l-Coding, Videos-logħob u kwiżżis interattivi- concept mapping li jkopru x-xjenza, matematika, qari, kitba, mużika u arti, u app oħra li tgħin lit-tfal fil-kitba tal-Malti u l-Ingliż. Il-maġġoranza tal-apps mhumiex drill-and-practise imma miftuħa u għaldaqstant jistgħu jintużaw f’diversi sitwazzjonijiet. Tender ieħor se joħroġ biex jinxtara software ta’ kotba tal-qari livellat kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż. Barra minn hekk, il-klassijiet kollha tar-raba’ sena ġew provduti aċċess ta’ Wi-Fi. Dan is-servizz jagħti faċilità ta’ konnettività mmaniġġjata u b’hekk tipprovdi kull tablet aċċess għall-internet b’awtentiċità awtorizzata għal kull individwu. Servizzi oħra fuq din il-pjattaforma tinkludi r- ‘Real-Time Classroom Management Application’ u l -‘Mobile Device Management Application’. Dawn jaħdmu id f’id sabiex jipprovdu soluzzjoni teknika u ħolistika għat -tablet.