Il-proċess li l-Gvern jeżerċità l-poter li jikkonfiska flejjes jew oġġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess li permezz tiegħu l-Gvern jeżerċità l-poter li jikkonfiska flejjes u/jew oġġetti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li biex il-Gvern jikkonfiska flejjes jew oġġetti irid ikun hemm liġi li tipprovdi għal dik il-konfiska. Il-ligi partikolari normalment tkun ukoll tipprovdi għall-process li l-awtoritajiet ikunu jridu jsegwu biex issir dik il-konfiska u għall-mod kif dik il-konfiska tkun tista’ tiġi kontestata. Eżempju ta’ dan jinstab fl-Ordinanza tad-Dwana (Kap 37)
Jekk il-liġi speċifika ma tkunx tipprovdi għall-mod ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska japplika d-dritt ġenerali li wieħed jirrikorri quddiem il-Qrati biex jikkontesta deċizjoni amministrattiva.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea — impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin.
Il-gvern huwa impenjat li jwaqqaf Brexit taskforce bil-għan li tistudja kull opportunità possibbli li Brexit tista’ ġġib lejn pajjiżna, filwaqt li tilqa’ l-isfidi li joħorġu minn dan il-proċess.
L-Onor. interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju l-Gvern jippubblika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea — opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, proġetti jew inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 640.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma’ għaqdiet sportivi fl-2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma saru l-ebda kuntratti jew Memorandum of Understanding ma’ Għaqdiet Sportivi fl-2017. Saru wegħdiet permezz ta’ Letter of Intent li tesprimi l-impenn tal-Gvern li jgħaddi tali artijiet lill-Għaqdiet Sportivi.
L-entitajiet sportivi li se jibbenefikaw minn trasferiment ta’ art permezz ta’ kuntratti li għandhom isiru meta l-art tingħadda uffiċjalment lil SportMalta mill-Awtorità tal-Artijiet u/jew jiġu abbozzati l-kuntratti li SportMalta se tkun qed tagħmel mal-entitajiet sportivi, huma s-segwenti:
Naxxar Lions FC – Art f’Tax-Xwieki, Naxxar
Valletta United Waterpolo Club – Pixxina u faċilitajiet anċillari fil-Belt Valletta
Senglea Regatta Club – Maħzen u slipway fl-Isla
Hibernians Basketball Club – Art li tinsab f’Kordin
Marsa FC – Pitch li jinsab fil-parametri tal-Marsa Sports Complex
Meta tali kuntratti jiġu abbozzati, jkunu qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għall-iskrutinju tal-Membri Parlamentari.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defribiliator?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda Defibrillator fid-Dipartimenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Informazzjoni dwar il-preżenza ta’ Defibrillator f’Ministeri oħra għandha tinġabar mill-Ministeri rispettivi.
Servizz Pubbliku – assikurazzjoni f’eventwalità li jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn waqt il-ħin tax-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri lill-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħrajn waqt il-ħin tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-Servizz Pubbliku ma hemmx polza ta’ assigurazzjoni li tkopri ħaddiema li jagħtu l-ewwel għajnuna lil persuni oħra waqt il-ħin tax-xogħol. Madankollu, f’każ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, il-Gvern jikkunsidra l-għoti ta' kumpens kull meta uffiċjali pubbliċi jweġġgħu jew imutu b’konsewgwenza ta' inċident li jirriżulta minn jew waqt ix-xogħol tagħhom. B'dan il-mod il-gvern joffri kopertura adegwata lill-uffiċjali pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tar-rapporti kollha li saru għal reati fil-Marsa fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sena b’sena u b’reat b’reat)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – entitajiet u dipartimenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu u għal kull entità jgħid min hu/hi l-persuna li jmexxi l-entità?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ta lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ngħatat diversi għajnuniet li huma kontemplati fil-Business Promotion Act u fil-Malta Enterprise Act fosthom inċentivi finanzjarji u fiskali. Kif kontemplat fl-istess liġijiet, l-informazzjoni fuq kemm ingħataw inċentivi hija waħda kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, dwar il-futur tagħha f’pajjiżna, kemm naqqset ħaddiema f’dawn l-aħħar tliet snin u jekk hemmx pjanijiet li jitnaqqsu aktar ħaddiema?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise issegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-kumpaniji megħjuna kollha inkluż il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament. Barra minhekk, il-Malta Enterprise tipprovdi inċentivi biex il-kumpaniji li hawn Malta jkunu aktar sostenibbli. Rigward in-numru ta’ ħaddiema, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa u dettaljata ta’ proġetti li approvat il-Malta Enterprise u għal kull proġett jgħid fiex jikkonsisti u x’inhi l-għajnuna approvata mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li din hija kkunsidrata kunfidenzjali kif koperti bil-kunfidenzjalita’ imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa fil-proġett ta’ Maritime Hub u jgħid ukoll x’inhu mmirat li jintlaħaq sal-aħħar tal-2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ingħataw jew ser jingħataw art il-Valletta FC biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom? Jista’ jgħid x’daqs fiha l-art (f’metri kwadri) u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tas-sit u l-kuntratt tat-titlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art kienet ġiet mgħoddija lill-Valletta FC fl-2011 tinsab f’Ħal Farruġ, limiti ta’ Ħal-Luqa u għandha kejl ta’ madwar 22,317 metru kwadru. Il-kuntratt flimkien mal-pjanta tas-sit diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-leġiżlatura li għaddiet fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29510. Dan Il-Gvern għandu mandat li "bħala parti mir-rijabilitazzjoni tal-landfill l-antika f'Ħal Luqa, il-proġett ikun jinkludi ukoll il-bini ta' ground tal-futbol li jingħata b'titolu legali lil klabb tal-futbol Valletta City FC". Il-proċess legali tat-trasferiment irid isegwi l-proċeduri hekk kif stabbiliti tal-Att dwar l-Isport (KAP 455) wara li l-art tiġi mgħoddija mill-Awtorità tal-Artijiet skont L-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet. Ġaladarba l-partijiet jaqblu, Valletta City FC trodd lura l-art li kienet ingħatatielha fl-2011 u li fil-31 ta’ Jannar 2013 il-MEPA ma rrakkomandatx li jsir żvilupp fuqha minħabba l-valur strateġiku tas-sit fejn kwalunke żvilupp urban mhux suġġerit.
Hawnhekk nagħmel referenza għal PQ 32469 li tgħid ‘Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta’ Jannar 2013 il-MEPA ma rrakkomandatx li jsir żvilupp fuq is-sit mgħoddi lill-Valletta FC fl-2011. Se nikkwota mill-iscreening letter mibgħuta mill-MEPA lill-Malta Football Association li applikat f’isem il-Valletta FC: ‘Policy SMCO 10 of the South Malta Local Plan – The area within which the site is located is designated as a Strategic Open Gap where the element of an urban type of development IS NOT RECOMMENDED.’ Jirriżulta li din il-Policy kienet ippublikata f’Lulju ta’ l-2006 u għaldaqstant meta l-Gvern ta’ dak iż-żmien kien għadda l-art lil Valletta FC kien jaf li din l-art qatt ma setgħet tkun żviluppata għal għanijiet li kellhom il-Valletta FC. Għaldaqstant dan il-Gvern għamel dak li ma kienx kapaċi jagħmel il-Gvern ta’ dak iż-żmien u informa lill-Valletta FC li din l-art qatt ma setgħet tkun żviluppata f’faċilitajiet sportivi u wiegħed, kif ser jagħmel, li jgħaddi lill-Klabb sit alternattiv, liema sit seta’ biss jinstab b’għaqal u mingħajr ingann għad-dannu ta’ Valletta FC.”
Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li dan il-Gvern mhux fi ħsiebu li jerġa’ jimxi bl-istess mod mal-Valletta FC fejn il-Gvern ta' qabel l-2013 għaddielhom art li kien jaf li ma setax tiġi żviluppata għal għanijiet li kellhom huma.
Illum il-ġurnata sit ieħor ġie identifikat u qiegħed fil-proċess li jgħaddi għand l-Awtorità tal-Artijiet mingħand il-Malta Industrial Parks (u wara lil SportMalta). Din l-art hija mmarkata bl-aħdar fil-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hija ta’ kejl approssimattiv tmien tumoli. Biċċa art oħra qed tiġi nnegozzjata biex ukoll tgħaddi lura għand l-Awtorità tal-Artijiet ta’ kejl approssimattiv ta' erba' tumoli, (indikata fil-parti mmarkata shaded ħadra). Din ukoll se tkun qed tgħaddi għand l-istess klabb meta l-art tirriverti lura għand l-Awtorità tal-Artijiet u sussegwentement tingħata b’titolu lil SportMalta.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-iskejjel fejn hemm defibrillator?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi tal-iskejjel fejn hemm defibrillator, kif se nsemmi:
Lista 'A' - Skejjel tal-Istat
Lista 'B' - Skejjel tal-Knisja u Indipendenti
Attachments:PQ 32498 - Lista 'A' - skejjel tal-Istat - defibrillator.pdfPQ 32498 - Lista 'B' - skejjel tal-Knisja u Indipendenti - defibrillator.pdf
Skejjel Pubbliċi – għalliema u ħaddiema – taħriġ fl-ewwel għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema u ħaddiema fl-iskejjel pubbliċi mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni u jagħti l-informazzjoni għal kull skola pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm hemm għalliema u ħaddiema fl-iskejjel pubbliċi mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:
Tabella 'A' - Skejjel tal-Istat
Tabella 'B' - Skejjel tal-Knisja u Indipendenti
Attachments:PQ 32499 - Tabella 'A'- Skejjel tal-Istat - Għalliema u ħaddiema - taħriġ fl-ewwel għajnuna.pdfPQ 32499 - Tabella 'B' - Skejjel tal-Knisja u Indipendenti - Għalliema u ħaddiema - taħriġ fl-ewwel għajnuna.pdf
Skejjel pubbliċi – policy – l-ewwel għajnuna lit-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy dwar l-ewwel għajnuna fl-iskejjel pubbliċi f’każ ta’ inċident lil tfal li jkollhom bżonn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 32475 dwar Regolamenti dwar l-Ewwel Għajnuna fuq il-Post tax-Xogħol li japplikaw għal kull post tax-xogħol. Rigward l-ewwel għajnuna fl-iskejjel, infurmat li f'każijiet iktar gravi fl-iskejjel hemm l-Għalliema/First Aiders mħarrġa sabiex jamministraw l-epipen (f'każ ta' allerġiji), inhalers (f'każ ta' asthma), rectal suppository (f'każ ta' aċċessjonijiet), AED (f'każi gravi tal-qalb). Barra minn hekk diversi għalliema jingħataw il-faċilità li jattendu għal kors tal-First Aid f'Lulju u Settembru. F'każijiet fejn ikun hemm bżonn li l-istudent jittieħed l-isptar il-First Aider tal-iskola takkumpanjah.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gozo Channel imħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni fuq il-vapuri jew fit-terminals tal-Gozo Channel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Gozo Channel (Operations) Ltd għandha 100 ħaddiem li huma fil-pussess ta’ ċertifikat tal-First Aid validu.