Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti u/jew servizzi li l-Gvern jixtri ċentralment għall-użu fil-Gvern sħiħ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi l-Gvern jixtri il-prodotti li gejjin għall-użu sħiħ tad-Dipartimenti:-
Anoraks
Computer continuous stationery
f’Malta
Formoli tad-
Departmental Accounting System (DAS)
Envelops
Xerographic paper
Bnadar nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea
Pullovers
Kalzetti u
tights
Qomos tas-sajf
Uniformijiet tas-sajf
Toilet paper
Xugamani
Żraben tal-mixi għall-irġiel u n-nisa
Qomos tax-xitwa
Uniformijiet tax-xitwa, qliezet/dbielet
spare
u ngravajjet
Madankollu, ma jinxtrawx servizzi għall-użu tad-Dipartimenti kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn spazji ta’ uffiċini (office space) bil-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), lokalità b’lokalità f’Malta u f’Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma żżommx din it-tip ta' nformazzjoni.
Madanakollu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Kapitlu 4 tal-
Employment Topic Paper
(
http://www.mepa.org.mt/lpg-structureplanreview#Employment
) fejn wieħed jista' jsib l-
approved floorspace
sena b'sena mis-snin 1993 sas-sena 2000. Fir-rigward ta' applikazzjonijiet mill-2006 sal-lum, ninforma lill-Onorevoli Membru li bħalissa l-Awtorita' għaddejja b'eżerċizzju biex tiġbor l-
approved floorspace
minn applikazzjonijiet li ġew approvati fis-snin msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid xi swiet il-ħidma tal-Gvern kontra t-tipjip sena b’sena mill-2008 ’l hawn? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma fuq spejjeż marbutin ma’: edukazzjoni u prevenzjoni; u spejjeż marbutin mal-kura ta’ pazjenti li jkollhom kundizzjoni relatata mat-tipjip?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nefqa tad-dipartiment tas-saħħa fil-kampanja edukattiva u f’għajnuna ta’ clinics biex jitwaqqaf it-tipjip mill-2008 kienet ta’mitejn u erba’mitt elf, disa’mija, sitta u sebgħin ewro ( € 204,976. )
Ninsab infurmat ukoll li l-ispejjeż relatati mal-kura tal-pazjenti b’kundizzjonijiet li jirriżultaw minn ħsara li jġib it-tipjip,qadt ma’nżammet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni f’għamla ta’tabella li tispjega sena b’sena hekk kif inhu mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid xi swiet il-ħidma tal-Gvern kontra l-abbuż mid-droga sena b’sena mill-2008 ’l hawn? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma fuq spejjeż marbutin ma’ edukazzjoni u prevenzjoni u spejjeż marbutin mal-kura u/jew servizzi oħra tas-saħħa mogħtija lil persuni li għandhom il-problema tad-droga?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fl-għases tal-lokalitajiet imsemmija hawn isfel, f’dawn id-dati: 31/12/2009, 31/12/2010, 31/12/2011, 28/2/2013 u 30/5/2013:
Belt Valletta;
Furjana;
Ħamrun;
Marsa; u
Santa Venera?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tal-membri fid-diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija isir skond l-esiġenzi tal-Korp u n-neċċessitajiet oħra li jkun hemm bżonn. Għar-raġunijiet ta’ sigurtà, ma jkunx adekwat li jiġi ppublikat tagħrif dettaljat dwar l-operat tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati fil-lokalitajiet imsemmija hawn isfel, sena b’sena fl-aħħar ħames snin, u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena:
a) Belt Valletta;
b) Furjana;
c) Ħamrun;
d) Marsa; u
e) Santa Venera?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
2008
2009
2010
2011
2012
2013*
Total
Floriana
301
172
211
218
219
125
1246
Ħamrun
290
274
284
291
321
142
1602
Marsa
236
209
279
301
308
122
1455
Sta Venera
120
116
177
169
160
74
816
Valletta
836
591
610
487
478
211
3213
Total
1783
1362
1561
1466
1486
674
8332
*sa l-aħħar ta’ Mejju, 2013.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ qabdiet ta’ sigaretti u/jew tabakk (illegali) li saru mill-Forzi tal-Ordni f’dawn l-aħħar ħames snin? Għal kull qabda jista’ jgħid meta din seħħet, minn liema Forza tal-Ordni saret (eż. Pulizija, Armata eċċ.), kemm inqabdu sigaretti u/jew tabakk illegali, x’passi legali ttieħdu u x’sar mis-sigaretti u/jew tabakk maqbuda?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin il-Forzi Armati għamlu ħames qabdiet ta’ sigaretti ‘illegali’. Dawn kollha seħħew fuq il-baħar b’interċessjoni tal-Patrol Boats tal-Iskwadra Marittima tal-Forza. Dawn il-qabdiet kollha ingħaddew lill-Pulizija li min-naħa taghhom ħadu il-passi legali neċessarji. Il-qabdiet imsemmija huma elenkati fit-tabella:
Ser No
(a)
Data
(b)
Isem tal-bastiment
(c)
Numru ta’ sigaretti
(d)
1
16 Dec 2008
Jane S
9,400
2
20 July 2011
Mae Yamnea
546,000
3
12 Aug 2011
Gently
1,990,000
4
1 Dec 2011
Crystal Starlight
126,000
5
17 Feb 2013
Sea Lioness
390,000
Total ta’ 3,075,400 sigarett.
Jista’ l-Ministru jgħid kif taħdem l-interazzjoni bejn id-Dwana u l-Forzi tal-Ordni f’każijiet ta’ qbid ta’ sigaretti u/jew tabakk illegali u x’jiġri mis-sigaretti u/jew tabakk illegali li jkunu nqabdu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi s-sigaretti u/jew tabakk illegali li jinqabdu mill-Forzi tal-Ordni jgħaddu lid-Dwana u wara l-eżitu tal-każ u s-sigaretti jiġu konfiskati, dawn jiġu distrutti taħt superviżjoni tad-Dwana ġewwa mpjanti awtorizzati li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu dħul il-Gvern mit-taxxi kollha (sisa, dazju eċċ.) fuq is-sigaretti u/jew tabakk, sena b’sena, matul dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dipartimenti li s’issa daħlu s-sistema tal-eProcurement (www.etenders.gov.mt) kif ukoll jagħti l-lista sħiħa ta’ tenders li ġew ipproċessati permezz ta’ din is-sistema minn Jannar 2013 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi d-dipartimenti li s'issa daħħlu s-sistema tal-eProcurement (www.etenders.gov.mt) huma sbatax (17). Il-lista sħiħa ta' tenders (mitejn u wieħed u tmenin (281)) li ġew ipproċessati permezz ta' din is-sistema minn Jannar 2013 sal-lum hija kif muri fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jżid l-għajnuna lill-Caritas mis-sena d-dieħla ’l quddiem sabiex din l-organizzazzjoni tkun tista’ tkopri l-ispiża tal-operat tagħha?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-produzzjonijiet awdjoviżivi kollha li ġew ikkummissjonati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum? Għal kull wieħed jista’ jgħid x’kienet it-tema tal-produzzjoni, kemm swiet u x’kien il-proċess li bih intgħażel min tqabbad biex jagħmel il-produzzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-proġett biex jitwassal il-fibre f’kull skola primarja u sekondarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li dan il-proġett kienet responsabbli minnu l-MITA, li taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-proġett tal-eLearning?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-eLearning għandu diversi friegħi li qed ikomplu jiġu żviluppati skont il-policies ta’ SmartLearing u proposti ġodda oħra.
1 Il-pjattaforma virtwali msemmija iLearn (Fronter) issa hija fil-post u bdiet titħaddem mill-għalliema tal-iskejjel primarji tal-Istat u l-istudenti, filwaqt li għadu kif spiċċa t-taħriġ kollu lill-għalliema fl-iskejjel sekondarji. Fadal biss l-iskejjel sekondarji għolja f’Għawdex u n-Naxxar u numru żgħir ta’ għalliema li ma setgħux jattendu matul is-sena minħabba lif tal-maternità.
2. FL-2012 ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Ministeru u l-MUT dwar l-użu tal-Fronter mill-għalliema tal-primarja. Bħalissa qed jiġi konkluż il-Memorandum għall-għalliema tas-sekondarja.
3. Kontenut diġitali għall-iskejjel sekondarji biex jintuża fuq il-pjattaforma virtwali qiegħed fl-istadju tal-bidu ta’ implimentazzjoni filwaqt li l-offerta għal kontenut diġitali għall-iskejjel Primarji qiegħda fi stadju ta’ ġudizzju.
4. Il-klassijiet kollha tal-Istat għandhom Interactive whiteboard imwaħħal u l-għalliema qed jagħmlu użu minnu b’mod regulari, flimkien mal-laptop li għandhom.
5. Kumitat dwar id-Digital Literacy sawwar qafas għat-tliet snin li ġejjin għall-konsiderazzjoni tal-Ministeru bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali tal-litteriżmu għal kulħadd.
6. Iddaħħal networking lokali (LAN) fl-iskejjel kważi kollha primarji, sekondarji u speċjali, li tejjeb sew il-kwalità tas-servizz. Il-ftit skejjel li fadal isirilhom ix-xogħol skond id-deċizjoni final dwar l-użu tal-binjiet bħala skejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux bi ħsiebu jkompli l-proċess ta’ emendi kostituzzjonali li kien inbeda bil-White Paper dwar id-Drittijiet Diġitali li kienet ippubblikata mill-Gvern preċedenti, u jekk iva jista’ jagħti t-timeframe għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika xahar b’xahar tax-xogħol li għamlet il-Business First (fil-Malta Enterprise) minn mindu twaqqfet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li mindu twaqqfet il-Business First, fil-Malta Enterprise, saru diversi xogħlijiet kif spjegat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.