Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif taħdem il-funzjoni tal-infurzar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid ukoll fejn irid jirrikorri l-pubbliku biex jagħmel rapporti dwar żviluppi illegali u jekk min jagħmel ir-rapport għandux id-dritt li jibqa’ anonimu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan il-MEPA jaġixxi bil-poteri mogħtija lilu f'Parti VI tal-Att X tal-2010 dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Din il-parti tal-Mistoqsija Parlamentari hi ġenerika ħafna. Fil-qosor, fejn jirriżulta li hemm illegalità, l-ewwel, min ikun responsabbli jintalab biex ineħħi l-illegalità mingħajr formalitajiet żejda. Fejn dan ma jsirx, jinħareġ ordni biex l-illegalità titneħħa u/jew titwaqqaf fi żmien stabbilit fil-liġi, u jekk le, l-Ordni ta' Infurzar isir eżekutibbli u b'hekk l-Awtorità tkun tista' tieħu passi ulterjuri. F'Novembru li għadda daħlu ukoll fis-seħħ multi ta' kuljum li jiġu mposti fuq l-iżvilupp illegali kollu li jirriżulta li jkun sar wara li dawn daħlu fis-seħħ. Jekk tittieħed azzjoni diretta, l-ispejjeż ikunu jistgħu jiġu rkuprati mis-sid, mill-okkupant jew minn min ikun wettaq l-illegalità.
Rapporti dwar żvillupp illegali jistgħu jsiru lill-Awtorità permezz tal-
website
uffiċjali; billi wieħed jmur personalment u jikkomunika m' uffiċjal maħtur apposta għal dan il-għan; billi jibgħat korrispondenza miktuba; jew sempliċiment billi jċempel fuq in-numri reklamati. L-Awtorità toffri wkoll servizz t'emerġenza wara l-ħin tax-xogħol inklużi Ħdud u festi. Minbarra li kull informazzjoni tibqa’ kunfidenzjali, l-anonimità ta' min jagħmel rapport tkun rispetta u min jirraporta għandu d-dritt li jibqa anonimu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 406 u jgħid x'inhu l-pjan tiegħu rigward il-kura ta' riabilitazzjoni? X'miżuri jew proġetti se jiġu mnedija sabiex dan is-servizz jitjieb u jsir aktar professjonali u b'hekk ikun jista' jagħti firxa aktar wiesgħa ta' servizzi bħal pereżempju kura ta' riabilitazzjoni għat-tfal, dik respiratorja, kardijaka u wara li jkun sar xi intervent kirurġiku maġġuri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r-rijabilitazzjoni tal-pazjenti hija parti ntegrali mill-kura totali li tingħata. Huwa fatt li għalkemm sar progress f'dan il-qasam għad baqa' ħafna xi jsir. Dan għaliex minbarra nuqqas ta' spazju fin-numru ta' sodod allokati f'dan il-qasam, hemm ukoll nuqqas ta'servizzi kif ukoll faċilitajiet oħra biex din il-kura timxi aktar 'l quddiem. L-akbar nuqqas huwa dak għall-pazjenti ‘l fuq minn 16 il-sena.
Il-qasam pedjatriku ser ikompli jingħata minn speċjalisti f'dan il-qasam u kura
out-patients
fis-
CDAU
biswit l-isptar Karin Grech. Ir-rijabilitazzjoni kardijaka u respiratorja qed jingħataw servizz tajjeb f'Mater Dei u m'hemmx ħsieb li għalissa ikun hemm xi tibdil anki minħabba l-fatt li jkun hemm bżonn preżenza ta’ kardjologu fejn tingħata l-kura meħtiega. Fil-kumplament tal-patoloġiji, speċjalment fil-qasam tan-newroloġija, amputazzjonijiet u ortopedija flimkien ma' oħrajn hemm bżonn ta' viżjoni ċara ta' kif dan is-servizz iwassal għal riżultati aħjar f'dan is-settur.
Hemm bżonn ta' ċentru ġdid li minbarra li jbiddel il-mentalità ta’ kif tingħata il-kura rijabilitattiva, dan jkun mgħammar bl-aqwa apparat u servizzi. Hemm bżonn ukoll numru akbar ta' professjonisti ittrenjati sabiex tassew nistgħu ngħidu li il-pażjenti tagħna ikunu qed jingħataw l-aħjar possibbli. Qed jitħejja pjan
“ short to medium term”
biex dan l-iskop jintlaħaq.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 353 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li huma erbgħa l-konsulenti ingaġġati skont it-termini u kundizzjonijiet stipulati fid-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar Ħlasijiet lil Konsulenti f’Ministeri.
It-
terms of reference
huma marbutin mat-titjib tar-relazzjonijiet tal-Ministeru fuq livell internazzjonali u ta’dawk mas-settur privat, u mat-titjib ta’sistemi ta’informatika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1814 u jgħid kemm-il impjegat ġie trasferit mill-11 ta' Marzu ’l hawn fil-Ministeru għas-Saħħa? X'kariga kellha kull persuna li ġiet trasferita? Kemm minn dawn il-persuni talbu li jiġu trasferiti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li ġew trasferiti fil-perijodu msemmi u l-kariga ta’ kull persuna, u jekk it-transfer ġiex mitlub mill-persuna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 163 persuna li ġew trasferiti mill-11 ta’Marzu 2013.
Infurmat ukoll li kienu huma stess, li talbu biex seta’ jsir it-trasferiment tagħhom. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — Lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2310 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qegħdin jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei, u jagħti u n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Nitolbu jagħti informazzjoni dwar kemm hemm pazjenti li ilhom jistennew: Bejn 3 u sitt xhur; bejn 7 u 12-il xahar; bejn 13 u 24 xahar; bejn 25 u 36 xahar; u aktar minn 36 xahar.
Response (FARRUGIA, GODFREY)
B’referenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 2310 u 1068, in-numru ta’ interventi maqsumin skont id-dipartiment u x-xhur ta’ stennija jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' rifużjoni għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X’konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 69 u jagħti informazzjoni dwar x'miżuri beħsiebu jieħu sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-Uffiċċju tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) ġewwa l-Isptar San Luqa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Medicines Entitlement Unit (MEU) joffri diversi servizzi sabiex jipprovdi aċċess effiċjenti lill-pazjenti li japplikaw għall-intitolament ta’ mediċini b’xejn skont il-liġi tal-Ħames Skeda ta’ l-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Art 23.
L-MEU huwa miftuħ għall-pubbliku it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn 7.30 – 14.30, fejn l-individwu jista’ jiddeċiedi li jħalli l-applikazzjoni l-MEU u din tiġi proċessata u mibgħuta direttament bil-posta. Persuna tista’ tagħżel ukoll li tibqa tistenna u tingħata servizz dirett u immedjat fil-ġurnata. Meta mhux miftuħ għall-pubbliku, l-applikazjonijiet jistgħu jitħallew fil-kaxxa postali tal-MEU.
Ta’ kuljum l-applikazzjonijiet jaslu wkoll minn diversi entitajiet, bħal sptarijiet u polikliniċi, permezz tal-posta jew messaġġier.
Bħala parti mill-wegħda elettorali dwar nuqqas ta’ burokrazija wara li l-proċess ġie analizzat,
beda jiġi implimentat. Għalhekk riċentament ġie ntrodott servizz ġdid fejn konsulent jew delegat awtorizzat minnu jista japplika direttament permezz tal-applikazzjoni PDF disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għas-Saħħa. L-applikazzjoni mimlija tiġi mibgħuta direttament l-MEU permezz tal-posta eletronika fejn ta’ kuljum jiġu kkonfermati u pproċessati minn persuna professjonali fil-ġurnata.
Dan is-servizz ġie ntrodott sabiex iħejji u jirrifletti iktar is-sistema tal-IT li ser tiġi ntrodotta fi żmien qarib.
L-MEU joffri wkoll servizz ta’ customer care permezz tat-telefon li disponibbli għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 7.30 u 14.30 jew tal-posta elettronika fuq schedulev.mfh@gov.mt
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Strategy and Priorities Unit - termini ta’ referenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza tal-iStrategy and Priorities Unit/s fi ħdan il-ministeri, kif ukoll jispjega kif dawn se jiġu strutturata u mħaddma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor Interpellant li x-xogħol ta’ dan il-unit huwa mfisser fil-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013 u fl-isem stess tal-unit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3465 u jgħid fiex wasal il-proġett tal-Fibre to the Home (FTTH) u x’inhi r-roadmap tal-Gvern għal dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-Gvern bħalissa qiegħed jevalwa dan il-proġett sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-proċess li ser insegwi biex jiġu implimentati servizzi ta’broadband b’veloċita' qawwija ħafna.
Id-deċiżjoni finali dwar kif għandha titwettaq il-wegħda li għamel dan il-Gvern dwar il-
Fibre-to-the-Home
se tittieħed aktar ‘il quddiem wara konsultazzjoni wiesgħa.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3266 u ċjoè: Minħabba li l-Belt Valletta hija waħda mil-lokalitajiet li għandha l-aktar talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet jew proġetti intiżi biex tiġi indirizzata din il-problema?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament qiegħed isir eżerċizzju fuq fondi tal-Gvern li jinsabu vojta għal xi raġuni.
Dan l-eżerċizzju qed isir sabiex appartamenti mhux utilizzati jerġgħu jaqgħu f’idejn l-Awtorita’ u jintużaw sabiex nagħtu assistenza soċjali lil ħaddieħor.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 623 u jgħid kemm kien hemm persuni li użaw is-servizzi taċ-ċentri tad-Detox li għandu l-Gvern, sena b’sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x’età kellhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t’Għawdex – każijiet ta’ overdose
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari mistoqsija parlamentari 367 u jgħid kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei jew l-Isptar Ġenerali t'Għawdex isofru minn overdose ta' droga, sena b'sena bejn l-2003 u l-2013 (l-ewwel tliet xhur)? Jista' jindika l-lokalità minn fejn kienu l-persuni rispettivi u x'età kellhom meta ddaħħlu l-Isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Caritas – għajnuna għar-riabilitazzjoni ta’ persuni bi problemi tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 365 u jgħid x'għajnuna se jkun qed jagħti l-Gvern lill-organizzazzjoni Caritas biex jgħinha fil-ħidma tagħha fir-riabilitazzjoni ta' persuni li jkollhom problema ta' droga?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2819 u jgħid kif taħdem il-funzjoni tal-infurzar tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid ukoll fejn irid jirrikorri l-pubbliku biex jagħmel rapporti dwar żviluppi illegali u jekk min jagħmel ir-rapport għandux id-dritt li jibqa’ anonimu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan il-MEPA jaġixxi bil-poteri mogħtija lilu f'Parti VI tal-Att X tal-2010 dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Din il-parti tal-Mistoqsija Parlamentari hi ġenerika ħafna. Fil-qosor, fejn jirriżulta li hemm illegalita`, l-ewwel, min ikun responsabbli jintalab biex ineħħi l-illegalita' mingħajr formalitajiet żejda. Fejn dan ma jsirx, jinħareġ ordni biex l-illegalita` titneħħa u/jew titwaqqaf fi żmien stabbilit fil-liġi, u jekk le, l-Ordni ta' Infurzar isir eżekutibbli u b'hekk l-Awtorita` tkun tista' tieħu passi ulterjuri. F'Novembru li għadda daħlu wkoll fis-seħħ multi ta' kuljum li jiġu mposti fuq l-iżvilupp illegali kollu li jirriżulta li jkun sar wara li dawn daħlu fis-seħħ. Jekk tittieħed azzjoni diretta, l-ispejjeż ikunu jistgħu jiġu rkuprati mis-sid, mill-okkupant jew minn min ikun wettaq l-illegalita`.
Rapporti dwar żvillupp illegali jistgħu jsiru lill-Awtorita' permezz tal-website uffiċjali; billi wieħed imur personalment u jikkomunika ma' uffiċċjal maħtur apposta għal dan il-għan; billi jibgħat korrispondenza miktuba; jew sempliċiment billi jċempel fuq in-numri reklamati. L-Awtorita` toffri wkoll servizz t'emerġenza wara l-ħin tax-xogħol inklużi Ħdud u festi. Minbarra li kull informazzjoni tibqa kunfidenzjali, l-anonimita` ta' min jagħmel rapport tkun rispettata u min jirraporta għandu d-dritt li jibqa anonimu.
Awtorità tad-Djar – kera tal-post tal-Multiple Sclerosis Society of Malta
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex se żżomm mal-impenn li kienet għamlet mal-Multiple Sclerosis Society of Malta li t-18-il xahar kera li kienu tħallsu mis-soċjetà qabel mal-post kien jista’ jintuża se jkunu kkunsidrati bħala credit għal kera dovuta mid-data ta’ meta beda jintuża l-post ’il quddiem?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar ser iżżomm mal-impenn li kienet għamlet mal-Multiple Sclerosis Society permezz tal-ittra datata 2 ta’ Novembru 2012 fejn ġew eċentati li jħallsu l-kera temporanjament sakemm il-post 17, Ent 198, Triq il-Wied, Msida, ikun adekwat biex jintuża.
Oltre dan l-Awtorita’qiegħda ukoll tapprova li l-kera terġa’ tibda titħallas fid-29 t’April 2014.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3759 u jgħid kemm kien hemm taxpayers fil-brackets t’hawn taħt, sena b’sena, mill-2008 sal-2012? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma bejn tax payers individwali u kumpaniji għall- a) Anqas minn €8,500; b) bejn €8,501 u €14,500; ċ) bejn €14,501 u €19,500; d) bejn €19,501 u €25,000; e) bejn €25,001 u €35,000; f) bejn €35,001 u €45,000; g) bejn €45,001 u €60,000; h) bejn €60,001 u €75,000; i) bejn €75,001 u €100,000; j) bejn €100,001 u €125,000; k) bejn €125,001 u €150,000; l) bejn €150,001 u €200,000; m) bejn €200,001 u €250,000; n) bejn €250,001 u €350,000; o) bejn €350,001 u €500,000; u p) aktar minn €500,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3474 u jgħid kemm inġabret VAT skont il-lokalità tal-intrapriżi, lokalità b’lokalità, matul l-aħħar ħames snin?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3472 u jgħid kemm kellu dħul il-gvern mit-taxxi kollha (sisa, dazju eċċ.) fuq is-sigaretti u/jew tabakk, sena b’sena, matul dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3471 u jgħid kif varjaw it-taxxi kollha (sisa, dazju eċċ.) fuq is-sigaretti u/jew tabakk matul dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ewwel sitt Tabelli juru r-rati tad-dazji tal-importazzjoni, tal-import levies, tas-sisa, u ETI jew VAT bejn is-snin 1997 u 2003. Is-seba’ Tabella turi r-rati tas-sisa bejn l-1995 u l-2013. Wieħed għandu jinnota li mill-1 ta’ Mejju 2004, it-tariffa doganali komuni (common external tariff [CET]) tal-Unjoni Ewropea kienet implimentata għad-dazji tal-importazzjoni fuq prodotti tat-tabakk li joriġinaw barra mill-Unjoni kif indikat fiż-żewġ dokumenti dwar is-CET li wkoll qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. It-taxxa tal-VAT żdiedet minn 15% għal 18% mill-1 ta’ Jannar 2004.