Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-bed nights fil-lukandi ta’ 5 stilel bejn Jannar u Diċembru fis-snin 2015 u 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO), bejn Jannar u Diċembru 2015, il-Bednights f’Lukandi ta’ 5 stilel ammontaw 1,648,299 lejl filwaqt li n-numru ta’ residenti kien ta’ 384,288. Iċ ċifri għal bejn Jannar u Diċembru 2016 ma jistgħux jingħataw għaliex il-figuri uffiċċjali mill-NSO se jiġu ppublikati fit-28 ta’ Frar 2017.
Madanakollu skont ċifri ppublikati mill-istess NSO, bejn Jannar u Novembru tal-2016, il-Bednights f’Lukandi ta’ 5 stillel ammontaw għal 1,559,570 filwaqt li n-numru ta’ residenti kien ta’ 366,079. Meta kkomparat ma l-istess perjodu tal-2015, ifisser żieda ta’ 0.1% fl-ammont ta’ bednights u kif ukoll żieda ta’ 2.7% fuq in-numru ta’ residenti li qagħdu f’lukandi ta’ 5 stillel.
Kunsill Lokali Belt Valletta – Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23878, 24116 u 28274 u jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mhuwiex f’pożizzjoni li jiffinalizza l-Financial Statements tiegħu u x’ser jagħmel il-Gvern biex isolvi din is-sitwazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni ghadha qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28273, jista’ l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol u jagħti data meta ser jibda jopera l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta minnu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin xogħolijiet konsiderevoli fuq is-sit imsemmi. Tlesta ix-xogħol ta’ tindif u restawr u qed jiġu installati servizzi ġodda minn taħt l-art. Fil-ġimgħat li ġejjin jinbeda ukoll ix- xogħol ta’ finishing tal- parti li ser tkun tintuża għall-ufficini tal-Kunsill Lokali. Hu ippjant li dawn ix-xogħolijiet jitlestew sal-aħħar ta’ Mejju 2017, jigifieri tliet xhur ohra. Id-deċiżjonijiet kollha li qed jittieħdu qed jiġu diskussi u maqbula mal-Kunsill Lokali tal-Belt.
B’referenza għat-tweġiba għall-msitoqsija parlamentari 28277, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata tal-konfiski kollha li saru mill-2010 ‘il hawn sena b’sena u jgħid x’użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Fir-rigward tal-Asset Recovery Bureau, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 26082.
Fir-rigward ta’ konfiski li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti, mis-sena 2012 (is-sena li fiha ġie mwaqqaf dan il-Unit u bdiet tinżamm l-istatistika) kien hemm is-segwenti konfiski:
· L-ammont totali ta €197,122 li għadda favur il-Gvern ta’ Malta;
· Erbatax (14) il-vettura, li sitta (6) minhom ingħataw lil Korp tal-Pulizija, sitta (6) inbiegħu lil pubbliku u tnejn (2) inbiegħu bħala
scrap;
Żewġ (2) inġenji tal-baħar, waħda (1) nbiegħat b’irkant u l-oħra ħarġet bl’offerta` u ma kien hemm ebda offerta.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28277, jista’ l-Ministru jagħti data meta ser jibda jopera l-Asset Management Bureau?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet fuq il-livell tekniku u wiehed jittama li ma jdumux ma jintemmu. Nifhem li l-Onor. Interpellant japprezza l-kumplessità tas-settur de quo.
IIP Account – kontribuzzjonijiet lil għaqdiet filantropiċi/NGOs
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28279, jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kull għaqda filantropika/NGO li bbenefikat kif ukoll b’kemm ibbenefikat s’issa minn dawn l-għotjiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28389 u jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Air Malta fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni skont il-grad li fihom ġew impjegati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2015 ġew impjegati 148 impjegat li 140 minnhom kienu ngaġġjati mal-kumpanija fuq bażi temporanja u part-time bħala cabin crew, clerks, airport handlers u junior first officers fil-peak period partikolarment bejn April u Ottubru. Fis-sena 2016 ġew impjegati 132 ħaddiem li kollha kemm huma ġew impjegati fuq bażi temporanja u part-time fl-istess gradi u perjodu imsemmija aktar ‘l fuq. Impjiegi ma’ l-Air Malta fuq bazi temporanja u part-time huma prassi normali, illi ilha tiġi applikata sa mis-sena 1996, sabiex jibqa’ jinzamm il-livell ta’ kwalita’ li l-kumpanija ta’ l-ajru tagħna hi tant rinomata għalih.
Ninforma ukoll lill-Onorevoli interpellant li fl-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa ta’ gvern preċedenti, ma’ l-Air Malta ġew impjegati 310 persuni f’sena waħda biss li minnhom 234 kienu fuq bażi temporanja u part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa (fi spiża kapitali) il-proġett Esplora?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-infieq kapitali għall-proġett Esplora s’issa kien ta’ €17,561,259.53.
Dan l-ammont, iżda, ma jinkludix kontijiet li għadhom ma waslux għand il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija sal-lum.
Proġett tal-V18 – infiq fuq proġetti infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28275 u jgħid kemm intefqu finanzi pubbliċi fuq il-proġett tal-V18, sena b’sena, mill-2013 ’il hawn u għal kull sena jgħid kemm minn din l-ispiża kienet marbuta ma’ proġetti infrastrutturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Valletta – proġetti infrastrutturali fil-Belt Valletta b’rabta mal-V18
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28276 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ proġetti infrastrutturali li saru fil-Belt Valletta bħala parti mill-proġett tal-V18?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Belt Valletta – proġetti kapitali/infrastrutturali b’rabta mal-Proġett V18
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29513 u jgħid kemm intefqu flus fi proġetti kapitali/infrastrutturali fil-Belt Valletta bħala parti mill-Proġett tal-V18 fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni proġett proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Persuni barranin – permess ta’ residenza f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29514 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni barranin li għandhom permess ta’ residenza biex joqogħdu f’pajjiżna u jaqsamhom skont in-nazzjonalità kif ukoll skont il-lokalità li huma residenti fiha?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra zewġ listi bin-numru ta’ persuni barranin li kellhom permess ta’ residenza f’Malta sal-aħħar tal-2015, maqsuma skont in-nazzjonalità u l-lokalità li huma residenti fiha. Ta’ min jinnota li l-ammont globali ta’ persuni barranin li għandhom permess ta’ residenza jinkludi 4,377 persuna li jgawdu minn protezzjoni internazzjonali.
Fil-lista m'hemmx inkluzi cittadini li gejjin mill-Unjoni Ewropea u membri tal-familja taghhom
Jista’ l-Prim Ministru jagħti break down dettaljata tal-ispiża ta’ €74 miljun fil-proġett tar-rilokazzjoni tal-ITS għal SmartCity?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat minn Projects Malta li l-ispiza msemmija hija biss waħda preliminari. Irid ikun apprezzat li f’dan l-istadju minħabba li l-proċess se jkun miftuħ b’mod kompetittiv ma jistgħux jinħarġu d-dettalji mitluba.
Il-Belt Valletta — Parkeġġi riżervati għal persuni li jaħdmu f’Ministeri jew dipartimenti tal-Gvern
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28307, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm b’kollox (bħala numru) parkeġġi riservati għall-persuni li jaħdmu fil-Ministeri, dipartiment jew entitajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid għar-risposti mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 28307.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar mill-Valletta Servicing Directorate kemm ilu li twaqqaf?
Response (MIZZI, JOE)
Il-Valletta Servicing Directorate li twaqqaf f’nofs is-sena l-oħra u għalkemm kompost minn erba’ ħaddiema biss, diġa’ għamel numru ta’ xogħlijiet bil-għajnuna ta’ Direttorati fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Enemalta. Fost dawn kien hemm:
. Ġew imqiegħda bankijiet u
planters
ġodda fi Triq ir-Republika
. Ġie rilokat il-Monument ta’ Sette Giugno minn ġnien Hastings għal Pjazza San Ġorġ u saret ukoll riabilitazzjoni tal-monument.
. Manutenzjoni u riabilitazzjoni tal-arbli tad-dawl fi triq il-Meditteran
. Riabilitazzjoni ta’ central strip ta’ Triq il-Meditteran
. Wiċċ ta’ toroq ġodda fi
Triq Assedju
Triq Marsamxett
Triq San Bastjan
Triq St Elmo Place
Triq Il-Meditteran
Wiċċ ġdid ta’ parti minn Triq l-Ifran
Wiċċ ġdid ta’ Xatt Il-Barriera
Tindif u ħasil ta’ toroq fil-għaxija skont skeda mid-Diretoratt għat- Tindif
Xogħlijiet ta’ manutenzjoni ta’ rutina
. Manutenzjoni u tisbiħ fil-pjazza ta’ Triq il-Lanċa
. Tiswijiet u manutenzjoni tad-dwal kollha fi Triq ir-Repubblika
. Manutenzjoni u tiswijiet tal-funtana fi Pjazza Mattia Preti (li kienet ilha diversi snin ma taħdimx) u ġew istallati dwal ġodda
.Tisbiħ u manutenzjoni tal-Pjazza Mattia Preti li anke sar aċċess aktar faċli ta’ Triq fil- viċin, permess li ġiet irranġata għall- qies aktar addatat għall-planter
. Tisbiħ u manutenzjoni fiż-żona wara il-bini ta’ Dar il-Mediterran
. Manutenzjoni fid-dwal ta’ Lascaris Ditch
. Manutenzjoni ta’ Drenaġġ u storm gutters ta’ diversi żoni
. Manutenzjoni tal-funtana fi pjazza San Ġorġ (rijabilitazzjoni tal-funtana il-kbira għadha għadejja permezz ta’ bdil ta’ nozzles u partijiet elettroniċi (li ilhom ma jaħdmu sewwa għal diversi snin) saru wkoll tiswijiet tal-ġibjun tal-funtana.
. Stallazzjoni temporanja ta’ dwal fiż-żona tal-Biskuttin
. Tiswijiet ta’ membrane tal-Knisja tal-Vitorja
. Tiswijiet ta’ dwal tal-knejjes tal-Vittorja u Santa Katerina
. Tiswijiet ta’ dwal fil-Barrakka
. L-istruttura tal-Boċċa ġiet rilokata minn wara il-Parlament għal Pjazza La Vallette
. Tiswijiet ta’ dwal, fit-triq Zakkarija, Pjazza Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq Nofsinhar, Triq l-Ifran, Triq l-Assedju il-Kbir,Triq Marsamxett, Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq Il-Meditteran
Apparti dan kollu il-Valletta Servicing Directorate qiegħda tikkordina numru ta’ laqgħat ma’ diversi entitajiet ġewwa l-Belt fosthom il-kunsill lokali biex tassigura koperazzjoni dwar xogħlijiet li qegħdin isiru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-budget tal-Valletta Servicing Directorate għas-sena 2017 u jagħti d-dettalji ta’ kif inhu maqsum dan il-budget?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget kapitali għas-sena 2017 allokat lill-Grand Harbour Regeneration Corporation huwa ta’ €8 miljun ewro. Huwa maħsub li €1.7 miljuni jkunu utilizzati għal proġetti li jitwettqu mill-Valletta Servicing Directorate. Tali proġetti jsiru skont il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akkwist.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28269, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-4000 tablet tqassmu lit-tfal u jaqsam l-informazzjoni skont f’liema skejjel tqassmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li rendikont ta’ kemm tqassmu tablets u f’liema skejjel tqassmu hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. S'issa tqassmu 4407 tablet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fil-qasam tal-avjazzjoni f’Diċembru tas-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategoriji rispettivi fil-qasam tal-avjazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, it-tagħrif dwar kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni fil-qasam tal-avjazzjoni fl-aħħar ta’ Diċembru tas-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u Ġunju 2016 (l-aħħar ċifri ppublikati), hu kif muri fit-tabella t’hawn taħt, kif se nsemmi:
Kolonna A - Turi kemm kien hemm persuni jaħdmu fil-qasam tat-Tiswija u Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru u Vetturi Spazjali;
Kolonna B - Turi kemm kien hemm persuni jaħdmu fis-Servizzi ta' Trasport bl-Ajru.
Qasam tal-Avjazzjoni
Kolonna A
Kolonna B
Settur fil-qasam tat-Tiswija u Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru u Vetturi Spazjali
Servizzi ta' Trasport bl-Ajru
Diċembru 2012
756
1,279
Diċembru 2013
757
1,343
Diċembru 2014
777
1,392
Diċembru 2015
813
1,625
Ġunju 2016
803
1,630