Legislature:
Category:
Reset
Active:

proġett tal-BioMalta Campus

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 357 u jipprovdi status update dettaljat dwar il-progress li sar fuq il-proġett tal-BioMalta Campus?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li wara li nħareġ il-Full Development Permit għall-Enabling Works (Demolishing and Excavation), mill-MEPA, ix-xogħlijiet ta’ twaqqiegħ u tħaffir bdew f’Settembru 2011. Saret konsultazzjoni mal-isptar Mater Dei, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, Transport Malta, u l-MITA, sabiex ikun assigurat li x-xogħlijiet isiru mingħajr ma jkunu ta’ inkonvenjent għal dawn l-entitajiet. Dan minħabba li ż-żona tinsab qrib ħafna tal-isptar. Ix-xogħlijiet imxew skont il-pjan u sal-aħħar tas-sena 2012 ix-xogħlijiet kollha relatati mat-twaqqiegħ u t-tħaffir tlestew. F’Settembru 2012, il-MEPA ħarġet permess għall-bini tal-Campus. F’Diċembru 2012, il-konsorzju tax-xogħol ċivili, AVCR, daħal fis-sit u s’issa kważi tlesta x-xogħol tal-pedament u fis għandu jibda x-xogħol biex jissaqqaf is-sotteran. Il-pjan tax-xogħol attwali jinkludi l-bini tal-kumpless, l-installazzjoni ta’ servizzi tal-bini, kif ukoll irfinar u tisbiħ tal-pajsaġġ.

LGA — rapporti dwar logħob tal-flus illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet rapporti dwar logħob tal-flus illegali l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u fuq kemm ittieħdet azzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1833 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CDRT – business plan u baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tas-Centre for Development, Research and Training (CDRT)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1834 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit – business plan u baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tal-Management Efficiency Unit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, bħalissa l-Management Efficieny Unit huwa nvolut f’numru ta’ reviews ta’ diversi Dipartimenti u Entitajiet ħalli titjieb l-effiċjenza, tonqos l-burokrazija, jittejjbu is-servizzi pubbliċi, u tiżdied il-kontabilità. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1835 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt – business plan u baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tad-Dipartiment tal-Artijiet u l-Joint Office?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tad-Dipartiment Proprjeta tal-Gvern li taħtu jaqgħu d-Dipartiment tal-Artijiet u l-Joint Office.

Reġistru tal-Artijiet – business plan u baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tar-Reġistru tal-Artijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1837 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Internal Audit and Investigations Department – business plan u baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tal-Internal Audit and Investigations Department?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #1983 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Servizz

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 589 u peress li issa għaddew aktar minn xahrejn minn meta numru ta’ segretarji permanenti kellhom jirriżenjaw mill-kariga tagħhom, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-grad, is-salarju u l-benefiċċji li llum għandu kull segretarju permanenti (b’mod individwali) li ntalab jirreżenja?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1827 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit – organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tal-Management Efficiency Unit kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess entità? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-organisational structure sħiħa tal-Management Efficiency Unit, kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess entità bil-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni tagħhom.
Leg 12 PQ #1828 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u Uffiċċju konġunt – organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tad-Dipartimenti tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Dipartimenti? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern li taħtu jaqgħu kemm id-Dipartiment tal-Artijiet kif ukoll l-Uffiċċju Konġunt u l-kumplament tad-Direttorati l-oħra. Dwar in-numru ta’ impjegati fi ħdan id-Dipartiment bil-gradi u r-remunerazzjoni tagħhom, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għal paġni 396 sa 401 tal-Estimi Finanzjarji għas-sena 2013.

Reġistru tal-Artijiet — Organisational Structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Kamra l-organisational structure sħiħa tar-Reġistru tal-Artijietkif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Dipartiment? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1830 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumitat għal għażliet tas-Senior Appointments — kompożizzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat li jagħmel l-għażliet tas-senior appointments fis-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat Konsultattiv għall-Senior Appointments huwa kompost kif gej:- Chairman Is-Sur Mario Cutajar, Segretarju Permanenti Ewlieni Membri Is-Sur Mark Musu, Segretarju Permanenti (Familija u Solidarjeta’ Soċjali) Is-Sinjura Joyce Dimech, Segretarju Permanenti (Għawdex) Is-Sur Phelim Cavlan, Occupational Psychologist
Leg 12 PQ #1831 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – ħatriet minn skala 5 'il fuq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ ħatriet li saru fis-Servizz Pubbliku minn Skala 5 'il fuq mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #1832 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Business Plan u Baġit 2013

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-business plan u l-baġit għas-sena 2013 tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar għandha funzjoni regolatorja b’tali li l-operat tagħha huwa iddettat strettament minn liġijiet approvati (inkluż, primarjament iżda mhux esklussivament, il-Liġi dwar L-Ambjent u l-Ippjanar Att nr. X ta’ 2010), kif ukoll il-pjanijiet u policies li isarrfu f’mandat u obbligu fuq il-MEPA li tirregola. Fost oħrajn, id-Direttorat ta’ l-Ambjent jimxi fuq l-azzjonijiet alenkati fil-Politika Nazzjonali ta’ L-Ambjent, il-bosta liġijiet li jirriflettu l-obbligi ta’ l-Unjoni Ewropeja u li jagħrfu l-MEPA bħala l-Awtorità kompetenti, u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali li jsejjħu lil MEPA biex twettaq dak li Malta hija firmatarju għalih. Id-Direttorat tal-Ippjanar obbligat li jimxi fuq il-Pjan ta’ Struttura, il-Pjani Lokali u l-bosta pjanijiet ta’ azzjoni u sussidjarji; L-operat finanzjarju huwa regolat, fost oħrajn, minn Legal Notices li jistabbilixxu ħlasijiet dovuti minn applikazzjonijiet u multi kif ukoll mis-sottevenzjoni li hi stabbilita mill-Gvern Ċentrali. Lil hinn minn dawn, il-Pjan tar-Riforma tal-MEPA jiddetta’ it-tibdil u prijoritajiet f’kull qasam tal-operat ta’ MEPA u l-MEPA għandha obbligu li tgħarraf lil gvern ċentrali dwar progress li jsir fuq dan il-pjan b’mod regolari. Il-wisgħa li dan kollu iħalli għall-interpretazzjoni ta’ prijoritijiet u nefqa b’hekk huma limitati u ma jħallux post għal “Business Plan” kif jinftihem minn entitajiet kummerċjali jew operatorji. Madanakollu, il-MEPA hija wkoll gwidata minn obligu li tikkommetti ruħha għal prioritijiet annwali (marbuta mal-bagit) kif ukoll estimi ta’ spiża kull sena: INCOME AND EXPENDITURE ACCOUNT ESTIMATES 2013 (EUR) DEVELOPMENT PERMIT FEES 4,000,000 ISC ADMINISTRATION CHARGE 1,500,000 SALE OF MAPS AND LAND SURVEY FEES 250,000 FINES 400,000 ENVIRONMENTAL FEES CHARGED TO GOVERNMENT 3,000,000 OTHER SERVICES TO GOVERNMENT - SALARY RECOVERY 384,476 OTHER INCOME 1,600,000 EARNED INCOME 11,134,476 RECURRENT EXPENDITURE (17,143,953) DEFICIT ON OPERATIONS (6,009,478) INVESTMENT GAINS 7,000 DEFICIT FOR YEAR (6,002,478) RECURRENT EXPENDITURE ESTIMATES 2013 (EUR) ADVERTISING 109,896 AUDITOR’S REMUNERATION 13,842 BANK CHARGES 9,630 MOVEMENT IN PROVISION FOR DOUBTFUL DEBTS - BAD DEBTS (RECOVERED) / WRITTEN OFF - CLEANING OF PREMISES 68,096 SECURITY 261,447 DEPRECIATION 400,000 HOSPITALITY 4,817 PUBLIC RELATIONS AND EXHIBITIONS 105,779 INSURANCE 51,684 LEGAL FEES 150,475 PROGRAMMES INITIATIVES & PROFESSIONAL FEES 333,072 MATERIALS, SUPPLIES AND SUNDRIES 555,615 DIRECT ENFORCEMENT ACTION EXPENSES 100,000 MOVEMENT IN PROVISION FOR RETIREMENT BENEFITS 53,617 REMUNERATION OF AUTHORITY BOARD MEMBERS 135,000 REMUNERATION OF SUB-COMMITTEES AND OTHER BOARDS 160,000 RENT 95,000 REPAIRS,UPKEEP AND MICROSOFT ENTERPRISE LICENCE FEES 197,592 STATIONERY AND PRINTING 41,275 SUBSCRIPTIONS, BOOKS AND POSTAGE 61,248 ENVIRONMENT, PLANNING AND RESOURCE STUDIES - TELECOMMUNICATIONS 218,092 OVERSEAS CONFERENCES 139,274 TRAINING 44,129 TRANSPORT 415,435 WAGES AND SALARIES 13,112,939 WATER AND ELECTRICITY 306,000 RECURRENT EXPENDITURE 17,143,953 CAPITAL EXPENDITURE ESTIMATES 2013 (EUR) MISCELLANEOUS 300,000
Leg 12 PQ #1821 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Tiġijiet – Rifużjoni ta’ VAT pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ħlas lura tal-VAT fuq spejjeż marbuta ma’ tiġijiet li għadhom ma tħallsux lil persuni li għamlu t-talba? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni skont iż-żmien li waslu t-talbiet għand id-dipartiment, u għal kemm jammontaw dawn it-talbiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 179 applikazzjoni għal ħlas lura tal-VAT fuq spejjes marbuta ma’ tiġijiet li għadhom ma tħallsux. L-informazzjoni dwar iż-żmien ta’ meta dawn l-applikazzjonijiet waslu għand id-Dipartiment qed tingħata fit-tabella hawn taħt. Id-Dipartiment mhux f’posizzjoni li jagħti l-ammont mitlub fuq dawn it-talbiet peress li ma tinżamx statistika ta’ dan. L-istatistika miżmuma mid-Dipartiment hi tal-ammonti mħallsa wara li jkunu proċessati l-applikazzjonijiet. Xahar li waslu fih Applikazjonijiet pendenti Settembru 2012 5 Ottubru 2012 10 Novembru 2012 7 Diċembru 2012 40 Jannar 2013 25 Frar 2013 31 Marzu 2013 38 April 2013 13 Mejju 2013 10
Leg 12 PQ #1824 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Awtorità? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li twġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1825 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Internal Audit and Investigations Department — organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tal-Internal Audit and Investigations Department kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Dipartiment? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #1826 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CDRT — organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tas-Centre for Development, Research and Training (CDRT) kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess ċentru? Jista’ jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni ta’ kull impjegat/a?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fiċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ hemm żewġ direttorati: dak għat-Taħriġ u Żvilupp u dak għall-Proġetti Korporattivi. L-għan tal-ewwel wieħed hu li jħarreġ lill-impjegati tas-settur pubbliku u jiżviluppa l-ħiliet u l-kapaċita’ tal-amministrazzjoni pubblika waqt li t-tieni jgħin lid-dipartimenti fi proġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ Riżorsi Umani. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrutturi organizzattivi taż-żewġ direttorati kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess Ċentru bil-gradi u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni.