Enemalta – decommissioning tal-impjant standby fil-power station
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28267, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta d-
decommissioning
tal-impjant li bħalissa qiegħed
standby
?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc illi d-decommissioning ta’ partijiet mill-Marsa Power Station għaddejjin. Hekk kif l-impjant il-ġdid tal-elettriku bil-gass ikun opera għal numru ta’ xhur u x-xogħlijiet relatati fis-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi tal-Marsa jkunu lesti, tkun tista’ tibda d-decommissioning finali tal-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tal-Marsa Power Station li qegħda standby.
Jista l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28391 li saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif se jiġi ffinanzjat il-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn SmartCity?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Projects Malta li l-proġett se jkun strutturat bħala public private partnership.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28371 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?
Clubs/Assoċjazzjonijiet sportivi – għotja ta’ art pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29506 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ clubs/assoċjazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin li ngħatatilhom art pubblika (direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet) biex jiżviluppaw u joperaw faċilitajiet sportivi tagħhom? Għal kull każ jista’ jgħid:
a) l-isem tal-
club
/assoċjazzjoni;
b) fejn jinsab is-sit;
c) x’daqs (f’metri kwardi) fiha l-art;
d) fiex jikkonsistu l-faċilitajiet; u
e) meta ngħatatilhom u b’liema titlu ngħatatilhom
Uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta, Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija — polza ta’ assigurazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 28294, 28295 u 28296, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet is-sitwazzjoni fl-Amministrazzjoni preċedenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet imsemmija. Inżid biss illi l-Ministeru tiegħi għaddej b’diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28256 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li, sena b’sena, ġew impjegati fis-servizz pubbliku minn barra mill-2013 sal-2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-gradi li fihom ġew impjegati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni impjegati fis-servizz pubbliku minn barra fi snin imsemmija kienu 1,315 fl-2013, 1,830 fl-2014 u 1,207 fl-2015. Il-lista ta’ gradi applikabbli qed jiġu murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li madwar 70% ta’ dawn l-impjiegi huma fl-oqsma tas-sahha u dak edukattiv. Dan jirrifletti l-impenn tal-Gvern biex isahhah dawn iz-zewg setturi prinċipali.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tal-2013 tinkludi 271- il persuna li kienu impjegati fis-servizz pubbliku minn barra, bejn l-1 ta’Jannar u t-8 ta’Marzu.
Fond/proprjetà tal-Gvern użat għal operat ta’ retail
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28265 u jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-proċedura għall allokazzjoni ta’ propjeta mhux residenzjali trid issir skond l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Art tal-Gvern (Kap 268).
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28257, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern iqisx li l-power fibre link mhux qiegħed jintuża fil-kapaċità massima tiegħu u x’qiegħed jagħmel biex il-pajjiż jieħu aktar valur minn dan l-investiment strateġiku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Enemalta plc li li l-power fibre link imsemmi qed jintuża mill-istess kumpanija bħala parti mis-sistema ta’ protezzjoni, kontroll superviżjonali u akkwist tad-data (SCADA) tal-Malta-Italy Interconnector.
Intant il-Kumpanija qegħdha tara kif tagħmel użu aktar sostenibbli ta’ din l-infrastruttura.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28370, jista’ l-Ministru jgħid kif l-Malta Communications Authority (MCA) qed tinforza b’mod tanġibbli l-provvedimenti tar-regolament imsemmi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Matul dawn l-aħħar xhur, l-MCA rrivediet it-termini u l-kundizzjonijiet li joffru l-operaturi tas-servizz tal-Internet f’Malta. B’dan il-proċess l-MCA setgħet tidentifika dawk il-klawsoli li mhumiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatati mal-aċċess għall-Internet miftuħ (Net Neutrality). L-MCA daħlet f’diskussjonijiet mal-operaturi tas-servizz tal-Internet sabiex dawn jirrevedu u fejn meħtieġ ibiddlu l-istess termini u kundizzjonijiet biex hekk, ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-istess Regolament. Fost il-bidliet li kienu meħtieġa, l-operaturi kienu mitluba sabiex:
a) Jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri għal-ġestjoni tat-traffiku li l-operaturi japplikaw fin-netwerks tagħhom, liema miżuri huma wkoll konformi mar-Regolament. L-operaturi huma wkoll mitluba jipprovdu spjegazzjoni dwar l-impatt fuq il-kwalità tas-servizz li dawn il-miżuri jistgħu jħallu.
b) Jinkludu informazzjoni relatata mal-veloċità tas-servizz ta l-Internet, partikolarment informazzjoni dwar il-veloċità minima f’każ ta’ servizz pprovdut minn fuq netwerk fiss.
c) Jinkludu spjegazzjoni ċara dwar rimedji u kumpens li huwa disponibbli għal-konsumatur f’każ li s-servizz provdut lill-klijent ma jilħaqx il-kwalità tas-servizz hekk kif imniżżla fil-kuntratt.
Is-sorveljanza fuq is-suq sabiex wieħed jassigura il-ħarsien dwar l-aċċess għall-Internet miftuħ huwa proċess kontinwu fejn l-MCA tanalizza dak li qed jiġri fis-suq biex fejn meħtieġ tintervjeni f’każijiet li jkun hemm min qed imur kontra r-rekwiżiti mitluba fir-Regolament.
F'dan il-kuntest, l-MCA tieħu sehem ukoll f’working group fi ħdan il-BEREC (l-Għaqda fi ħdan l-UE responsabbli għall-ko-ordinament bejn id-diversi regolaturi fl-istati membri) li qed jiddiskutu l-istess materja.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28364, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat tal-ispiża ta’ €8.6m?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tista' tiġi aċċesata online mil-link provdut. http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/MGA-Annual-Report-2015-Spreads.pdf (page 84). (kopja tal-paġna kkwotata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra)
Malta Gaming Authority – spiża mir-Responsible Gaming Foundation
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28365, jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat ta’ kif intefqet l-ammont allokat lilha r-Responsible Gaming Foundation?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall- mistoqsija parlamentari No. 28365 nixtieq nippreċiza li ċ-ċifra imsemmija ġiet maqsuma kif indikat hawn taħt.
Ħlasijiet ta’ salarji ta’ impjegati tal-MGA li huma assenjati mar-RGF u spejjez oħrajn
€129,850;
Trasferiment lill-RGF (2015)
€170,150;
‘Audit Adjustment’ biex ikopri il-bilanċ dovut għas-sena 2014
€190,685;
Total kif rifless fil-‘Financial Statements’ għas-sena 2015
€490,685
Permezz tal €170,150 matul l-2015 l-RGF wettqet din il-ħidma:-
· Programm Edukattiv fost l-iskejjel ta’ Malta u Għawdex kollha.
· Twaqqaf Call Centre ġdid biex jgħin lil dawk in-nies li għandhom problema bil-logħob.
· Nediet programm ta’ għajnuna lil diversi NGOs biex jorganizzaw attivitajiet alternattivi għal-logħob.
· Għamlet kampanja ta’ informazzjoni fuq livell nazzjonali fost affarijiet oħrajn.
L-audited accounts u rapport ta’ ħidma tal-fondazzjoni diga ġew imqegħda fuq il-Mejda ta-Kamra.
Professjonisti fil-qasam tas-saħħa — polza ta’ assigurazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28291, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ kwalunkwe polza tal-assigurazzjoni mħallsa u/jew maħruġa mill-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel tajjeb għal kwalunkwe danni ċivili jew telf waqt il-qadi ta’ dmirijiethom f’istituzzjonijiet tas-saħħa tal-Gvern.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28289, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba ta’ dawk l-imwiet b’overdose ta’ droga fl-2016 li s’issa huma konfermati li kienu konsegwenza ta’ tali kawża?
Marsa Open Centre – xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28293 u jgħid kemm intefqu flus f’xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni fl-Open Centre tal-Marsa fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi verifikata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx ġie studjat l-impatt ambjentali tal-junk mail f’pajjiżna? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tali studju/i?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa għadu ma seħħx studju biex jevalwa l-impatt ambjentali tal-junk mail. Pero’, skond il-Waste Management Plan din l-analiżi hija programmata. F’Jannar tas-sena 2016 kien inbeda dan il-proċess permezz ta’ konsultazzjoni pubblika u wara nġabret xi data li għad trid tkun analizzata ġaladarba jitwettqu prijoritajiet oħra mill-istess pjan.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux biħsiebu li jibda jirregola l-junk mail li jirċievu r-residenti Maltin u Għawdxin u jekk iva b’liema mod?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 29515 fejn tfiehem għalfejn għadu prematur li wieħed jitkellem fuq ir-regolamentazzjoni ta’ dan is-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura u l-parametri neċessarji biex iben jew bint persuna (li llum toqgħod f’post residenzjali mikri mill-Awtorità tad-Djar) tkun tista’ tibqa’ tgħix fit-tali post wara li l-kerrejja oriġinali tiġi nieqsa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, meta inkwilin jiġi nieqes u l-ulied, li jkunu ġuvintur jew xebbiet, jibqgħu jgħixu f’tali post, huma għandhom jagħmlu talba formali lill-Awtorita’ tad-Djar għar-rikonoxximent. B’hekk jibdew isiru l-investigazzjonijiet neċessarji u kull każ jitqies fuq il-mertu tiegħu