Legislature:
Category:
Reset
Active:

Post tal-gvern — każ ta' individwu

Question

Minħabba li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tgħix f’kundizzjonijiet mhux adegwati għaliha u għat-tliet uliedha, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità hijiex qed tagħti prijorità lil dan il-każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikanta in kwesjoni applikat sabiex tpartat l-appartament mikri lilha mill-Gvern nhar it-22 ta’ Marzu, 2012 peress li hija qiegħda tgħid li l-post huwa żgħir. Fl-2007 hija kienet għamlet it-talba sabiex tiġi rikonoxxuta fil-post attwali tagħha u wara li l-Awtorità tad-Djar laqgħet it-talba tagħha, l-applikanta ffirmat il-kuntratt ta’ kera nhar il-05/03/2008. Dak iż-żmien l-applikanta kellha żewġt ibniet biss. Il-lokalita’ preferuta tal-applikanta hija l-Floriana. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Units residenzjali għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm units residenzjali allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — benefiċċji għal min għandu problemi ta' droga

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħtix xi benefiċċji partikolari lil dawk il-persuni li kienu jbatu minn problema tad-droga? Jekk iva, tista’ tipprovdi l-istatistika ta’ kemm-il persuna bbenefikat f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.

persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma mingħajr impjieg u qed jirreġistraw għax-xogħol, f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni kategorizzata skont l-età tal-persuna li qed tirreġistra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni li kienu mingħajr impjieg u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Marzu 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), skont l-età u f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex.
Leg 12 PQ #983 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Terminal benefits – Eżenzjoni mit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull forma ta’ terminal benefit li titħallas lil ħaddiem li jkollu l-impjieg tiegħu tterminat, tiġix ikkunsidrata bħala eżenti mit-taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux kull terminal benefit huwa eżenti. Wieħed ikun irid jiddetermina jekk in-natura tal-pagament hijiex kapitali jew income, u dan jiddependi miċ-cirkustanzi tal-kas. Pagamenti ta’ natura kapitali biss huma eżenti. Hemm ħafna elementi li jridu jiġi kkunsidrati, iżda inġenerali jekk impjegat (li m’għandux sehem fid-diriġenza tal-azjenda) jingħata kumpens għal terminazzjoni ta’ mpjieg minħabba redundancy , dan ikun kapitali u allura eżenti. Min-naħa l-oħra, f’karigi li jinbidlu minn żmien għal żmien u li hemm terminal payment stabbilit marbut magħhom, dan jitqies bħala parti mill-pakkett ta’ remunerazzjoni ta’ dik il-kariga u allura taxxabbli.
Leg 12 PQ #984 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

dħul medju ta' households

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu d-dħul medju tal-households f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali Tal-Istatistika tista’ tipprovdi l-informazzjoni mitluba fuq livell ta’ distretti u mhux għal kull lokalità, minħabba li l-informazzjoni hija bbażata fuq kampjun.

Droga u logħob tal-azzard — direzzjonijiet strateġiċi

Question

B’referenza għall-istqarrija maħurġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-23 ta’ April 2013, b’numru PR0756, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma d-direzzjonijiet strateġiċi ewlenin li l-Gvern se jaħdem fuqhom fl-oqsma tad-droga u tal-logħob tal-azzard?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fejn huwa l-qasam tad-droga, hemm bżonn li tiġi reveduta il-Politika Nazzjonali dwar id-Droga li ġiet ippublikata fl-2008 bil-għan li tiġi aġġornata maż-żminijiet u tiġi implementata. F’dak li għandu x’jaqsam servizzi jiġu investiti aktar riżorsi fil-qasam tal-Prevenzjoni speċjalment dik ta’ natura sekondarja u servizzi ta’ kura li jirrispondu aħjar għar-realtajiet preżenti b’kollaborazzjoni sħiħa mas-servizzi tal-edukazzjoni u tas-saħħa. Filwaqt li jinħtieġ draft dwar il-politika nazzjonali kontra l-abbuż mill-alkohol li tlesta snin ilu, jerġa’ jiġi rivedut sabiex jiġi aċċertat li jkun relevanti għall-lum u tibda tiġi implimentata. Sal-lum m’hawnx politika nazzjonali dwar il-Loghob tal-Azzard, għalhekk hemm bzonn tigi mfassla politika nazzjonali bl-involviment tal-i stake holders kollha, b’attenzjoni speċjali lejn persuni vulnerabbli.
Leg 12 PQ #623 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tad-Detox — persuni li użaw is-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentri tad-Detox li għandu l-Gvern, sena b’sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x’età kellhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.

progress fuq proġett

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 356 u jipprovdi status update dettaljat dwar il-progress li sar fuq il-proġett li qed tmexxi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament? Jista' jagħti d-dettalji marbutin mal-investiment li s’issa għamel il-gvern (direttament jew permezz ta’ xi entità tiegħu) f’dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat illi bħalissa l-kumpanija qed timpjega 90 persuna u qed tiżviluppa l-prodotti tagħha biex jiġu kummerċjalizzati. Iktar informazzjoni ma tistax tingħata għaliex tali nformazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Ekonomija diġitali — miri u prijoritajiet

Question

B’referenza għat-twegiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 358, fejn il-Ministru rrefera għall-miri tal-Gvern preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miri strateġiċi ta’ dan il-Gvern fil-qasam tal-ekonomija diġitali u xi prijoritarijiet se jkun qed jaħdem fuqhom matul l-2013 (jiġifieri fuq bażi short-term sakemm titfassal l-istrateġija nazzjonali li qed jirreferi għaliha)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'zieda ma' dak li diġa' għedt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 358, irrid ngħid li l-Gvern ħa jkollu jkompli fuq numru ta ‘key deliverables’ li kellhom jintlaħqu sal-2012 u baqgħu ma tlestewx. Diġa sar ‘stock-take’ u qed isir ir-‘re-planning’ meħtieġ sabiex l-Aġenzija titmexxa lejn il-miri tal-Gvern f’dan is-settur, fosthom: · Tfassil ta’ Strateġija Nazzjonali għall-Ekonomija Diġitali ta’ Malta, u strateġiji oħrajn. · Nagħmlu qafas ġdid ta’ xiri jew kera ta’ kompjuters fil-gvern. · Nieħdu azzjoni biex l-investiment li sar fil-qasam tal-liċenzji ta’ ‘software’ jintuża fis-servizz pubbliku kif suppost. · Nikkontribwixxu b’inizzjattivi biex intejbu d-‘Digital Literacy’ u nsaħħu l-‘eSkills Alliance’. · Flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Mpjiegi, nkomplu ninvestu fil-program tal- eLearning u fl-implimentazzjoni tiegħu. · Nifhmu x’inhuma l-problemi, li ma jidhrux li huma żgħar, fil-proġett tal-Karti tal-Identita’ u nieħdu deċiżjoni kif għandna nimxu ‘l quddiem. · Flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa nieħdu deċiżjoni kif l-aħjar li nimxu bil-proġett tal-‘ Integrated Healtcare ’. · Nagħmlu xogħol ta’ rinovar jew xiri ta’ sistemi strateġiċi oħra tal-ICT fil-gvern bħalma huma s-Sistema tas-Servizzi Soċjali.

Ekonomija diġitali — miri u prijoritajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 358, fejn il-Ministru rrefera għall-miri tal-Gvern preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat li fil-qasam tal-istrateġija tal-ICT ix-xejra internazzjonali f’dawn l-aħħar snin kienet li pajjiż ikollu numru ta’ strateġiji vertikali li jiffukaw fuq oqsma speċjalizzati minflok strateġija waħda ġenerali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar snin kien qed isir xogħol kemm fuq strateġija nazzjonali kif ukoll fuq numru ta’ strateġiji vertikali, imma dawn ma tlestewx. Meta wieħed jikkunsidra ż-żmien li għadda minn meta x-xogħol fuq dawn l-istrateġiji beda, l-istat bikri tal-iżvilupp ta’ wħud minnhom, u l-mod mgħaġġel kif dan il-qasam jiżviluppa, x-xogħol irid pratikament jerġa’ jibda mill-bidu. Dan il-Gvern ħa jagħti spinta ġdida u b’saħħita lill-ekonomija diġitali. Dan jista’ jseħħ bi strateġija għaqlija li tagħti direzzjoni wiesgħa u fit-tul, u li tikkunsidra l-kuntest tad- ’Digital Agenda’ tal-UE b’mod addattat għal pajjiżna. Strateġiji vertikali fuq oqsma partikolari jibqgħu relevanti u importanti f’oqsma speċjalizzati.
Leg 12 PQ #366 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Overdose ta' droga — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom minħabba overdose ta' droga, sena b'sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x'età kellhom meta ddaħħlu l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 65 mewt minn overdose ta’ droga bejn is-snin 2002 u 2012, skond ir-reġistru Nazzjonali tal-imwiet li jinżamm mid-direttorat tal-informazzjoni fuq is-saħħa u riċerka. Ninforma lill-Onoreveli interpellant li minħabba n-numru ta’ każi f’kull sena huwa ¿għir ferm, jekk wieħed jaqsamhom bil-lokalita’ u l-eta’, dawn isiru identifikabbli. Għalhekk qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi total għal Malta kollha. In-numru ta’ mwiet fl-ewwel tlett xhur taq’ din is-sena għadhom qed jinħadmu.
Leg 12 PQ #367 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t'Għawdex — każijiet ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei jew l-Isptar Ġenerali t'Għawdex isofru minn overdose ta' droga, sena b'sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x'età kellhom meta ddaħħlu l-Isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Risposta tingħata f’xi seduta oħra

Malta Shipbuilding — Proġett

Question

Minħabba li fid-diskors tal-Prim Ministru saret referenza diretta għall-proġett tal-Marsa Shipbuilding, jista' l-Ministru jispjega fid-dettal fiex se jikkonsisti dan il-proġett u meta se tinħareġ is-sejħa pubblika għalih?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Gvern qed iħares lejn diversi possibilitajiet, inkluż dawk konnessi ma' attivitajiet marittimi u attivitajiet relatati. Meta jkun il-waqt il-Gvern ikun jista' jħabbar aktar dettalji.

Awtorità tad-Djar — talbiet għal akkomodazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar għal Akkomodazzjoni Soċjali fil-31 ta’ Marzu 2013? Tista' tindika kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Awtorità tad-Djar — allokazzjoni tal-postijiet tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi kriterji u metodoloġiji se jiġu addottati mill-Awtorità tad-Djar biex jiġu allokati postijiet tal-gvern (jew mikrijin mill-privat taħt l-iSkema Kiri) lill-applikanti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba ta’ din il-mistoqsija parlamentari se tingħata aktar tard.

Venture Capital — Riċerka u Innovazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fil-qasam tal-għajnuna lill-investituri biex jipprovdu venture capital għall-intrapriżi żgħar u medji biex ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.