Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa t-timeline biex jitwettaq il-proġett tas-submarine cable bejn Malta u Marsilja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif ġie indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28363, il-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-European Investment Advisory Hub (EIAH) fi ħdan il-European Investment Bank. It-timeline kif ukoll il-mudell ta’ kif is-submarine cable se jiġi mħaddem se jiġu ddeterminati meta d-diskussjonijiet mal-EIAH ikunu konklużi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hijiex qiegħda tinforza l-prinċipji ta’ Net Neutrality u jekk iva, kif qed tagħmel dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-Awtorità ta’ Malta dwar il Kommunikazzjoni kompliet fil-ħidma tagħha dwar in-Net Neutrality tar-Regolament (UE) 2015/2120 billi fost oħrajn ikkomunikat mal-operaturi kkonċernati sabiex tassigura li ikun hemm konformità da parti tal-istess operaturi mad-dispożizzjonijiet applikabbli, fosthom dawk dwar it-trasparenza fil-kuntratti dwar ġestjoni ta’ traffiku, rimedji u għoti ta’ kumpens.
Sabiex tagħmel dan, l-Awtorità qiset sew l-artikoli applikabbli tar-Regolament, kif ukoll il-linji gwida li ppubblikat il BEREC f’Awwissu ta’ 2016, fir-rigward ta’ liema l-Awtorità tat is-sehem tagħha fit-tfassil tagħhom.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26773, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx aktar proġetti ta’ avjazzjoni ġodda/addizzjonali li huma kommessi li jsiru fis-Safi Aviation Park jew f’xi art fil-viċinanza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti mill-proġetti msemmija fit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 26773, qiegħed isir titjieb fl-infrastruttura billi titwessa t-Taxiway eżistenti biex tkun tista' tieħu ajruplani akbar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħet l-eSkills Foundation fl-2014, l-2015 u s’issa matul l-2016?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eSkills Malta Foundation iltaqgħet 11-il darba matul is-sena 2014, 12-il darba fl-2015 u 10 darbiet sa Novembru 2016.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ fiex wasal il-proġett tal-Fibre to the Home (FTTH)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Fibre-to-the-Home (FTTH) flimkien ma’ Next Generation Access Networks, jiġifieri teknoloġiji avvanzati Ii huma kapaċi jipprovdu internet veloċi bi speeds ferm għola minn dawk ta' networks tradizzjonali, qed ikomplu jiġu rolled-out permezz ta' investiment qawwi mis-settur privat. II-Gvern qed ikompli jiffaċilità dan I-iżvilupp permezz ta' numru ta’ inizjattivi kif imsemmi hawn taħt:
- Tkomplew I-isforzi sabiex tisaħħaħ il-koordinazzjoni bejn entitajiet differenti tal-Gvern, fosthom Transport Malta (TM), il-Planning Authority (preċedentement il-MEPA) u I-Awtorità ta' Malta dwar iI-Komunikazzjoni (MCA), fejn jidħol xogħlijiet Ii jkun hemm bżonn isiru fuq dawn in-
networks
. Fost I-oħrajn, wara ħidma intensa bejn I-MCA, TM u
I-Building Regulations Office,
ġiet trasposta direttiva Ewropea bil-għan Ii tonqos I-ispiża biex jitqegħdu
networks
Ii kapaċi joffru servizz tal-
Internet
b'veloċità għolja. Malta kienet minn ta' quddiem biex din id-Direttiva tiġi addottata bil-għan Ii jiġu riveduti I-elementi involuti fit-tnedija ta'
networks
ġodda, kif ukoll biex jiġu indirizzati I-problemi Ii jiffaċċjaw I-operaturi f'dan ir-rigward u Ii jistgħu jxekklu l-investiment fis-suq.
- L-MCA ukoll ħarġet deċiżjoni, wara Ii nehdiet eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika, Ii titratta I-aċċess virtwali għall-infrastruttura tal-FTTH fejn dan jitqiegħed mill-kumpanija GO plc. Din is-soluzzjoni tippermetti Ii I-operaturi oħra jkunu jistgħu jixtru I-aċċess virtwali mingħand GO plc b'mod ġust, filwaqt Ii jiġi aċċertat Ii I-istess investiment sostanzjali ma jiġix ippreġudikat.
- Bil-għian Ii tiżdied id-domanda għal servizzi
tal-broadband
ta' veloċità għolja, qed tkompli I-ħidma minn aġenziji tal-Gvern, fosthom I-MCA u I-MITA, biex titnaqqas kemm jista' jkun il-firda diġitali u jiżdied I-għarfien fl-uu tal-ICT fost iċ-ċittadini u n-negozji Maltin. Permezz ta' diversi programmi, qiegħda tingħata opportunità ta' taħriġ Iill-individwi u negozji żagħar biex iressaqhom iktar viċin it-teknoloġija.
II-Gvern jinsab kommess li jsostni il-progress milħuq minn Malta f'dan is-settur tal-broadband fuq networks fissi, kif jixhed ii-Broadband Coverage Report ikkummisjunat mill-Unjoni Ewropea. Dan ipoġġi Iii Malta minn ta' quddiem nett fl-Ewropa fejn tidħol iddisponibbilità għal servizzi broadband ta' veloċità 'I fuq minn 100 Megabits per second, fejn f'Malta din tkopri 99.4 fil-mija tal-pajjiż, waqt Ii I-medja Ewropea hija ta' 49 fil-mija (fis-sena 2015).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux ser jinvesti u/jew jinċentiva aktar konnessjonijiet fibre optic bejn pajjiżna u pajjiżi oħra? Jekk iva, jista’ jgħid kif u meta ser jagħmel dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif ġie indikat fid-diskors tal-baġit tal-Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, I-Awtorità dwar il-Kommunikazzjoni għadha kemm nediet studju dwar il-fattibilità teknika, ekonomika u finanzjarja ta' submarine cable ġdid bejn Malta u postijiet alternattivi oħra fil-kontinent Ewropew bil-għan Ii titjieb I-adattabbilità u I-kwalità tal-konnettività tat-telekomunikazzjoni internazzjonali attwali. Dan I-istudju ġie iffinanzjat permezz ta' Fondi Ewropej. Fost affarijiet oħra, I-istudju jikkonferma li konnettività elettronika internazzjonali b'saħħitha, effiċjenti u effettiva tibqa' kritika sabiex Malta tkompli iżżid I-kompettività fis-settur tal-informatika.
Il-Gvern qiegħed jikkonsidra diversi metodi kif dan I-investiment jista’ jseħħ billi fost l-oħrajn qiegħed f'diskussjonijiet mal-European Investment Advisory Hub fi ħdan il-European Investment Bank u dan sabiex jiddetermina kif il-Ggvern jista' jibbenefika minn strumenti finanzjarji taħt il-kappa tal Connecting Europe Facility Broadband Fund.
Malta Gaming Authority – żieda fl-ispejjeż amministrattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex, skont il-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA), fl-2015 l-ispejjeż amministrattivi tal-MGA żdiedu bi 53% u telgħu għal €8.6m?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kmieni fis-sena 2013, l-Awtorità kienet qed topera b'livell baxx ħafna ta' riżorsi interni li assolutament ma kienux suffiċjenti biex taqdi il-funzjoni tagħha ta' superviżjoni u moniteraġ effettiv ta' settur daqstant kbir, kemm dak land based kif ukoll dak online. Għaldaqstant, il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità ħass il-ħtieġa li saħħaħ il-kapaċitajiet u riżorsi organizzattivi kemm f’dak li hu infurzar, awtorizzazzjoni u compliance kif ukoll f’dak li hu finanzi, assikurazzjoni tad-dħul, l-infrastruttura tal-informatika, u t-tim legali. Barra minn hekk it-twettieq tal-Pjan Stateġiku ta' tliet snin imfassal fil-bidu tal-2014, li apparti Ii kien ikopri id-dmirijiet tal-Awtorità bħala regolatur, kien jinkludi diversi riformi u miri ambizzjuzi li għaldaqstant kien jirrikjedi it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi, iżjed promozzjoni ta' Malta fuq livel internazzjonali u riżorsi adekwati biex l-Awtorità tilhaq il-miri tagħha. Apparti minn hekk, eżerċizzju professjonali ta' right sizing li kien ikkummisjonat, l-Awtorità flimkien ma' eżercizzju ta' benchmarking ma' Awtoritajiet lokali u barranin, wera li l-Awtorità kellha bżonn tissaħħaħ sostanzjalment fir-riżorsi umani tagħha. Dan kollu wassal biex l-ispejjeż amministrattivi tal-Awtorità żdiedu għall-€8.6m.
Malta Gaming Authority — line item Contribution to other entities
Question
Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat ta’ line item Contribution to other entities li skont il-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) tal-2015, għas-sena 2015 kienet tammonta għal €537,245?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Contribution to other Entities, għas-sena 2015 kienu kif ġej:
Responsable Gaming Foundation - €490,685
Gaming Malta - €38,890
Gaming Academy - €7,670
MGA — Provision for Claims u Contingent Liabilities
Question
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni tal-Provision for Claims u Contingent Liabilities li jidhru f’noti 14 u 19 tal-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) għas-sena 2015?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-MGA għamlet proviżjoni ta’ €3.3 miljun fil-Financial Statements għas-sena 2014 bi qbil mal-awdituri tagħha Ernst & Young. Dan sabiex l-Awtorità tapplika l-prinċipju tal-prudenza fil-kontijiet tagħha li għandu jiġi applikat f’ċirkostanzi simili skont International Accounting Standard 37 (IAS37).
II-Provision for claims saret fir-rigward ta' claims minn individwi li qed jinsistu li baqgħu ma tħallsux ammonti dovuti lilhom mill-operaturi liċenzjati mill-Awtorità u qegħdin iżommu lill-Awtorità responsabbli għal dan in-nuqqas. L-Awtorità talbet parir legali fuq dawn il-każijiet.
Fl-aħħar ta' kull sena, l-Awtorità tirrevedi il-Provision for Claims u tagħmel aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa wara li tikkunsidra xi żviluppi li jkunu seħħew matul is-sena. Din ir-reviżjoni ssir b'konsultazzjoni mal-awdituri tagħha.
Kif spjegat fNota 4 tal-Financial Statements, l-Awtorità tevalwa il-claims li jkollha u wara parir legali u konsultazzjoni mal-awdituri tieħu deċiżjoni jekk tagħmilx proviżjoni jew tagħmel nota fil-Financial Statements skont lAS 37. L-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-claims kif spjegat aktar ‘il fuq ikopri kemm il-Provision for claims kif ukoll il-Contingent liabilities.
Jista’ l-Ministru jweieġeb il-mistoqsija parlamentari 23935 u jagħti rendikont ta’ kemm ingħataw eżenzjonijiet minn taxxa jew ħlasijiet ta’ bolla dovuti lill-entitajiet mis-settur privat mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2015? F’kull każ, jista’ jagħti dawn id-dettalji:
a) l-isem tal-entità partikolari;
b) kemm kienet l-eżenzjoni f’termini ta’ flus; u
c) fuq liema bażi/kriterji ngħatat l-eżenzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikklarifika xi jrid ifisser bil-kliem “eżenzjonijiet minn taxxa jew ħlasijiet ta bolla”, u l-isfond ta liema artiklu tal-liġi jkun qed jingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22340 u 23936 u jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B’riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 22335, 22336, 23964 u 23965, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jiġi komputat l-investiment kapitali lokali f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li għandha l-Malta Enterprise hija relatata ma' investiment li sar minn azjendi li rrikorrew għand il-Korporazzjoni għal għajnuna fuq twettiq ta' investiment. Il-figuri mogħtija mill-Korporazzjoni ma jinkludux investiment li twettaq minn azjendi li ma rċevew l-ebda għajnuna mingħand il-Korporazzjoni.
Il-figuri kkwotati mill-Korporazzjoni huma dawk hekk kif mogħtija minn negozji rispettivi fit-
tax returns
li jiġu sottomessi għal fini ta' Investment Aid. Ma' dawn jiżdied ukoll investiment li fuqu l-Korporazzjoni tapprova għajnuna oħra minn skemi eżistenti oltre minn Investment Aid u li għaldaqstant fuqu ma jintalabx għajnuna mill-iskema tal-Investment Aid. F'dan il-każ, l-informazzjoni dwar l-investiment tittieħed minn
invoices
li jiġu sottomessi lill-korporazzjoni bħala parti minn
claims
marbuta ma' għajnuna approvata mill-Korporazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25172 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li permezz tiegħu qiegħed jgħaddi s-sit tal-Marsa Shipbuilding lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux ser tiġi stabbilita xi forma ta’ Free Zone fil-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex ser tkun tikkonsisti u kif ser tkun regolata?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hi komposta l-eSkills Foundation u jgħid x’inhuma r-remunerazzjoni/benefiċċji ta’ kull membru?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eSkills Malta Foundation hija komposta minn membri ġejjin mill-MITA, l-MCA u l-Malta Gaming Authority, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Malta Enterprise u l-Malta Chamber of Commerce and Industry. L-ebda membru ma jiġi rremunerat jew għandu xi benefiċċju.
Membri November 2016:
Mr Carmelo Formosa - Chief Administrator - MITA
Mr Nicholas Vella - MCA
Mr Paul Fenech - MGA
Mr James Catania - Ministry for Education and Employment
Mr Anthony Vassallo - Malta Enterprise
Mr Marcel Cutajar - The Malta Chamber of Commerce and Industry
The Foundation also has the following employees:
Mr Carm Cachia - Executive Coordinator w.e.f. 1st April 2016
Basic Salary €40,000 p.a.
Mobile Phone €120 p.a.
Performance Bonus 0% to 15% of basic salary
Ms Bernadette Zerafa - Manager - seconded from MITA
Basic Salary €25,121 (based on 40 Hrs per week)
Fuel Allowance €2,100 p.a.
Car Cash Allowance €3,420 p.a.
Mobile Phone €120 p.a.
Mobile Internet €120 p.a.
Performance Bonus 0% to 10% of basic salary
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar mill-eSkills Foundation fl-2014, l-2015 u s’issa matul l-2016?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’konformità mal-għanijiet statutorji tal-Fondazzjoni, I-attivitajiet matul is-snin 2014, 2015 u 2016 kienu iffukati fuq Ii jkun hemm impatt f'oqsma rilevanti għall-eSkills. Dawn jinkludu:
- Żieda fl-għarfien fost il-
policy makers
u
stakeholders
fuq I-importanza tal-eSkills bħala rekwiżit ewlieni għall-impjiegi tal-ġejjieni;
- Għarfien akbar fl-industrija tal-ICT u fost I-aġenziji tal-impjieg fuq il-qafas tal
eCompetence Framework
;
- Żieda ta' għarfien fost I-istudenti u I-korpi rappreżentattivi tal-istudenti dwar l-opportunitajiet ta' karrieri u I-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi fl-ICT.
Attivitajiet fl-2014:
- Milħuqa aktar minn 50,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja soċjali (
Twitter
u
Facebook
). Il-messaġġi kienu mmirati għall-
policy makers
u dawk Ii jħaddmu.
- Milħuqa ‘I fuq minn 200,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja, aħbarijiet stampati u siti socjali.
- Ġew ittrenjati aktar minn 50 konsulenti tal-karrieri fil-kulleġġi taI-istat u l-konsulenti tal-impjiegi. It -taħriġ kien fuq il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi fl-ICT.
- Il-Fondazzjoni ħadmet ukoll bħala l-Koordinatur Nazzjonali ta'
eSkills for Jobs
- proġett għall-kampanja Impjiegi fl-ICT fl-Ewropa kollha.
- Ikkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni taI-ICT taI-
eskills for Jobs
. ICTSA (korp ta studenti Maltin taI-ICT fl-Università ta' Malta) ġew fit-tieni post fil-kategorija taċ-Ċittadinanza Diġitali.
- Involuti mas-segretarjat
tal-Grand Coalition of Digital Jobs
u ġiet formalizzata l-
eSkills Malta Foundation
bħala Koalizzjoni Nazzjonali għall-Impjiegi Diġitali.
- Parteċipazzjoni fl-
EU Code Week
.
- Ħidma fuq kampanja tal-midja bbażata fuq assi
online
tal-eskills.org.mt
Attivitajiet fl-2015:
- Ħidma b'enfasi speċjali fuq l-adozzjoni ta' kompetenzi tal-ICT mill-istudenti.
- Attivitajiet fost l-istudenti u l-korpi tal-istudenti rappreżentattivi.
- Parteċipazzjoni fl-avvenimenti tal-karriera organizzati mill-MCAST u mill-Università ta’ Malta.
- Ħidma mal-komunità tan-negozju Maltija b'informazzjoni dwar il-mandat u I-proġetti tal-Fondazzjoni.
- Parteċipazzjoni fil-Forum IDC Leadership ICT.
- Parteċipazzjoni bħala parti mill-ġurija matul iI-fażi ta' kompetizzjoni annwali organizzata mill-lCTSA mmirata lejn intraprendituri żgħażagħ.
- Parteċipazzjoni fil-
Career Exposure Experience
billi assigurat 'l fuq minn 100 post għall-studenti taI-ICT tal-Form 4. Dan qed isir b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet privati u pubbliċi.
- Parteċipazzjoni fir-raba' edizzjoni tal-MCAST EXPO 2015 bil-promozzjoni ta' profili ta' karrieri fl-ICT.
- Parteċipazzjoni fil-
Freshers Week
fl-Università ta' Malta b'kollaborazzjoni mall-ICTSA.
- B'kollaborazzjoni mal-MCAST, issieħbet mal-bqija tal-Ewropa billi organizzat numru ta' sessjonijiet dwar iI-
coding
matul iI-
Coding Week
tal-Unjoni Ewropea.
- B'kollaborazzjoni mal-MITA organizzat numru ta' żjarat fl-iskejjel għal aktar minn 500 student f'25 skola taI-istat, knisja u indipendenti.
- Ħidma kontinwa bħala I-Koordinatur Nazzjonali tal-
eSkills for Jobs
.
- Għal darb'oħra kkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni tal-ICT tal-
eSkils for Jobs
. ICTSA iI-korp studenti tal-ICT taI-Università ta' Malta kienu rrebbieħa tal-Kategorija
Digital Entrepreneurship
.
- Milħuqa aktar minn 300,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja socjali (
Twitter
u
Facebook)
.
- Pubblikazzjoni kontinwa ta' artikli fuq istampa lokali u onlajn.
- Pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Fondazzjoni għas-sena 2014.
- Parteċipazzjoni fil-konferenzi ta' liveII għoli organizzata mis-Segretarjat tal-
Grand Coalition for Digital Jobs
.
Attivitajiet fl-2016:
- Parteċipazzjoni fl-avvenimenti dwar il-karrieri organizzati mill-MCAST u I-Università ta' Malta.
- Partecipazzjoni fil-
Careers and Research Fair
organizzata mill-KSU tal-Univeristà ta' Malta fi Frar 2016.
- Parteċipazzjoni fil-
Career Exposure Experience
2016/2017 billi għal darb'oħra ġew assigurati 'l fuq minn 100 post għall-istudenti tal- ICT tal-Form 4 b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet privati u pubbliċi.
- B'kollaborazzjoni mal-MCAST u din is-sena wkoll mal-Università ta' Malta ssieħbet mal-bqija tal-Ewropa billi organizzat numru ta 'sessjonijiet ta’
coding
matul il-
Coding Week
tal-Unjoni Ewropea.
- Parteċipazzjoni fil-konferenza ta' livell għoli għall-Impjiegi fl-ICT fi Bratislava Ii jinkludi l-iffirmar mill-fondazzjoni għal dikjarazzjoni fuq ħiliet diġitali msejħa
The Bratislava Convention
tal-Unjoni Ewropea.
- Ħidma kontinwa bħala l-Koordinatur Nazzjonali tal-
eSkills for Jobs
.
- Ikkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni tal-ICT tal-
eSkills for Jobs
.
- Rabtiet mal-
eSkills for Jobs
Ewropea bil-pubblikazzjoni ta'
infographics
dwar karrieri fl-ICT magħmulin mill-Fondazzjoni.
- Pubblikazzjoni kontinwa ta 'artikli fl-istampa lokali u onlajn.
- II-Ħolqien ta' aktar għarfien dwar il-Fondazzjoni permezz ta' parteċipazzjoni fi programmi fuq it-televiżijoni Nazzjonali.
- It-tkomplija ta' numru ta' żjarat tal-iskejjel għall 2016/2017 fl-industrija tal-ICT u korpi governattivi li jużaw I-ICT.
- Laqgħat ta' kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni u l-2 Ambaxxaturi tal-
eSkills
u MEPs - Dr. Therese Comodini Cachia u Dr. Miriam Dalli.
- Parteċipazzjoni fis-Sotto Grupp ta' Esperti tal-Ħiliet Diġitali fi Brussell.
- Parteċipazzjoni u indirizzar ġo konferenza tal-Unjoni Ewropea fuq il-Professjonalità tal-ICT.
- Pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Fondazzjoni għas-2015.
- Organizzat Jum Professjonali tal-IT bl-involviment ta' numru ta' individwi li jiffurmaw parti mill-akkademja u l-industrija.
- Laqgħat kontinwi mal-Industrija, Akkademja, u korpi tal-Gvern.
- Kollaborazzjoni mal-'Fastrack into IT' (FIT) tal-Irlanda; il-FITA; u l-Assocjazzjoni ta' min iħaddem f'Malta, permezz ta’ iffirmar ta' MOUs.
- Seminar organizzat b'kollaborazzjoni maċ-CEPIS dwar l-
eCompetence Framework
.
- Saru membri tal-ITPE Ii hija organizzazjoni Ewropea tal-professjonalità tal-ICT.
- Beda ix-xogħol fuq l-
ICT Skills Audit
u
Industry eSkills Gap
jew kif inhu magħruf l-
eSkills Demand and Supply monitor
.
- Twaqqaf Sotto Grupp tal-
eSkills
fl-Industrija u fil-proċess li jitwaqqaf Sotto Grupp tal-edukazzjoni tal-eSkills.
- Prodotti
videos
ta' Ambaxxaturi tal-
eskills
kemm ta' studenti u kif ukoll nies mill-Industrija biex iħeġġu kemm studenti jistudjaw I-ICT kif ukoll individwi biex jaħdmu f’industrija tal-ICT.
- Tifforma parti minn inizjattiva ewlenija ġdida tad-
Digital Skills
and
Jobs Coalition
Ii se tiġi imnedija fl-1 ta' Diċembru 2016.
- PR kontinwu biex titqajjem kuxjenza dwar l-
eSkills
permezz tal-midja soċjali, djalogu mal-
key stakeholders
tal-Fondazzjoni u permezz ta'
partnerships
.
- Twaqfet sezzjoni fis-sit tal-fondazzjoni biex tinkludi korsijiet bla ħlas fuq bażi tal-
elearning
u MOOCs li ġejjin minn organizzazjonijiet internazzjonali, xi ftit minnhom wara kollaborazzjoni ma' entitajiet lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jidħlu fis-seħħ l-inċentivi fiskali għall-Prospects li ssemmew fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-miżura fiskali għall-Prospects, imħabbra fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2017, ntiża li tidħol fis-seħħ b’effet mill-1 ta’ Jannar 2017. Madanakollu bħal kull abbozz fiskali irid jiġi mgħoddi mill-Parlament.
Il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun, Sta Venera, Tal-Pietà, G’Mangia u l-Marsa — popolazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun, Sta Venera, Tal-Pietà (eskluż G’Mangia), G’Mangia u l-Marsa u għal kull lokal jaqsam il-popolazzjoni skont age brackets hekk kif miżmum mill-NSO?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-accrual accounting system?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern ta Malta kien ħa d-deċiżjoni biex tinbidel l-metodoloġija tal-accounting għall-accrual accounting u l-implimentazzjoni ta standards internazzjonali għas-settur pubbliku, l-International Public Sector Accounting Standards (IPSAS).
Tim fuq il-proġett tal-IPSAS (IPSAS Project Team), immexxi mit-Teżor, qiegħed preżentament janalizza dawn l-standards (IPSAS) u jipproduċi verżjonjiet imsejħa ‘IPSASs as adopted by the Maltese Government’.
It-tim fuq dan il-proġett qiegħed ukoll jipproduċi linji gwida li jakkumpanjaw kull standard, bħala referenza faċli u utli għall-utenti.
Il-Bord fuq dan il-proġett (IPSAS Project Board), ukoll immexxi mit-Teżor, s’issa approva 6 draft standards tal-‘IPSASs as adopted by the Maltese Government’.
Noti tal-isfond
:
i. Fl-2013, it-Teżor kien għamel ftehim ma’
Chartered Institute of Public Finance and Accountancy
(CIPFA), ibbażata fir-Renju Unit, biex tipprovdi
gap analysis
għat-tranżizzjoni għall-
accrual accounting
ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-
IPSAS
. Ir-rapport ta’ CIPFA wera x’hemm bżonn isir u l-bidliet meħtieġa (l-
accounting
, is-sistemi, il-proċessi u n-nies) sabiex jiġu implimentati l-
IPSAS
.
ii. Fl-2015, it-Teżor, flimkien mal-Ministeru għall-Finanzi, organizza l-konferenza
‘A Rising Tide: The Benefits of IPSAS to Government Accounting in Malta’
immirata lejn uffiċjali fis-servizz pubbliku u partijiet oħra interessati, biex jippromwovi l-implimentazzjoni tal-
IPSAS
fil-Gvern Malti.
iii. Fl-2015 it-Teżor, flimkien ma’ CIPFA, organizza żewġ
seminars
iffinanzjati mill-fondi tal-UE. Dawn is-
seminars
kienu jiffukaw fuq:
·
‘IPSAS: Financial Instruments (IPSAS 28, IPSAS 29, IPSAS 30)’
·
‘IPSAS: Employee Benefits (IPSAS 25)’.
iv. Fl-2016 it-Teżor għamel ftehim ma’ CIPFA biex jitħejjew żewġ rapporti, ko-finanzjati mill-Eurostat. Ir-rapporti kienu jittrattaw dawn it-temi:
·
Assistance in Developing the Finance Profession (
iffukat fuq l-iżvillupp ta’
Government Finance Profession
fil-Gvern Malti
)
·
Assistance in the Implementation of Accrual Accounting - Accounting for Taxation (
iffukat fuq l-
IPSAS 23 ‘Revenue from Non-Exchange Transactions – Taxes and Transfers).
v. Fl-2016 ġie iffurmat kumitat,
Public Sector Committee
, fi ħdan l-MIA (
Malta Institute of Accountants)
, biex jipprovdi
feedback
lill-Gvern Malti fuq l-
IPSASs as adopted by the Maltese Government’.