Legislature:
Category:
Reset
Active:

Allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali – talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti għall-allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-31 ta’ Diċembru 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar kellha 3,020 talba pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Kunsill Malti għall-Isport (Sports Malta) – sit b’ċens lil Valletta FC

Question

Peress li issa għaddew aktar minn ħames snin minn meta l-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta għaddiet b’ċens art lil Valletta FC li fuqha kellhom jibnu stadium u faċilitajiet anċillari, jista’ l-Ministru jgħid meta Valletta FC se jkunu jistgħu jibdew il-proċess biex jibdew jiżviluppaw il-faċilitajiet tagħhom, kemm jekk ikun fuq dan is-sit jew f’sit ieħor alternattiv li jkun addattat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Valletta FC sabiex jinstab l-aktar sit idejali sabiex Valletta FC ikollhom il-faċilitajiet tagħhom.

Kunsill Malti għall-Isport (Sports Malta) – sit b’ċens lil Valletta FC – kuntratt taċ-ċens

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-ċens li permezz tiegħu l-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta, għaddiet art f’Ħal Farruġ lil Valletta FC li fuqha kellhom jibnu stadium u faċilitajiet anċillari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub mill-Onor. Interpellant.

Clubs lokali tal-Football – għotja ta’ art pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs tal-football Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika biex fuqha jkunu jistgħu jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid: a) l-isem tal- club /assoċjazzjoni; b) fejn jinsab is-sit; c) x’daqs (f’metri kwardi) fiha l-art; d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet; e) humiex qed jiġu wżati bħala faċilitajiet sportivi u jekk le għalxiex qed jintużaw; u f) meta ngħatalhom u b’liema titlu ngħatalhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Belt Valletta – proġetti kapitali/infrastrutturali mill-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi proġetti kapitali/infrastrutturali fil-Belt Valletta mill-Kunsill Lokali fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni proġett proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt li mill-fondi tiegħu ma kkonkluda l-ebda proġett kapitali jew infrastrutturali fil-Belt Valletta fis-snin 2015 u 2016. Ngħarraf wkoll lill-Onor. Interpellant li l-kunsill għadu ma kkonkludiex l-istatement finanzjarju għal dawn is-snin, iżda jirriżulta li hu stmat li rreġistrata deficit qawwi minħabba proġetti tal-iskema ta’ Public Private Partnership li tnediet fi żmien amministrazzjoni preċedenti u li kienet ġiet ikkundannata, flimkien mal-Ministru responsabbli ta' dak iż-żmien, mill-Awditur Ġenerali. Dan wassal biex il-kunsill lokali ma jkun jista' jagħmel l-ebda proġett mill-fondi tiegħu biex jibda jirkupra minn din is-sitwazzjoni prekarja skont ma jitlob l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.

Belt Valletta – proġetti kapitali/infrastrutturali b’rabta mal-Proġett V18

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fi proġetti kapitali/infrastrutturali fil-Belt Valletta bħala parti mill-Proġett tal-V18 fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni proġett proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni barranin – permess ta’ residenza f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni barranin li għandhom permess ta’ residenza biex joqogħdu f’pajjiżna u jaqsamhom skont in-nazzjonalità kif ukoll skont il-lokalità li huma residenti fiha?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #29503 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Safi, Ħal Luqa u Ħal Farruġ – Applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-applikazzjonijiet li hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (kemm bħala Full Development Permits kif ukoll bħala DNOs) fil-lokalitajiet ta’ Ħal Safi, Ħal Luqa u Ħal Farruġ u għal kull applikazzjoni jgħid: a) meta daħlet; b) fejn hu s-sit; c) x’inhu l-iżvilupp propost; u d) f’liema stadju waslet l-applikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29503, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi mgħoddija lili mill-Awtorità tal-Ippjanar, waħda ta’ Full Development Applications u oħra ta’ Development Notification Orders li huma validati jew li ġew ippublikati u li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fil-kunsilli lokali ta’ Ħal-Safi u Ħal-Luqa. Peress li l-boundary ta’ Ħal-Farruġ mhuwiex definit, l-Awtorità ma tistax tagħti l-informazzjoni mitluba sakemm l-Onor. Interpellant ma’ jindikax fuq site plan l-arja li tinteressaħ.
Leg 12 PQ #29504 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt – Lista ta’ Enforcement Notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ Enforcement Notices li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-Belt Valletta fl-aħħar sitt xhur? Għal kull każ jista’ jgħid: a) meta nħarġet l- Enforcement Notice; b) fiex kienet tikkonsisti l-irregolarità; u c) x’inhu l-istadju tal-irregolarità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-lista mgħoddija lili mill-Awtorita tal-Ippjanar ta’ Enforcement Notices li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-Belt Valletta fl-aħħar sitt xhur .
Leg 12 PQ #29505 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Valletta FC – permessi ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnhu li f’xi stadju, uffiċjal tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar indika lil xi uffiċjal u/jew rappreżentant ta’ Valletta FC li jekk l-istess club [Valletta FC] japplika għall-permess ta’ żvilupp fuq is-sit mgħoddi lilhom mill-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta f’Ħal Farruġ, dan il-permess ma kienx se jinħareġ? Jekk iva, jista’ jgħid min kien dan l-uffiċjal u x’inhuma r-raġunijiet għal xiex ta din l-indikazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għadha mhiex mgħarrfa liema hija l-art li l-Kunsill Malti għall-iSport għadda lill-Valletta FC.
Leg 12 PQ #29506 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Clubs/Assoċjazzjonijiet sportivi – għotja ta’ art pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs/assoċjazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika (direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet) biex jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid: a) l-isem tal- club /assoċjazzjoni; b) fejn jinsab is-sit; c) x’daqs (f’metri kwardi) fiha l-art; d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet; u e) meta ngħatalhom u b’liema titlu ngħatalhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29507 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – lista ta’ stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti li għandhom il-permess joperaw mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-lokalità tal-Marsa u għal kull post jagħti l-isem, l-indirizz u x’inhi l-attività li hija koperta bil-permess li għandu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-Isport – sit lil Valletta FC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex il-Gvern qiegħed joġġezzjona li s-sit mogħti b’ċens mill-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta,lil Valletta FC f’Ħal Farruġ jiġi żviluppat mill-istess club bħala stadium u faċilitajiet anċillari?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #28866 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetà — titolu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex mogħtija b’xi titlu u jekk iva jagħti d-dettalji tat-titlu rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament huwa tal-Gvern u m’hemm l-ebda titlu fuqu.
Leg 12 PQ #28391 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

SmartCity – ITS – proġett ta’ rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi ffinanzjat il-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28392 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – korsijiet – studenti li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw student minn korsijiet (full-time) fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) sena b’sena mill-2012 sal-2015 u jgħid ukoll kemm huwa stmat li se jiggradwaw din is-sena? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb illi wieħed jinnota illi, sar kambjament bi qbil mal-industrija fil-mod ta’ kif jiġu mgħallma l-korsijiet kif ukoll biex l-internship internazzjonali ma jkunx fil-perjodu fl-aħħar tal-istudji iżda jkun fin-nofs. Dan sar biex nagħtu aktar ċans lill-kumpaniji lokali jimpjegaw lill-gradwati Maltin. Għaldaqstant, b’riżultat ta’ dan it-tibdil, 125 student/a illi qegħdin jistudjaw għad-diploma barra il-pajjiż ser jigradwaw fl-2017 minn flok fl-2016.
Leg 12 PQ #28393 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – waqfin ta’ operat minn San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jieqaf jopera mis-sit preżenti tiegħu f’San Ġiljan?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kampus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi huwa ppjanat illi jkun kompletament funzjonali fl-2019, l-istess sena illi l-Istitut ser jieqaf jopera mis-sit preżenti tiegħu.
Leg 12 PQ #28394 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – migrazzjoni tal-ITS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-migrazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) għal SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minħabba ċirkostanzi spjegati fit-tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari oħra, għajr dak li ġie mwieġeb għal domandi oħra, hu prematur li wieħed iwieġeb għal din id-domanda.
Leg 12 PQ #28395 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

SmartCity – ITS – spiża dettaljata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljata tal-ispiża msemmija ta’ €52 miljun biex l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jiċċaqlaq għal SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28396 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City — ITS – spiża - ċaqlieq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se tiġi ffinanzjata l-ispiża msemmija ta’ €52 miljun biex l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jiċċaqlaq għal Smart City?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.