Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta — parkeġġ

Question

B'referenza għall-parkeġġ fil-Belt, jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' parking bays i) riservati għar-residenti tal-Belt 24 siegħa (ħodor); ii) riservati għar-residenti tal-Belt bil-lejl (blu); iii) riservati għal persuni b'diżabilità jew għal raġunijiet oħra (sofor); iv) riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern; v) riservati għall-karozzi tal-ministeri; vi) in-numru ta' parking bays għal kulħadd fl-area tas-CVA, jiġifieri kemm hemm parking bays bojod; u vii) in-numru ta' parking bays fil-Belt iżda 'l barra mis-CVA charging zone? Jista’ jipprovdi mappa ta' fejn jinstabu dawn il-parkeġġi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont survey li sar minn Transport Malta bejn Awissu u Settembru 2013, l-allokazzjoni ta’ parking bays, kemm dawk f’toroq pubbliċi kif ukoll ġewwa spazji ta’ parkeġġ (parking areas) fil-Belt Valletta huma hekk kif ġej: i) parking bays riservati għar-residenti tal-Belt 24 siegħa (ħodor) – 215 fiż-żona tas-CVA u 107 ‘il barra miż-żona tas-CVA; ii) parking bays riservati għar-residenti tal-Belt bil-lejl (blu) – 567 fiż-żona tas-CVA u 10 ‘il barra miż-żona tas-CVA; iii) parking bays riservati għal disabled jew raġunijiet oħra* (sofor) - 154 fiż-żona tas-CVA u 49 ‘il barra miż-żona tas-CVA; iv) parking bays riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern - 2 fiż-żona tas-CVA u 30 ‘il barra miż-żona tas-CVA; v) riservati għall-karozzi tal-ministeri - 37 fiż-żona tas-CVA u 84 ‘il barra miż-żona tas-CVA; vi) parking bays għal kulħadd (bojod) fl-area tas-CVA – 629; vii) parking bays fil-Belt iżda 'l barra mis-CVA charging zone – 896 * jinkludi loading / unloading bays, kaxxi ta’ parkeġġ għal taxis, electric cabs u karozzini. Apparti minn hekk hemm 284 kaxxa ta’ parkeġġ safra mmarkata bħala Keep Clear ġewwa ż-żona tas-CVA u 36 ‘il barra miż-żona tas-CVA. Hemm ukoll 55 parkeġġ fiż-żona tas-CVA assenjati għal muturi u 6 parkeġġi ‘il barra miż-żona tas-CVA. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi l-allokazzjoni ta’ dawn il-parking bays fil-Belt Valletta.
Leg 12 PQ #3917 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – permessi marbutin mal-ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-proċess li permezz tiegħu l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tirċievi u tipproċessa permessi marbutin mal-ambjent, u f’liema stadji ssir konsultazzjoni pubblika dwarhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tirċievi u tipproċessa permessi marbutin mal-ambjent skont in-natura tal-permess, kif elenkat hawn taħt: 1. Rikjesti ta’ natura sempliċi, li jinkludu per eżempju permessi għall-qlugħ, żbir jew trapjantar ta' siġar, kif ukoll żarmar, twaqqiegħ jew tibdiliet strutturali f'ħitan tas-sejjiegħ, u permessi marbutin mat-trasferiment jew ġarr ta' skart. Permessi ta’ dan it-tip jinkludu ukoll dawk relatati mal-biodiversita’, partikolarment dawk ikkonċernati mar-regolamenti dwar il-kummerċ fi speċi ta’ fawna u flora, u dawk relatati mal-protezzjoni tal-flora, fawna u ambjenti naturali, bħal fi bżonn ta’ riċerka u mmaniġġar f’siti protetti. Dawn il-permessi jiġu milqugħa u ipproċessati każ b’kaz, b’konsultazzjoni interna, u ma jeħtiġux konsultazzjoni pubblika. 2. Applikazzjonijiet għall-permessi relatati mar-rilaxx deliberat ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati, speċifikament relatati mat-tqeghid fuq is-suq, fejn l-applikant irid jagħmel avviż fuq gazzetta lokali u l-pubbliku għandu l-possibilità jikkummenta direttament lill-Kummissjoni Ewropea, anki meta l-applikazzjoni toriġina minn Stat Membru ieħor. 3. Kull applikazzjoni għall-permessi ta’ żvilupp, ikolliex jew le impatt fuq l-ambjent, statutorjament teħtieġu konsultazzjoni pubblika skont ma jistabbilixxi l-Att li jirregola l-operat tal-MEPA. L-impatt ta' wħud minn dawn l-iżviluppi ġieli jirrekjedi ukoll Studji dwar l-Impatt Ambjentali ("Environmental impact Assessment") u proċessi anċillari ta' konsultazzjoni pubblika dwar dawn l-istess studji. Il-konsultazzjoni ssir f'diversi stadji matul il-proċess tal-istudji. 4. Applikazzjonijiet għall-permessi ambjentali (environmental permit) jirrekjedu konsultazzjoni pubblika skont l-eżitu tal-impatt fuq l-ambjent u l-ambitu tal-każ u hija għad-diskrezzjoni tal-MEPA, ibbażata fuq ir-rekwiżiti tal-partijiet interessati. Dan għaliex proċedura definittiva għad trid tiġi żviluppata. Madanakollu, f’ċertu każi, konsultazzjoni issir kemm qabel, kif ukoll wara, l-ipproċessar tal-permess bħala moniteraġġ tal-effittivita’ tal-permess. 5. Il-proċess tal-permessi marbutin mal-IPPC (Integrated Pollution Prevention Control), meqjusa bħala l-aktar permessi ambjentali eżiġenti, jeħtieġu konsultazzjoni mal-pubbliku skont r-Regolamenti 10 tal-2013 dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali. Dan ir-Regolament ukoll jobbliga l-Awtorità kompetenti biex tagħmel ċerta informazzjoni disponibbli lill-pubbliku.
Leg 12 PQ #3918 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) xahar b’xahar minn Jannar 2008 sa Lulju 2013, f’kull lokalità f’Malta u Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3919 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – enforcement notices pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) pendenti, f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, maqsumin skont jekk humiex ġewwa jew barra l-iskema tal-iżvilupp?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-każijiet t'infurzar li għadhom mhux magħluqa fuq is-sistema diġitali tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, skont il-Kunsill Lokali li jaqgħu fihom. Din l-istatistika ġiet miġbura wara query fuq is-sistema tal-Awtorita', li saret fit-28 ta' Awissu, 2013. Dawn jinkludu l-ka¿ijiet kollha, inkluż dawk li l-Awtorita` ma tistax taġixxi fuqhom għax hemm pendenzi għaddejjin, bħal appelli jew aplikazzjonijiet ta' sanzjonar. Iżda, ma jinkludux każijiet li mhumiex e¿egwibbli għax għandhom konċessjonijiet legali li huma mmarkati fuq is-sistema diġitali u li huma mmarkati fuq din is-sistema bħala li jkopru l-iżvilupp illegali kollu, kif ukoll dawk il-każijiet li fuq is-sistema diġitali huma mmarkati li ttieħdet azzjoni diretta fuqhom u tneħħew l-illegalitajiet kollha imma għad baqa' l-ispejjeż x'jinġabru. It-total miġbur mis-sistema diġitali hekk tela' għal 8080 każ:- 4480 fiż-Żona tal-Iżvilupp, u 3600 Barra miż-Żona tal-Iżvilupp (ODZ).
Leg 12 PQ #3920 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – direct actions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ittieħdu direct actions (marbutin ma’ infurzar) mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) xahar b’xahar minn Jannar 2008 sa Lulju 2013, f’kull lokalità f’Malta u Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #3921 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – refunds pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għandha refunds pendenti xi tħallas lura l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) lill-applikanti li jkun inħarġilhom il-permess u jkun għadda ż-żmien tal-garanzija li jkunu ntalbu jagħmlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ refunds pendenti xi tħallas lura l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) lill-applikanti li jkun inħarġilhom il-permess, maħduma sa l-24 ta' Settembru 2013, huwa ta’ €1,070,284.33.

Caritas – għajnuna mill-gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jżid l-għajnuna lill-Caritas mis-sena d-dieħla ’l quddiem sabiex din l-organizzazzjoni tkun tista’ tkopri l-ispiża tal-operat tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Għaqdiet Volontarji.

akkomodazzjoni soċjali — allokazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm bi ħsiebha talloka postijiet għall-akkomodazzjoni soċjali għal kull sena minn din is-sena 2013 sas-sena 2017?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar se talloka l-postijiet vakanti li għandha bħalissa kemm tal-Gvern kif ukoll dawk tal-privat li ġew mikrija taħt Skema Kiri. Għas-snin li ġejjn l-Awtorità tad-Djar se tkompli tiddentifika dawk il-postijiet tal-Gvern li mhux qegħdin jiġu okkupati sabiex din tieħu lura il-pussess tagħhom u jerġgħu jiġu allokati. Kull post vakanti li ċ-ċwievet tiegħu jiġu ritornati lill-Awtorità tad-Djar, jiġi ri allokat lill-persuni fuq il-waiting list. Bħalissa l-Awtorità tad-Djar għaddejja b’eżerċizzju sabiex tiġi trattata l-waiting list li ilha pendenti għal dawn l-aħħar snin. Il-Bord tal-Awtorità tad-Djar qiegħed ukoll fi stadju li jiddiskuti u janalizza il-finanzi tal-Awtorità tad-Djar sabiex jiġi indirizzat id-deficit fi ħdan l-Awtorità. Policy tiġi ffissata wara dan l-ezercizzju.
Leg 12 PQ #3754 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Skema tal-Ħwienet tal-Belt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irċieva applikazzijiet id-Dipartiment tal-Artijiet għall-Iskema tal-Ħwienet tal-Belt li kienet imnedija fl-1 ta’ Diċembru 2012? Jista’ jgħid kemm minn dawk li applikaw ingħataw il-kundizzjonijiet tal-Iskema u sa meta hemm il-ħsieb li jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet kollha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu fetħet l-Iskema għall-Ħwienet tal-Belt id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, s’issa rċieva 42 applikazzjoni filwaqt li 7 minn dawn l-applikazzjonijiet ġew finaliżżati u ngħataw il-kundizzjonijiet tal-Iskema. Bħalissa qed isir xogħol ta’ verifika fuq il-kumplament tal-applikazzjonijiet mibgħuta sabiex wara jibda l-proċess proprju tal-applikazzjoni.. Infakkar lill-Onor. Membru li applikazzjonijiet taħt din l-Iskema jibqgħu jintlaqgħu sal-1 ta’ Diċembru 2013.
Leg 12 PQ #3755 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema – Triq ix-Xatt — encroachment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji (terminu, spazju mikri, ammont tal-kirja, data mogħtija) tal-encroachment u/jew forma ta’ permess/titlu ieħor tal-kiosks, gabbani u strutturi oħra simili li hemm fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema (iż-żona magħrufa bħala Ferries)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant dwar iż-żona fi Triq ix-Xatt, Sliema fiż-żona magħrufa bħala Ferries.

Sistema tas-CVA — exemptions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu exemptions għas-sistema tas-CVA, xahar b’xahar, minn Jannar 2011 sa Ġunju 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sistema tas-CVA – applikazzjonijiet għall-exemptions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiddeċiedu l-applikazzjonijiet għall-exemptions għas-sistema tas-CVA?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għall-exemptions għas-sistema tas-CVA jiġu deċiżi mill-Bord Amministrattiv tas-CVA hekk kif stipulat fir-regolamenti tal-2007 dwar aċċess ikkontrollat ta’ vetturi f’ċertu żoni.
Leg 12 PQ #3758 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

servizz ta’ fiżjoterapija — Multiple Sclerosis

Question

Peress li l-persuni li jbatu mill-kundizzjoni kiefra tal-Multiple Sclerosis ikollhom titjib sostanjzali fil-kwalità tal-ħajja tagħhom permezz tas-servizz ta’ fiżjoterapija fi djarhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz hux se jiġi introdott?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-servizz ta’ fiżjoterapija fid-djar huwa wieħed ta’ natura dinamika u li għalhekk id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija qiegħed jaġġorna u jiżviluppa l-metodi tiegħu maż-żminijiet u skont il-bżonnijiet.
Leg 12 PQ #3759 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ammont ta’ taxpayers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm taxpayers fil-brackets t’hawn taħt, sena b’sena, mill-2008 sal-2012? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma bejn tax payers individwali u kumpaniji għall- a) Anqas minn €8,500; b) bejn €8,501 u €14,500; ċ) bejn €14,501 u €19,500; d) bejn €19,501 u €25,000; e) bejn €25,001 u €35,000; f) bejn €35,001 u €45,000; g) bejn €45,001 u €60,000; h) bejn €60,001 u €75,000; i) bejn €75,001 u €100,000; j) bejn €100,001 u €125,000; k) bejn €125,001 u €150,000; l) bejn €150,001 u €200,000; m) bejn €200,001 u €250,000; n) bejn €250,001 u €350,000; o) bejn €350,001 u €500,000; u p) aktar minn €500,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #3748 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet tat-Tribunal ta’ Reviżjoni u l-Ippjanar — kompożizzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif inhuma komposti l-Bordijiet tat-Tribunal ta’ Reviżjoni u l-Ippjanar u jagħti r-remunerazzjoni u l-lista ta’ benefiċċji kollha li għandhom iċ-chairperson, il-membri u l-membri sostituti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3749 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet tat-Tribunal tar-Reviżjoni u l-Ippjanar — kompożizzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif intgħażlu ċ-chairpersons u l-membri tal-Bordijiet tat-Tribunal tar-Reviżjoni u l-Ippjanar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ- chairman u l-membri tat-Tribunal ta' Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ingħażlu fuq il-mertu tal-kapaċitajiet tagħhom kif dejjem sar.
Leg 12 PQ #3750 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet tat-Tribunal ta’ Reviżjoni u l-Ippjanar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li jitwaqqaf Bord tat-Tribunal ta’ Reviżjoni u l-Ippjanar ieħor minbarra dak li kien diġà jeżisti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Peress li t-Tribunal attwali kellu 500 każ imħalli għal deċiżjoni, fejn uħud minn dawn il-każijiet ma ġewx deċiżi anke jekk kien hemm data ġa kkomunikata lill-partijiet, oltre l- fatt li dan l-istess Tribunal kellu ċirka 600 każ pendenti għas-smiegħ, il-Gvern ħass li tali sitwazzjoni mhix aċċettabli fil-konfront tal- appellanti. Appuntu għalhekk, inħass li jinħatar Tribunal ġdid, bl-intiża ċara li l-ewwel Tribunal jagħti d-deċizjonijiet possibilment aktar malajr u l-każijiet pendenti jiġu trattati aktar malajr.
Leg 12 PQ #3751 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tat-Tribunal ta’ Reviżjoni u l-Ippjanar — appelli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irċevew appelli u kemm ġew deċiżi appelli mill-Bord tat-Tribunal ta’ Reviżjoni u l-Ippjanar minn meta ġew imwaqqfa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3752 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjanijiet lokali – proċess dettaljat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega fid-dettall il-proċess li se jiġi addottat biex isiru bidliet fil-pjanijiet lokali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess li bih isiru bidliet fil-pjanijiet bħalissa huwa regolat mill-Att X tat-2010 li f'artikli 47-50 u artikli 54-58 huwa spjegat fid-dettal il-proċess tat-tfassil, inkluż emendi sostanzjali, ta' pjanijiet lokali. Fil-każ odjern, qed issir konsultazzjoni pubblika addizzjonali bil-għan li wieħed jifhem aħjar ideat li jikkontribwixxu għall-aġġornamenti, fejn hemm bżonn ta' kjarifiki ta' policies eżistenti, fejn policies m'għadhomx applikabbli u fejn policies u/jew mapep jistgħu jibbenefikaw minn emendi. Din l-ewwel fażi ta' konsultazzjoni tagħlaq fit-30 ta' Settembru 2013.
Leg 12 PQ #3753 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjanijiet Lokali – raġuni għal bidla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li jsiru bidliet fil-Pjanijiet Lokali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-liġi tikkontempla illi wara li jgħaddu sentejn minn approvazzjoni ta' pjan sussidjarju bħal ma hu pjan lokali, dan ikun jista’ jiġi revedut. L-aħħar sett ta' pjanijiet lokali ġew approvati fl-2006. Fl-amministrazzjoni preċedenti kien twaqqaf kumitat ad hoc fuq ir-riforma tal-policies tal-MEPA li kien issuġġerixxa li jsiru reviżjoni tal-pjanijiet lokali flimkien ma’ reviżjoni tal-pjan ta' Struttura. L-amministrazzjoni preċedenti segwiet dan il-parir u varat l-istadji inizjali tal-proċess ta' reviżjoni tal-pjan strateġiku u nbeda xogħol preliminari fuq il-pjanijiet lokali. Huwa intenzjonat li l-istadji inizzjali ta' konsultazzjoni pubblika fuq il-pjanijiet lokali mħabbra dan l-aħħar jixħtu aktar dawl fuq l-issues u ideat ġodda biex eventwalment dawn jgħinu lill-Gvern jifformola u jippubblika l-oġġettivi tar-reviżjoni tal-pjanijiet lokali skont ma titlob il-liġi. Fl-istess ħin il-Gvern qed jaħdem fuq il-finalizzazzjoni tar-reviżjoni tal-pjan strateġiku (Strategic Plan for Environment and Development - SPED). B'hekk jissawar il-qafas strateġiku nazzjonali ġdid li fuqu jiġu ibbażati l-policies marbuta mar reviżjonijiet tal-pjanijiet lokali.