Kummissarju kontra l-Burokrazija – operat amministrattiv
Question
B’referenza għall-ħatra tal-Kummissarju Kontra l-Burokrazija, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jkun strutturat l-operat amministrattiv tal-Kummissarju Kontra l-Burokrazija?
Kummissarju kontra l-Burokrazija – regolamenti li se jitneħħew fl-2013
Question
B’referenza għall-ħatra tal-Kummissarju kontra l-Burokrazija, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-ewwel sett ta’ regolamenti li se jitneħħew matul l-2013?
Il-Belt Valletta – proġetti għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Minħabba li l-Belt Valletta hija waħda mill-lokalitajiet li għandha l-aktar talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijijiet jew proġetti intiżi biex tiġi indirizzata din il-problema?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Minħabba li l-Belt Valletta hija waħda mill-lokalitajiet li fiha hemm prevalenti l-problema tal-abbuż tad-droga, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi proġetti jew programmi speċifiċi intiżi biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li xi snin ilu, fil-Belt Valletta infetaħ iċ-ċentru Aċċess li, fost il-ħafna servizzi oħra, joffri għajnuna ta’ natura soċjali lil dawk kollha li jinħtieġuha minħabba li jkunu għaddejin minn xi esperjenza ta’ faqar. Peress li l-problema tal-abbuż tad-droga hija normalment sintomu ta’ ħafna problemi soċjali oħra, fosthom il-faqar, dan is-servizz jkopri wkoll persuni bħal dawn. Barra li jsir xogħol dirett magħhom, dawn il-persuni jiġu wkoll referuti l-aġenzija sedqa għal għajnuna aktar speċjalizzata.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jinkera apparat mingħand persuni/kumpaniji privati għall-attivitajiet mal-media u/jew uffiċjali u/jew konferenzi għall-istampa li jsiru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif jaf l-Onor Interpellant, il-gvern m’għandux l-apparat kollu meħtieg biex ikunu organiżżati konferenzi tal-aħbarijiet. Għaldaqstant, kif kien jiġri fis-snin li għaddew, ikun hemm bżonn li minn żmien għal żmien, jinkera xi apparat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy preżenti tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar billboards?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy dwar il-billboards, li ġiet approvata nhar it-8 ta' Jannar 2007, tista' tinkiseb minn fuq is-sit eletroniku ta' l-Awtorita' http://www.mepa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=583
Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta’ dawk il-billboards kollha li sas-17 ta’ Ġunju 2013 għandhom permess tal-Awtoritajiet li jkunu fejn jinstabu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista t'applikazzjonijiet li ġew approvati minn meta twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sas-17 ta' Ġunju 2013, li jirrigwardaw billboards.
Wieħed irid jinnota li hemm ukoll diversi tipi ta' billboards li huma eżentati milli jkollhom permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skont Artiklu 4 tal-Avviż Legali Numru 171 ta' 1993, Ordni ta' l-1993 dwar Reklami.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fejn il-proposta għandha il-kelma "billboard" u l-applikazzjoni ġiet approvata sas-17/06/2013.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għamlet emendi dwar il-policy tagħha fuq l-infurzar u s-sanzjonar ta’ bini mhux skont il-permess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-raba skeda tal-Att X tal-2010, din il-policy trid tiġi diskussa quddiem l-Istanding Committee dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm units residenzjali allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se issa l-Awtorità tad-Djar għandha numru ta’ units allokati għal finijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar — benefiċċji għal min għandu problemi ta' droga
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħtix xi benefiċċji partikolari lil dawk il-persuni li kienu jbatu minn problema tad-droga? Jekk iva, tista’ tipprovdi l-istatistika ta’ kemm-il persuna bbenefikat f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju tal-kera doppju lil dawk li jkunu ghadhom kif temmew b’suċċess programm ta’ rijabilitazzjoni sa massimu ta’ €1,600. Dawn l-applikanti jridu jkunu tajt it-28 sena u tapplika biss għall-persuni waħedhom.
S’issa ma’ kellna l-ebda applikazzjoni ta’ dan it-tip.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm anzjani, minn kull lokalità f’Malta u f'Għawdex, li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paul jew f’xi dar tal-anzjani residenzjali oħra tal-Gvern?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onorevoli Nterpellant illi jirriżulta li l-lista tal-applikanti biex jidħlu ghall-kura fit-tul, kemm tar-Residenza San Vinċenz de Paul kif ukoll tad-Djar Residenzjali mhijiex eżatta u preciża.
Għalhekk beda proċess li permezz tiegħu tisaħħaħ id-“database” fejn tinżamm il-lista ta’ stennija.
Tista' l-Ministru tgħid xi kriterji u metodoloġiji se jiġu addottati mill-Awtorità tad-Djar biex jiġu allokati postijiet tal-gvern (jew mikrijin mill-privat taħt l-iSkema Kiri) lill-applikanti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1993 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Privatisation Unit u x’inhuma remunerazzjoni u l-benefiċċji tal-membri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif taħdem il-funzjoni tal-infurzar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid ukoll fejn irid jirrikorri l-pubbliku biex jagħmel rapporti dwar żviluppi illegali u jekk min jagħmel ir-rapport għandux id-dritt li jibqa’ anonimu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1832 fejn intqal li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) m’għandhiex business plan u peress li fis-sit tal-MEPA ssir referenza għall-business plan tal-Awtorità, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi dan il-business plan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru, għal kull sena għas-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u l-ewwel ħames xhur tal-2013, lokalità b’lokalità jgħid:
a) kemm irċeviet applikazzjonijiet ta’ żvilupp l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA);
b) kemm irċeviet rappreżentazzjonijiet u/jew objections mingħand għaqdiet non-governattivi; u
ċ) kemm irċeviet rappreżentazzjonijiet u/jew objections mingħand il-pubbliku in ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti sena b' sena mis-sena 2008 sa l-aħħar ta' Mejju 2013 l-ammont ta' applikazzjonijiet validati f'dan il-perjodu u kemm l-istess Awtorità irċeviet rapprezentazzjonijiet statutorji / statutory objections fuq dawn l-istess applikazzjonijet. (Annex A) kif ukoll l-istess informazzjoni lokalita' b'lokalita' (Annex B u C)
Ta' min wieħed jinnota li l-istess applikazzjoni tista' tidher aktar minn darba f'din il-lista peress li tkun taqa f'aktar minn lokalità waħda. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema tal-informatika tal-Awtorità ma tagħmilx distinzjoni bejn jekk ir-rapprezentazzjoni ġietx mibgħuta minn aġenzija non-governattiva jew mill-pubbliku in ġenerali.
Din l-informazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt – għotjiet ta’ titoli
Question
Jista’ l-Prim Ministru, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti/guidelines/proċeduri li permezz tagħhom id-Dipartiment tal-Artijiet u/jew l-Uffiċċju Konġunt jagħtu kirjiet, encroachments, ċnus, right of first refusal u/jew drittijiet u/jew forma ta’ titlu ieħor?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern li taħtu jaqgħu kemm id-Direttorat tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt, jittrasferrixi proprjeta` tal-Gvern skont id-dispożizzjoni tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern – Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-Att, kif ukoll, kopja tal-proċedura li d-Dipartiment juża bħala prassi f’każijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetà tal-Gvern (mhux residenzjali) permezz ta’ kiri, tiġdid ta’ kirjiet u għoti ta’ ċnus.
B'referenza ghat-twegiba moghtija ghall-mistoqsija numru 2157 fejn il-Ministru indika l-lokalita' li kienu gejjin minnha persuni nisa li tressqu l-qorti in konnessjoni ma' kawzi ta' traffikar ta' droga, jista' l-Ministru jghid kemm tressqu persuni l-Qorti b'rabta ma' pussess jew traffikar ta' droga skont il-lokalità li kienu gejjin minnha, sena b'sena fl-ahhar hames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’żieda mat-tagħrif li jien kont tajt bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1817, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub issa ġie migbur u huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Strategy and Priorities Unit - termini ta’ referenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza tal-iStrategy and Priorities Unit/s fi ħdan il-ministeri, kif ukoll jispjega kif dawn se jiġu strutturata u mħaddma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1820, għal kull każ, jista’ l-Ministru jgħid:
a) x’kien l-ammont li kien involut fil-każ; u
b) x’kien l-eżitu tal-kawża u jekk kien hemm piena din x’kienet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif dwar in-numru ta’ persuni involuti huwa dak kif indikat f’din it-tweġiba u mhux dak indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1820.