Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3292 Sitting 47 2013-07-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tas-saħħa – kariga ta’ toxicologist

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1148, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kariga ta’ toxicologist issa intlietx?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sejħa tinsab f’fażi avvanzata ta’ preparazzjoni u għaldaqstant huwa mifhum li s-sejħa għandha toħroġ fil-futur qarib.

Venture capital – proġett ta’ riċerka u innovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-attrazzjoni ta’ venture capital għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni humiex parti mill-pjanijiet tal-Gvern għall-ħames snin li ġejjin, u jekk iva jista’ jispjega fid-dettall x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern f’dan il-qasam?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fond finanzjarju ta' venture capital jista' jintuża għal proġetti ta' Riċerka u Innovazzjoni illi għandhom il-potenzjal li jkollhom suċċess kummerċjali. L-intenzjoni hi li jitwaqqaf fond li qed jiġi msejjaħ Hybrid Venture Capital Fund bi sħab bejn il-gvern u l-privat biex ikun hemm investiment f'intrapriżi bbażati fuq teknoloġija innovattiva. Irid jiġi identifikat Fund Manager b'esperjenza tajba illi, flimkien mal-gvern, jistabbilixxi dan il-fond. Iridu jinstabu wkoll investituri privati interessati. Wara jridu jilqgħu u jevalwaw applikazzjonijiet għal dawn il-fondi minn entitajiet li qegħdin jaħdmu fuq proġetti ta' Riċerka u Innovazzjoni li jidher li għandhom potenzjal.

Lista’ ta’ proġetti sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ proġetti sportivi li l-Gvern bi ħsiebu jagħmel f’dawn il-lokalitajiet u meta bi hsiebu jwettaqhom: a) il-Belt Valletta; b) Ħamrun; ċ) il-Furjana; d) il-Pieta/Gwardamanġia; e) il-Marsa; f) Santa Venera?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport iniedi regolarment skemi għal inizjattivi u għajnuniet miftuħa għal lokalitajiet kollha, inklużi dawk imsemmija fil-mistoqsija.

Ħlas ta’ CVA

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni li ġejja, sena b'sena, minn mindu ddaħħlet is-sistema tas-CVA fil-Belt Valletta: Kemm kien hemm vetturi li ma weħlux CVA charges għaliex fl-ebda istanza ma daħlu fiż-żona tas-CVA tal-Belt Valletta? Kemm kien hemm vetturi li għalkemm daħlu fiż-żona tas-CVA tal-Belt Valletta, ma weħlux CVA charges? Kemm kien hemm vetturi eżenti għaċ-charges tas-CVA? Kemm kien hemm vetturi li ħallsu bejn €0.01 u €40 f'CVA charges f'sena? Kemm kien hemm vetturi li ħallsu bejn €40 u €50 f'CVA charges f'sena? Kemm kien hemm vetturi li ħallsu aktar minn €50 f'CVA charges f'sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3284 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Amministrazzjoni pubblika — roadmap

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-roadmap tal-Gvern fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ir-roadmap tal-Gvern toħrog mill-programm tal-Gvern stess. Fil-fatt il-programm tal-Gvern iwitti t-triq tal-amministrazzjoni pubblika, kemm dik preżenti, riformi oħra fl-istess programm u kif ukoll oħrajn li jidhru li jkunu meħtiega u b’hekk jiġu evalwati f’ħidma waħda biex flimkien kemm l-amministrazzjoni pubblika fiha nnifisha u kemm iċ-ċittadin jieħu l-aħjar valur li jistgħu għall-flus li qed jinvestu jew iħallsu għal kull servizz.
Leg 12 PQ #3285 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju kontra l-Burokrazija – tnaqqis ta’ burokrazija

Question

B’referenza għall-istqarrija li għamel meta ħabbar il-ħatra tal-Kummissarju Konrta l-Burokrazija, fejn spjega li l-Gvern se jnaqqas il-burokrazija b’25%, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġi kkalkulat dan il-benchmark u x’se tkun il-metodoloġija adottata f’dan ir-rigward?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li gvern ġdid qed jimmira li jnaqqas b’25% l-proċeduri burokratiċi eżistenti, b’użu aħjar ta’ sistemi ta’ ICT u billi fost miżuri oħrajn, inaqqas d-duplikazzjoni ta’ talbiet għall-informazzjoni u mili ta’ karti li ħafna drabi tintalab ripetutament minn dipartimenti u entitajiet differenti tal-Gvern. Fl-istess ħin ser inkunu qed insaħħu u naċċelleraw il-proċess tal-konsolidament tal-funzjonijiet tad-dħul tal-Gvern, fosthom id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, id-Dipartiment tal-VAT u d-Dwana f’ awtorità waħda u dan mingħajr ma jkun preġudikat id-dritt tal-privatezza taċ-ċittadin. Infakkar ukoll lill-Onor Interpellant li matul dan is-sajf, il-Kummissarju Kontra l-Burokrazija se jkun qiegħed imexxi proċess ta’ konsultazzjoni li jinvolvi lill-konsumaturi, lill-komunita tan-negozju u lill-impjegati taċ-ċivil.
Leg 12 PQ #3286 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport dwar Better Regulation

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat dwar il-ħidma tal-Gvern fl-aħħar ħames snin fil-qasam tal-Better Regulation li kien jitmexxa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’refereneza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar il-ħidma tal-Gvern fil-qasam tal-Better Regulation li kien tmexxa mill-Management Efficiency Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #3287 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proprjetà tal-Gvern/uffiċċju konġunt — Għaqdiet Sportivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista ta’ proprjetà tal-Gvern/Uffiċċju Konġunt li qed tintuża minn xi għaqdiet sportivi fil-lokalitajiet imsemmija: a) Belt Valletta; b) Ħamrun; ċ) il-Furjana; d) il-Pietà/Gwardmanġa; e) il-Marsa; f) Santa Venera? Għal kull proprjetà jista’ jgħid x’titlu għandhom, jagħti, d-data meta ngħatalhom it-titlu, it-terminu tat-titlu, kif ukoll il-lista ta’ kundizzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-proprjetà li jintużaw minn għaqdiet sportivi fil-lokalitajiet imsemmija ġiet trasferita lill-Kunsill Malti għall-Isport permezz tal-Att li jirregola l-Isport (Kapitlu 455), u peress li l-istess Kunsill jagħti titlu lil għaqdiet sportivi fuq dawn il-proprjetajiet, nitlob lill-Onorevoli Membru biex iressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #3288 Sitting 46 2013-07-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – użu ta’ front offices għas-servizzi tal-Gvern ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jħaddan politika li jintużaw il-front offices tal-kunsilli lokali biex jiġu pprovduti servizzi tal-Gvern ċentrali? Jekk iva, jista’ jgħid x’sar f’dan ir-rigward f’dawn l-aħħar mitt jum?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali diġà qiegħdin joffru numru ta’ servizzi mill-front offices tagħhom. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu. Sadanittant ngħarraf li bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex nesploraw il-possibiltà ta’ servizzi oħra li l-Kunsilli Lokali jistgħu joffru mill-uffiċini tagħhom. Għadu prematur sabiex wieħed jasal għal xi konklużzjonijiet, iżda jekk fl-affermattiv din l-informazzjoni tiġi ippublikata.

tkabbir ekonomiku – roadmap tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-roadmap tal-Gvern fil-qasam tal-ekonomija u jista’ speċifkament jgħid f’liema setturi huwa maħsub li t-tkabbir ekonomiku jseħħ, u kif dan se jiġi ġġenerat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ir-Roadmap tal-Gvern huwa l-programm elettorali li l-poplu ivvota għalih fid-9 ta’ Marzu. Dan il-Gvern huwa kommess li joħloq tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd, billi fost oħrajn jagħti prijoritajiet aħjar fin-nefqa tal-Gvern u naqtgħu burokrazija żejda li qegħdha tifni l-ekonomija Maltija. Dan il-Gvern qiegħed iħaddem politika mmirata li ssaħħaħ u tkabbar setturi importanti, primarjament dawn tan-negozji u s-self-employed, tas-servizzi finanzjarji, l-ekonomija diġitali, l-manifattura ta’ valur ogħla, l-qasam marittimu, it-turiżmu, it-teknoloġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-oqsma relatati mal-enerġija nadifa u dik alternattiva, proprjeta’ ta’ livell u infrastruttura. Dan it-tkabbir ekonomiku huwa mistenni permezz ta’ diversi miżuri u skemi li ħa jkun u qiegħed jaddotta dan il-Gvern, fosthom start up tax credits, skemi bħal Jeremie Micro Credit, MicroInvest, B.Start, MicroGuarantee, użu aktar wiesgħa tal-Public Private Partnership, traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, working capital, Venture Capital funds, Business Angel funds, ċentru marittimu u bini u estensjonijiet ta’ marinas fost oħrajn.
Leg 12 PQ #3278 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Customer Care tal-Gvern — moniteraġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega kif taħdem il-funzjoni tal-customer care tal-Gvern u kif din tiġi monitored? X’tip ta’ statisitka tinħareġ biex ikun hemm analiżi effettiva ta’ kif u kemm il-pubbliku qiegħed jinqeda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba ghall-mistoqsija parlamentari 3279.
Leg 12 PQ #3279 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntatt għal ilmenti dwar operat tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’għandu jagħmel u/jew fejn għandu jagħmel kuntatt, ċittadin li jkollu lment dwar xi parti mill-operat tal-Gvern? Jista’ jispjega kif isir follow-up dwar il-każijiet imsemmija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ċittadin li jkollu ilmenti, suġġerimenti, proposti x’jagħmel dwar xi parti mill-operat tal-Gvern jista’ jwassalhom f’waħda mill-Customer Care Units li jinsabu fil-Ministeri differenti. Kull uffiċjal li jaħdem f’dawn il-units huwa responsabbli li jagħmel il-monitoraġġ tal-każijiet li jkun responsabbli għalihom. Ix-xogħol kollu li jsir minn dawn il-units jsir b’mod li jiġi mħares id-dritt tal-privatezza tal-persuni involuti.
Leg 12 PQ #3280 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Sportivi – talba għall-proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-proċess li permezz tiegħu għaqda sportiva tkun tista’ titlob proprjetà tal-Gvern għal skopijiet sportivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont id-disposizzjoni tal-Att li jirregola l-Isport Kapitlu 455 tal-Liġijiet ta’ Malta, proprjetà tal-Gvern tista’ tiġi trasferita lill-għaqdiet sportivi għal skopijiet sportivi. Il-prassi sabiex dan it-trasferiment iseħħ huwa li l-għaqda sportiva titlob il-proprjetà dirett lill-Kunsill Malti għall-Isport, u dan tal-aħħar jitlob il-proprjetà lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern. Kemm il-darba din il-proprjetà hija vojta, tkun koperta bil-permess tal-MEPA fejn ikun meħtieġ u l-Gvern lest li jittrasferixxi l-proprjetà in kwistjoni, id-Dipartimnet Proprjetà tal-Gvern jittrasferixxi din il-proprjetà lill-Kunsill Malti għall-Isport permezz ta’ Avviż Legali sabiex l-istess Kunsill ikun jista’ jidħol fi ftehim mal-għaqda sportiva li tkun talbet għall-proprjetà. Madankollu, jekk għaqda sportiva titlob proprjetà dirett lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, l-istess Dipartiment jista’ jikkunsidra li jalloka l-propjetà mitluba lill-għaqda sportiva direttament skont xi waħda mid-disposizzjonijiet tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Leg 12 PQ #3281 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt — encroachements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista kollha ta’ encroachments mogħtija mid-Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt minn Marzu 2013 ’l hawn, lil min ingħataw, x’kienet ir-raġuni għal xiex ingħataw, x’inhuma t-termini u kundizzjonijiet kollha għal xiex ingħataw u xi proċess intuża biex dawn jingħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kollha ta’ encroachments mogħtija mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern minn Marzu 2013 ’l hawn bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dawn l-encroachments huma tip ta’ permessi mogħtija direttament sabiex proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tiġi okkupata għal perjodu ta’ żmien skont id-disposiżżjoni tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern (Kapitlu 268).
Leg 12 PQ #3282 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt – kirjiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista kollha ta’ kirjiet mogħtija mid-Dipartiment tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt minn Marzu 2013 ’l hawn, lil min ingħataw, x’kienet ir-raġuni għal xiex ingħataw, x’inhuma t-termini u kundizzjonijiet kollha għal xiex ingħataw u xi proċess intuża biex dawn jingħataw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista bil-kirjiet kollha mogħtija mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern minn Marzu 2013 ’l hawn bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru. Ninforma lill-Onorevoli Membru illi dawn il-kirjiet saru skont id-disposizzjoni tal-Att li jirregola t-Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern Kapitlu 268.
Leg 12 PQ #3283 Sitting 45 2013-07-03 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

servizz pubbliku — Programm ta’ ristrutturar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jagħmel programm ta’ ristrutturar fis-servizz pubbliku u jekk iva fiex se jkun qiegħed jikkonsisti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3272 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – impjegati permanenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar in-numru ta’ impjegati permanenti (mhux casual) fis-servizz pubbliku li hemm f’kull grad illum, maqsuma sena b’sena, minn meta l-impjegati ġew ingaġġati għall-ewwel darba fis-servizz pubbliku, mill-1980 ’il hawn (u skont il-format li qed jingħata separatament)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba. Fl-assenza ta' raġuni valida għaliex l-Onor. Interpellant jixtieq jingħata din l-informazzjoni, ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Leg 12 PQ #3273 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku – impjegati permanenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati permanenti fis-Servizz Pubbliku, f’kull grad, f’dawn id-dati: a) 1 ta’ Ġunju 1987; b) 15 ta’ Ottubru 1996; ċ) 15 ta’ Settembru 1998; d) 1 ta’ Marzu 2003; e) 1 ta’ Marzu 2008; f) 1 ta’ Marzu 2013; g) 15 ta’ Ġunju 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba. Fl-assenza ta' raġuni valida għaliex l-Onorevoli Interpellant jixtieq jingħata din l-informazzjoni, ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Leg 12 PQ #3274 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju kontra l-Burokrazija

Question

B’referenza għall-ħatra tal-Kummissarju kontra l-Burokrazija, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza tal-Kummissarju Kontra l-Burokrazija u jgħid x’inhuma d-deliverables mistennija minnu għall-2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Kummissarju responsabbli mis-simplifikazzjoni amministrattiva u t-tnaqqis tal-burokrazija se jkun qiegħed jeżamina kontinwament il-prassi burokratiċi fl-entitatijiet tal-Gvern, kif ukoll jipproponi u jeżegwixxi metodi kif titnaqqas il-burokrazija b’mod effettiv kif ukoll biex din ma tiżdiedx. Il-mira hija li l-burokrazija titnaqqas b’25%. Matul dan is-sajf, il-Kummissarju se jkun qiegħed imexxi proċess ta’ konsultazzjoni f’dan ir-rigward li jinvolvi lill-konsumaturi, lill-komunita tan-negozju u lill-impjegati taċ-ċivil.
Leg 12 PQ #3275 Sitting 44 2013-07-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit – lista ta’ rapporti u studji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tar-rapporti u/jew studji u/jew analiżi u/jew ħidma ohra li tqabbdet tagħmel il-Management Efficiency Unit f’dawn l-aħħar mitt jum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qiegħed nagħti lista ta’ rapporti u/jew studji u/jew analiżi u/jew ħidma oħra li tqabbdet tagħmel il-Management Efficiency Unit f’dawn l-aħħar mitt jum: · Implementazzjoni ta’ taħriġ fis-sistema tal-Customer Care, servizz.gov, għall-Customer Care Units fil-Ministeri kollħa · Analiżi tal-operat tal-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru · Analiżi tal-operat tal-Qrati tal-Ġustizzja fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, u illum fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru · Proposta fuq l-istrutura tat-tmexxija (Top Management Structure) fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali · Sapport fid-disinn ta’ Programme Management System u Reporting Dashboard relatati mal-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali · Analiżi tal-operat tad-Divizjonijiet Planning & Priorities Division u Funds & Programmes Division fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali · Żvilupp tal-Operations Programme tal-Asylum Migration Fund kif ukoll tal-Internal Security Fund għall-Funds & Programmes Division fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali · Analiżi tal-istruttura organizattiva tal-EU Secretariat fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali · Riforma fis-Sistema ta’ Infurzar Lokali fil-Ministeru tat-Turiżmu · Sapport lid-Dipartiment tal-Awditjar Intern tal-Airmalta plc · Aġġornament tar-rapport li l-Management Efficiency Unit kien għamel fuq il-Kunsill Malti għall-iSport fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi · Analiżi ta’ kif twettaq il-Proġett tal-Park tal-Familja f’Marsascala għall-Ministeru għall-Iżvilupp sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima · Analiżi tal-operat tas-Saint Vincent de Paule Residence fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali · Analiżi tal-operat tal-Foundation for Social Welfare Services u l-aġenziji inkorporati tagħha – Sedqa, Sapport u Appoġġ - fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali · Analiżi tal-operat tad-Dipartiment tal-Kuntratti u Public Procurement fil-Ministeru tal-Finanzi · Proposta fuq l-istrutura tat-tmexxija (Top Management Structure) fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma · Disinn ta’ Governance Process Framework għall-Proġett tal-Impjant l-Ġdid f’Delimara għall-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma · Proposta fuq l-istrutura tat-tmexxija (Top Management Structure) fil-Ministeru għas-Saħħa