Legislature:
Category:
Reset
Active:

LGA – rapporti dwar logħob illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar logħob illegali mingħand l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), sena b’sena fl-aħħar ħames snin u fuq kemm minnhom il-Pulizija ħadet azzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #1996 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — management accounts

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar set ta’ management accounts tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-management accounts ta' Marzu hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #1997 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-konsulenzi li ngħataw mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull konsulenza, jista’ jgħid: a) min hu l-konsulent jew kumpanija li tqabbdet; b) x’inhuma t- terms of reference li għalihom tqabbdet; ċ) x’inhu l-valur kuntrattat tal-istess konsulenza; d) jekk din ingħatatx permezz ta’ direct order jew sejħa pubblika; e) min talab din il-konsulenza; u f) min approva li tingħata din il-konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.

Post tal-gvern – każ ta’ individwu

Question

Minħabba li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qiegħda tgħix f’kundizzjonijiet mhux adegwati għaliha u għal bintha, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex qed tagħti prijorità lil dan il-każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwistjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-26 ta’ Novembru, 2008. Hija għandha tifla ta’ kważi ħames snin u toqgħod b’tolleranza mal-ġenituri tagħha. L-ewwel lokalita’ preferuta tagħha hija Santa Venera u l-applikanta għandha 115-il punt. Hija tibbenefika mill-assistenza soċjali u d-dħul tagħha għas-sena 2012 kien jammonta għal €5,594.78. L-applikazzjoni tagħhha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija u se jsir social assement tal-kaz. Ta’ min ifakkar lil Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wiret mingħand l-Amministrazzjoni precidenti ta’ Awtorita’ tad-Djar b’waiting list ta’ 2848 għall-akkomodazzjoni soċjali, 730 struttura perikoluza b’nies fihom u fuq perjodu ta’ 10 snin se tkun qed tħallas Net ta’ 10 miljun ewro, u fl-aħħar ta’ 10 snin l-appartamenti jaqgħu lura għand is-sidien.
Leg 12 PQ #2245 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tan-knee replacement – każ ta’ individwu

Question

Minħabba li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandha bżonn urġenti ta’ operazzjoni ta’ knee replacement u m’għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tkun tista’ tagħmel dan privatament, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta din il-persuna tkun tista’ ssirilha l-imsemmija operazzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-każ qiegħed jiġi segwit minn persuni responsabli mid-dipartiment għas-saħħa.
Leg 12 PQ #2246 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti – proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi unit ġdida fi ħdan id-Dipartiment tal-Kuntratti li se jkollha remit jew awtorità fuq xi proċessi ta’ xiri marbutin ma’ proġetti strateġiċi jew finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-organisation structure u t-terms of reference ta’ din il-unit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartiment tal kuntratti twaqfet EU and Special Projects Unit. Din il unit għandha kap u zewg uffiċjali .It terms of reference għadom qed jiġu zviluppati.
Leg 12 PQ #2247 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ingaġġi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntużat; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni inġabret u qed tiġi validata u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1990 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatra ta’ Konsulenti – Linji gwida

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida dwar il-ħatriet ta’ konsulenti f’Ministeri mħabbra fil-ġranet li għaddew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-linja gwida ta’ konsulenti fl-Strategic and Priorities Unit tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f l-20 ta’ Mejju 2013 (Mistoqsija Parlamentari nru 1048).
Leg 12 PQ #1991 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Informazzjoni — organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tad-Dipartiment tal-Informazzjoni kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess dipartiment? Għal kull impjegat/a jista’ l-Prim Ministru jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni tiegħu/tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1992 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern — organisational structure

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organisational structure sħiħa tal-Istamperija tal-Gvern kif ukoll il-lista sħiħa tal-impjegati tal-istess dipartiment? Għal kull impjegat/a jista’ l-Prim Ministru jagħti wkoll il-grad u d-dettalji sħaħ tar-remunerazzjoni tiegħu/tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 12 PQ #1993 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Privatisation Unit – Responsabbiltà Ministerjali

Question

Minħabba li fil-lista uffiċjali tal-portfolios tal-Ministri, ir-responsabbiltà għall-Privatisation Unit ma tidher imkien, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan hux bi żvista u jekk hu hekk jgħid min hu l-Ministru responsabbli minnu u kif inhu kompost il-bord tal-istess unit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Privatisation Unit għadha topera u taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministru responsabbli għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nistieden lill-Onor Membru jpoġġi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #1994 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

permessi ta’ żvilupp – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-permessi ta’ żvilupp pendenti f’kull tip ta’ permess (jiġifieri DNO, ODZ, Inside Scheme u PC Applications) f’kull lokalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità għandha quddiemha, tlieta u ħamsin (53) PC Applications pendenti għall-alignment u sitta u erbgħin (46) applikazzjoni pendenti għal zoning/rationalisation kif ukoll mitejn u sitta u sittin (266) DNO validati. Għar-rigward ta' applikazzjonijiet għal ippjanar (Full Development), l-Awtorità għandha quddiema elf u disa' u tletin (1039) applikazzjoni attiva u validata inside scheme, u erba' mija u seba' u ħamsin (457) applikazzjoni attiva u validata ODZ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-lokalitajiet ta' dawn il- PCs, DNOs u l-applikazzjonijiet kollha (Annex 1) Hemm ukoll numru ta' applikazzjonijiet validati imma mhux attivi għal diversi raġunijiet u wkoll numru ta' applikazzjonijiet diferiti li diġa’ għaddew għand il-kummisjoni għad-deċi¿joni. Dawn qed jiġu elenkati separatament fit-tieni tabella (Annex 2).
Leg 12 PQ #1995 Sitting 26 2013-06-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – rapport annwali 2012

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jpoġġi r-rapport annwali tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għas-sena 2012 fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tar-rapport annwali tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għas-sena 2012 ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjin, wara li dan ikun approvat mill-bord tal-awtorità.
Leg 12 PQ #1984 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Servizz

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 589 u peress li issa għaddew aktar minn xahrejn minn meta numru ta’ segretarji permanenti kellhom jirriżenjaw mill-kariga tagħhom, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deskrizzjoni sħiħa u dettaljata tal-funzjonijiet u responsabbiltajiet li ngħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija nru 1503. Għar-rigward l-informazzjoni ddettaljata din tingħata meta l-proċess tal-ħatriet jiġi konkluż.
Leg 12 PQ #1985 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Servizz

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 589 u peress li issa għaddew aktar minn xahrejn minn meta numru ta’ segretarji parlamentari kellhom jirriżenjaw mill-kariga tagħhom, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra tal-ħatra tagħhom fil-kariga l-ġdida li ngħatatilhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess dwar il-ħatriet l-ġodda għar-rigward ta’għadd ta’ uffiċjali li kienu segretarji permanenti għadu għaddej u se jiġi konkluż f'qasir żmien.
Leg 12 PQ #1986 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku — kompożizzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif inhi komposta l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #1987 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dati li fihom iltaqgħet il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku matul is-snin 2012 u 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 12 PQ #1988 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatra ta’ Bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-ismijiet tal-persuni kollha li nħatru fuq kull bord ta’ entitajiet li l-Gvern għandu xi interess fuqhom inkluż awtoritajiet, kummissjonijiet, aġenziji u/jew organizzazzjonijiet pubbliċi simili, mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull persuna maħtura jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha marbutin mar-remunerazzjoni, allowances, benefiċċji, perks li ngħataw bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-ħatra tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment.
Leg 12 PQ #1989 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatra ta’ Bordijiet — membri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-persuni kollha li nħatru fuq kull bord ta’ entitajiet li l-Gvern għandu xi interess fuqhom, inkluż awtoritajiet, kummissjonijiet, aġenziji u/jew organizzazzjonijiet simili, mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ ħatriet fuq bordijiet governattivi għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-bordijiet il-ġodda qed titħabbar gradwalment.