Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28385 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondazzjoni – eco tax

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy li ġiet stabbilita biex il-Fondazzjoni li se tamministra l-eco tax (li ddaħħlet aktar kmieni din is-sena) se tuża?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed tkun diskussa l-proċedura ta’ kif ser jintgħażlu l-proġetti.
Leg 12 PQ #28386 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – operating profit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-operating profit tal-Air Malta għas-sena 2015/16?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-operating profit tal-Air Malta għas-sena 2015/16 ser jiġi ppublikat fil-forum opportun skont il-liġi.
Leg 12 PQ #28387 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikati l-financial statements tal-Air Malta għas-sena 2015/16?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28386, datata 20 ta’ Diċembru 2016.
Leg 12 PQ #28388 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC – Financial Statements

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23898, peress li t-tweġibiet li għamel riferenza għalihom il-Ministru ma jikkonċernawx il-financial statements (li huwa obbligu statutorju ta’ kull kumpanija), jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ financial statements tal-Mediterranean Conference Centre?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bħal ma diġa spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari 23898, peress illi il-Mediterranean Conference Centre (MCC) tikkompeti ma’ kumpaniji u entitajiet oħra li joperaw fl-istess settur, il-management għadu jinsisti li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk sensittiva. Filwaqt illi l-Mistoqsijiet Parlamentari, li kienu saru lill-amministrazzjoni Nazzjonalista u li qed jagħmel referenza għalihom l-Interpellant ma jistaqsux speċifikament għall-financial statements, madanakollu jistaqsu għal informazzjoni finanzjarja bħal taxxi u tariffi, prezz ta’ kirjiet tas-swali u servizzi ta’ awditjar intern. Tali nformazzjoni ma ngħatatx minħabba sensittivita’ kummerċjali, u per konsegwenza ser jiġi applikat dan il-prinċipju.
Leg 12 PQ #28389 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Air Malta fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni skont il-grad li fihom ġew impjegati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #28390 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – ITS — Proġett ta’ rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jiswa l-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn Smart City?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn Smart City huwa stmat ill ser jiġi globalment jiswa madwar €74 miljun u ser jitmexxa minn Projects Malta. Dan l-investiment, illi huwa wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru għar-riżorsi umani fit-turiżmu, se jġib fil-prattika l-impenn tal-Istitut sabiex jipprovdi l-industrija tat-turiżmu b’impjegati professjonali, kif ukoll imħarrġa u ppreparati għad-dinja tax-xogħol tal-lum f’dan il-qasam.

Barts School of Medicine – programmi akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programmi akkademiċi li kellhom jingħataw bħala parti mill-ftehim tal-Gvern ma’ Barts School of Medicine bdewx jingħataw? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parametri kollha marbutin ma’ dawn il-programmi akkademiċi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28281.

Proġett ta’ White Rocks

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar l-istadju li jinsab fih il-proġett tal-White Rocks?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-White Rocks Malta qiegħed fl-istadju ta’ tħejjijiet sabiex ikunu jistgħu jinbdew in-negozjati mal-Proponent Preferut. Ir-rendikont dettaljat ikun jista’ jingħata wara li n-negozjati jiġu konklużi.

Komputazzjoni ta’ investiment kapitali lokali

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22335, 22336, 23964 u 23965, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jiġi komputat l-investiment kapitali lokali f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari 28318.

Malta Industrial Park – manutenzjoni tal-Industrial Estates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li ntefqet fiż-żamma u manutenzjoni taż-Żoni Industrijali amministrati mill-Malta Industrial Parks u jaqsam l-informazzjoni skont iż-Żoni Industrijali rispettivi, mill-2012 ‘l hawn u maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #28383 Sitting 462 2016-12-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23897 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22323, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ accounts irrispettivament liema metodu ta’ accounting tintuża?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #28384 Sitting 462 2016-12-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi – erba’ u ħames stilel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ lukandi ta’ erba’ u ħames stilel bejn l-2012 u l-2016, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tabella bin-numru ta’ lukandi ta’ erba’ u ħames stilel bejn l-2012 u l-2016, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Interpellant illi bejn il-perjodu 2004 u 2012, għalqu disa’ lukandi ta’ erba’ stilel u tlett lukandi ta’ ħames stilel. Filwaqt illi fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, il-lukandi jagħlqu u ma jerġgħux jiftħu, bil-politika ta’ dan il-Gvern illi qed toħloq stabbilta’ ekonomika u finanzjarja li tixpruna u tippermetti lis-settur privat ikompli jinvesti f’din l-industrija, il-lukandi f’dawn l-aħħar erba’ snin qed jagħlqu temporanjament għal rinovar maġġuri. Riċentement qed naraw ukoll żieda sostanzjali ta’ lukandi illi applikaw biex i¿idu n-numru tas-sulari tagħhom. Fil-fatt, fl-2014 applikaw ħames lukandi ta’ erba’ stilel u żewġ lukandi ta’ ħames stilel għal żewġ sulari addizzjonali, filwaqt li fl-2015 u fl-2016, rispettivament, applikaw disa’ u seba’ lukandi ta’ erba’ stilel. Apparti minn hekk, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu għandha erba’ applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda ta’ erba’ stilel u żewġ applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda ta’ ħames stilel. Skond l-aħħar stħarriġ ikkummisjonat mill-MHRA, ta’ min jinnota illi f’termini ta’ okkupanza ta’ kmamar f’lukandi t’erba’ u ħames stilel naraw li s-sena 2015 kienet sena li mmarkat ¿ieda konsiderevoli minħabba avvenimenti għoljin internazzjonali li seħħew f’pajji¿na. Madanakollu, meta tqabbel l-okkupanzi ta’ l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ma’ l-istess xhur tas-sena 2014 naraw tkabbir ta’ 3.2% għal erba’ stilel u żieda ta’ 1.6% għall-lukandi ta’ ħames stilel. Mill-istess stħarrig, insibu li d-dħul tal-lukandi (GOPAR) t’erba’ u ħames stilel fl-istess xhur imsemmija ta’ din is-sena kien wieħed pożittiv kemm mad-dħul li rreġistraw fl-istess xhur tas-sena l-oħra u wisq aktar ma tal-2014. Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, il-lukandi ta’ ħames stilel kellhom tkabbir fid-dħul ta’ 3.3% fuq l-istess perjodu tal-2015, filwaqt li l-lukandi ta’ erba’ stilel irreġistraw żieda ta’ 11.4% fuq l-istess xhur imsemmija tas-sena l-oħra.

Malta Shipyards Limited – ingaġġ ta’ nies

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23934 u jagħti d-dettalji ta’ kemm ġew ingaġġati nies mal-Malta Shipyards Limited mid-data ta’ xoljiment sal-31 ta’ Diċembru 2015 kemm bħala impjegati kif ukoll bħala kuntratturi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-data tal-likwidazzjoni sal-31 ta Diċembru 2015 il- Malta Shipyards ma ngaġġat l-ebda impjegat jew kuntrattur.

Malta Industrial Parks – policy dwar proċedura ta’ evictions

Question

Jista’ l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy tal-Malta Industrial Parks dwar proċedura ta’ evictions?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Industrial Parks issegwi l-proċedura stabbilita fil-Liġi fir-rigward tal-Evictions.

Malta Shipbuilding Co Ltd – Proċess ta’ likwidazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ likwidazzjoni tal-Malta Shipbuilding Co Ltd?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ Att XV tal-2003, il-kumpanija Malta Shipbuilding Co Ltd u l-korporazzjoni Malta Drydocks kienu ġew xolti b’mod immedjat mingħajr il-bżonn ta’ proċess ta’ Likwidazzjoni. Għalhekk, f’dawn iż-żewġ każijiet, qatt ma kien beda proċess ta’ likwidazzjoni għax iż-żewġ ażjendi spiċċaw immedjatament kif ġiet effettiva l-liġi msemmija. B’riżultat ta’ din l-istess liġi, il-Gvern kien ukoll assuma r-responsabbilta’ tal-assi u d-djun kollha taż-żewg azjendi. Sussegwentement twaqqfet il-Malta Shipyards Ltd li bdiet topera il-faċilitajiet li kellhom qabilha l-Malta Shipbuilding u l-Malta Drydocks. Il-faċilitajiet kollha tat-tarznari issa kienu għaddew lura għand il-Gvern u għalhekk sar ftehim li dawn kienu qegħdin jingħataw lil Malta Shipyards Ltd a bażi ta’ ‘encroachment title of use’ mingħand il-Gvern u li għalih it-tarzna kellha tħallas kumpens xieraq kif stabbilit mill-Gvern. Wara attentati biex il-Malta Shipyards Ltd tirristruttura l-attivitajiet industrijali tagħha u tilħaq l-għanijiet finanzjarji stabbiliti bi ftehim mal-Unjoni Ewropeja, fl-2008 il-Gvern iddeċieda li ma kienx hemm triq oħra ħlief li jiftaħ process ta’ privatizzazzjoni fejn is-setturi kollha tat-tarzna kellhom jiġu offruti lis-settur privat. Il-privatizzazzjoni tat-tarzna ta’ Bormla twettqet fl-2010 u matul dik l-istess sena il-Malta Shipyards Ltd bdiet proċess ta’ likwidazzjoni li ghadu għaddej sal-lum minħabba każijiet pendenti ta’ insurance u kawżi oħra legali li sal-lum għadhom ma’ ġewx konklużi

Ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23955, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tas-sit li se jintu¿a?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Barts School of Medicine & Dentistry ser tinbena fuq is-sit kif muri fil-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, soġġett dejjem illi jinħareġ permess ta’ żvilupp mill-Awtorità tal-Ippjana.

Ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23955, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tat-titlu tal-art li qed tingħata għal dan l-iskop?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija marbuta bi klawsoli ta' kunfidenzjalita' skont il-kuntratt iffirmat ma' Barts u għalhekk mhux possibbli illi dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Gaming Authority – riżultati miksuba mill-Enforcement

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tar-riżultati miksuba mill-enforcement tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) fl-2013, 2014 u l-2015, sena b’sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Riżultati ta' nfurzar fuq liċenzji tal-logħob minn distanza: SENA 2013 Sospensjonijiet = 8 Kanċellazzjonijiet = N/A Multi Maħruġa = 6 SENA 2014 Sospensjonijiet = 5 Kanċellazzjonijiet = N/A Multi Maħruġa = 16 SENA 2015 Sospensjonijiet = 21 Kanċellazzjonijiet = 9 Multi Maħruġa = 47 Rizultati ta' nfurzar fuq stabbilimenti ta' divertiment: Fl-2013 saru tmien spezjonijiet għall-kaxxi tal-logħob illegali Fl- 2014 saru 14 -il spezzjoni għall-kaxxi tal-logħob illegali u 24 spezzjoni rigward tombla illegali Fl-2015 saru 16 -il spezzjoni għall-kaxxi tal-logħob illegali u 11-il spezzjoni għall-tombli illegali Ta' min wieħed issemmi li l-ispezzjonijiet għall-kaxxi tal-logħob illegali jsiru biss konġunti mal-membri tal-Korp tal-Pulizija u sta għall-pulizija jekk jittieħdux passi kriminali jekk ikun il-każ.

MITA – servizzi tal-e-Government

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 23944 għas-servizzi kollha tal-e-Government operati fuq is-sistemi tal-MITA?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.