Legislature:
Category:
Reset
Active:

Venture Capital — Riċerka u Innovazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fil-qasam tal-għajnuna lill-investituri biex jipprovdu venture capital għall-intrapriżi żgħar u medji biex ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Malta Enterprise diġa' toffri numru ta' inċentivi biex tassisti lill-intrapriżi jagħmlu xogħol ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni, fosthom l-iskemi tal-EUREKA u EUROSTARS, kif ukoll inċentivi abbażi ta’ krediti ta’ taxxa fuq investiment f’dan il-qasam. Bħalissa, m’hemmx pjanijiet għal venture capital fund biex jiffinanzja proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Jien infurmat ukoll li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCAST), responsabbli mill-qasam tar-riċerka u innovazzjoni, joffri skema ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-intrapriżi, ghalkemm dan ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.

MCA — bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta (MCA)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-bord tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta (MCA) huwa kostitwit kif se ngħid: Dr Edward Woods - Chairman Mr Godfrey Vella - Membru Mr Phelim Cavlan - Membru Ms Sarah Mifsud - Membru Dr Alexandra Mizzi - Membru

LGA — bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord il-ġdid tal-Lotteries & Gaming Authority huwa kompost minn Mario Galea bħala Chairman u Chris Cilia, Rachel Tua, Ruth Trapani Galea u Ceaser Grech bħala membri.

Malta Enterprise — Bidliet fil Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kienx hemm bidliet fil-Bord tal-Malta Enterprise? Jekk iva, jista’ jgħid kif inhu kompost il-Bord illum? Jekk ma kienx hemm tibdil jista’ jgħid jekk hemmx persuna/i oħra li qegħdin jagħtu struzzjonijiet lill-Kap Eżekuttiv u jekk iva min huma dawn il-persuni u fuq liema bażi qed jagħtu dawn l-istruzzjonijiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Bord il-ġdid ta’ Malta Enterprise ġie maħtur u hu kompost kif ġej: Chairman: Dr Mario Vella Deputy Chairman: Mr William Wait Membri: Mr Anton Borg Mr Michael Grech Mr Peter Borg Mr David Marinelli Mr Victor Carachi Ms Marlene Seychell Mr David Curmi

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni l-ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin, minn kull lokalità f’Malta u Għawdex, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jew qegħdin taħt arrest preventiv jew qed jiskontaw piena ta’ ħabs?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qbid ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga, f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, sena b’sena fl-aħħar ħames snin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar l-ammont ta’ droga li nqabdet mil-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif jidher hawn taħt. Ninsab infurmat ukoll li din l-istatistika ma tinżammx skond il-lokalità. Tip 2008 2009 2010 2011 2012 Cocaine 21kg144grs 16kg 005.363grs 4kg 234.47grs 5kg 354.77grs 142.86 kg Liquid Cocaine nil 780ml nil nil nil Crack Cocaine nil nil nil nil 8.7grs Heroin 8kgs427grs 8kgs411.13grs 5kgs090.09grs 3kgs967.38grs 1.33kg Opium nil nil 1kg nil nil Cannabis Resin 23kg420grs 23kg418.19grs 42kg771.33grs 89kg497.21grs 16.46kg Cannabis grass 16.1grs 458kg 310.2grs 755.45grs 1kg510.515grs 2.785kg Cannabis Plants 11 plants 6 plants 27 plants 44 plants 46 plants Cannabis Seeds nil 8grs 54grs 61 seeds 73 seeds Ecstasy 13,677 tabs 21,682 ½ tabs 19,787 ½ tabs 2,142 ½ tabs 1080.0tabs Ecstasy Look-Alike nil 3,150 tablets 16,400 tablets 29 tablets nil LSD 5 micro-dots nil 8 micro-dots nil nil Amphetamine 0.5grs 1gr 1.6grs 0.5grs 20.19grs Mephedrone nil nil 5kg584.91grs 801.11grs 556grs Khat 20kgs 20kg250grs 423kg030grs 1401kg 1197.48kg Methadone 230ml 490ml 1lt750ml 330ml nil Methylethcthinone (4-MEC) nil nil nil 500grs nil GBL (liquid ecstasy) nil nil nil 10ml nil Cutting Agent nil nil nil 7kg689.55grs 870.49grs

Pussess/traffikar tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ pussess jew traffikar ta’ droga, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ pussess jew traffikar ta’ droga matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk: Pussess Traffikar 2008 324 137 2009 386 171 2010 285 160 2011 281 127 2012 255 148 Infurmat ukoll li t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.

Każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ vjolenza domestika, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk: 2008 2009 2010 2011 2012 752 651 720 101 732 Infurmat ukoll illi t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma jinzammx taħt forma ta’ statistika. (Ara dokument Nru 596 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 28 tat-Tnejn, 10 ta' Ġunju 2013)

logħob illegali – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ logħob illegali, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ logħob illegali matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk: 2008 2009 2010 2011 2012 65 31 44 41 38 Infurmat ukoll illi t-tagħrif kif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.

money laundering – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ money laundering jew reati simili, sena b’sena fl-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità li fihom kienu residenti l-persuni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija b’konnessjoni ma’ money laundering matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk: 2008 2009 2010 2011 2012 2 10 8 7 1 Il-lokalitajiet li fihom kienu residenti dawn il-persuni kienu jinkludu: Attard, Buġibba, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħamrun, Luqa, Mosta, Marsaskala, Naxxar, Sliema, Siġġiewi, San Pawl il-Baħar, San Ġwann, Żabbar, kif ukoll l-Olanda, Spanja u il-Ġermanja

Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni — riżenja tal-ex chairman

Question

Fid-dawl tal-ittra ta’ riżenja tal-ex Chairman tal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni li ġiet ippubblikata nhar it-30 ta’ April, jista’ l-Ministru jikkonferma li t-tneħħija tal-istess Chairman hija konformi mad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar x’inhuma s-sitwazzjonijiet li fihom għandu jitneħħa l-kap tan-national regulatory authority, li fil-każ ta’ Malta hija l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li qed jitlob huwa parir jew opinjoni legali/teknika u għalhekk tmur kontra l-ordnijiet permanenti tal-Kamra.

Malta Enterprise — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Malta Enterprise għall-għajnuna u/jew inċentivi taħt kull skema/programm/inċentiv fiskali/faċilitajiet li toffri l-istess Malta Enterprise jew il-Malta Industrial Parks?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Irrid inżid illi l-maġġoranza ta’ l-applikazzjonijiet għal Microinvest daħlu fl-aħħar ta’ Marzu/April 2013 minħabba d-data tal-egħluq għall-iskema 2012. Dawn l-applikazzjonijiet ikunu proċessati kollha sa l-aħħar ta’ Ġunju. Min-naħa l-oħra n-numru ta’ l-applikazzjonijiet pendenti taħt Get Qualified huwa riżultat ta’ twessigħ ta’ l-iskema fix-xhur reċenti. Dawn l-applikazzjonijiet ikunu proċessati kollha sa l-aħħar ta’ Awwissu.
Leg 12 PQ #1148 Sitting 16 2013-05-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tas-Saħħa — pożizzjoni ta' toxicologist

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fis-servizz tas-saħħa f’pajjiżna jeżistix il-grad jew pożizzjoni ta’ toxicologist jew rwol simili u jekk din il-pożizzjoni hijiex okkupata minn persuna kwalifikata? Jekk iva, dan kemm ilu stabbilit u kemm għamel testijiet minn kemm ilu stabbilit, xahar b’xahar? Jekk le, x’inhi r-raġuni għaliex dan ma jeżistix fid-dawl tal-importanza u s-sensittività ta’ din il-materja f’pajjiżna?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nixtieq navża lill-Onorevoli Interpellant li dan il-post ilu vakant u jien ħadt l-inkarigu li tinħareġ is-sejħa pubblika skont ir-regoli taċ-ċivil.

Malta Enterprise — Bidliet fil Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kienx hemm bidliet fil-Bord tal-Malta Enterprise? Jekk iva, jista’ jgħid kif inhu kompost il-Bord illum? Jekk ma kienx hemm tibdil jista’ jgħid jekk hemmx persuna/i oħra li qegħdin jagħtu struzzjonijiet lill-Kap Eżekuttiv u jekk iva min huma dawn il-persuni u fuq liema bażi qed jagħtu dawn l-istruzzjonijiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Industrial Parks Ltd — Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Bord tal-Malta Industrial Parks Ltd?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sakemm jinħatar wieħed ġdid, il-Bord tal-MIP jibqa’ kompost mill-membri li kien hemm qabel għalkemm dawn kienu offrew r-riżenja tagħhom. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista ta’ dawn il-membri.

logħob tal-flus illegali — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet marbutin ma’ logħob tal-flus illegali, kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

LGA — rapporti dwar logħob tal-flus illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet rapporti dwar logħob tal-flus illegali l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u fuq kemm ittieħdet azzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

problema tal-illiteriżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xejriet li jindikaw li l-problema tal-illiterizmu hijiex aċċentwata aktar f'ċertu lokalitijiet minn oħrajn? Jekk iva, jista’ jagħti l-informazzjoni dwar l-inċidenza ta’ din il-problema f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Jiddependi mid-definizzjoni ta` illitteriżmu. Altru nitkellmu dwar analfabetiżmu (inabilita` assoluta biex tagħraf u tifhem il-kliem), altru dwar illitteriżmu (diffikulta biex taqra u tikteb), altru dwar illitteriżmu funzjonali (taqra u tikteb b'mod limitat u b'hekk l-individwu ma jasalx biex ikun indipendenti fix-xogħol u fis-soċjeta`). M'għandniex riċerka li tinvestiga l-illitteriżmu fl-iskejjel fil-livell mitlub mill-interpellant. Studju internazzjonali reċenti, il-PIRLS, juri li t-tfal Maltin ta` xi 10 snin qegħdin taħt il-livell li hu mistenni mit-tfal fil-ħames sena f'dak li jirrigwardja l-qari u l-fehim. Fil-fatt l-istudju jiżvela li l-livelli tagħna huma taħt livelli internazzjonali - 23% tat-tfal Maltin qegħdin fil-livell tal-Intermediate Benchmark waqt li internazzjonalment hemm 15% f'dan il-livell u 23% tat-tfal qegħdin f'livell tal-Low Benchmark waqt li internazzjonalment 5% biss jinsabu f'dan il-livell l-aktar baxx. Studju ieħor li sar ukoll dan l-aħħar ma` tfal tat-tielet sena jidentifika f'livell nazzjonali l-ħiliet bażiċi li jwasslu għall-kitba u għall-qari u b'hekk ma jagħtix informazzjoni speċifika fuq l-illitteriżmu u b'mod lokali. Studju ieħor reċenti kien il-PISA għat-tfal Maltin fl-aħħar tas-sekondarja. Madwar 36% minn dawn it-tfal ma qabżux il-livell minimu ta` litteriżmu funzjonali. Dwar il-PIRLS u l-PISA l-Ministeru tal-Edukazzjoni għadu kemm xandar fil-pubbliku informazzjoni dettaljata. Fl-1999 kien sar ukoll studju mat-tfal kollha ta` Malta tal-Year 2 (Mifsud et al) li jindika li l-akbar problemi fil-litteriżmu kienu jinsabu f'dawk l-iskejjel ta` madwar il-Port u Għawdex. Fl-istudju ta` wara (follow-up study) mal-istess tfal meta kienu fil-Year 5, filwaqt li l-istudenti fl-iskejjel f'Għawdex għamlu progress tajjeb, l-istudenti li joqgħodu madwar il-Port baqgħu lura.

djar tal-anzjani — lista ta' stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani, minn kull lokalità f’Malta u f'Għawdex, li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paul jew f’xi dar tal-anzjani residenzjali oħra tal-Gvern?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jibbenefikaw minn kull benefiċċju soċjali li jipprovdi l-Gvern, u għal kull benefiċċju tista’ tipprovdi din l-informazzjoni maqsuma għal kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.