Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #4170 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4171 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Xiri ta’ prodotti farmaċewtiċi – flus dovuti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Awwissu 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) tal-pagamenti lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fl-aħħar t’Awwissu l-kredituri tal-Entità CPSU kienu jammontaw għal €12.9 miljuni u f’termni ta’ ġranet kif inhu muri skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4172 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtici) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Awwissu 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) tal-pagamenti lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4173 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, bejn Marzu u Awwissu 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza bejn Marzu u Awwissu 2013 jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, flimkien ma liema kategorija li-pazjenti ddaħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kemm minnhom iddaħħlu l-isptar. It-tieni tabella tiddeskrivi minn fejn ġew referuti l-attendenzi.
Leg 12 PQ #4174 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — average length of stay

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei matul, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Marzu u Awwissu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei bejn Marzu u Awwissu 2013 jinsab fit-tabella li se nsemmi hawn taħt. Ninforma lil Onorevoli Membru li dawn il-figuri jiġu kkalkulati għall-inpatients mis-sistema kull xahar u mhux ġimgħa b’ġimgħa, u jeskludu d-Day Cases u n-Nursery Cots. Xahar 2013 Average Length of Stay (ġranet) Marzu 5.1 April 4.9 Mejju 5.1 Ġunju 5.0 Lulju 5.0 Awwissu 5.1
Leg 12 PQ #4175 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – bed occupancy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Marzu u Awwissu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei bejn Marzu u Awwissu jinsab fit-tabella li se nsemmi hawn taħt f’forma ta’ persentaġġ. Ninforma lil Onorevoli Membru li dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat mis-sistema kull xahar u mhux ġimgħa b’ġimgħa, għas-sodod li jintużaw għall-inpatients u jeskludi dawk is-sodod użati esklusivament minn Day Cases u n-Nursery Cots. Xahar 2013 % Average Bed Occupancy for In-patient beds Marzu 90.6 April 86.5 Mejju 88.9 Ġunju 85.2 Lulju 85.5 Awwissu 89.0
Leg 12 PQ #4164 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4165 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4166 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Services – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Services għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni tas-Servizzi Medici tikkompila il-Management Accounts kull tlett xhur. Għaldaqstant il-management account tas-sitt xhur Jannar sa Ġunju huma annessi. Il- management accounts li jmiss ikunu jkopru sa 30 ta Settembru 2013. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4167 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Medicines Authority – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Medicines Authority għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #4168 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement and Supplies Unit – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4169 Sitting 59 2013-10-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operat tal-POYC — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-POYC għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1997 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-konsulenzi li ngħataw mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull konsulenza, jista’ jgħid: a) min hu l-konsulent jew kumpanija li tqabbdet; b) x’inhuma t- terms of reference li għalihom tqabbdet; ċ) x’inhu l-valur kuntrattat tal-istess konsulenza; d) jekk din ingħatatx permezz ta’ direct order jew sejħa pubblika; e) min talab din il-konsulenza; u f) min approva li tingħata din il-konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-uniċi konsulenzi li ngħataw kienu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Għal dawk li huma positions of trust, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 2334.
Leg 12 PQ #4158 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – konsulenti u kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2505 u jagħti lista aġġornata ta’ konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalment fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm erba' l-konsulent ingaġġati skont it-termini u kundizzjonijiet stipulati fid-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar Ħlasijiet lil Konsulenti f’Ministeri. Il-ħlas tagħhom huwa kif qiegħed fit-tabella hawn taħt : Konsulent € kull erba’ ġimgħat Numru ta’ siegħat kull erba’ ġimgħat Servizz Konsulent 1 3,249.65 120 Business Friendly Konsulent 2 3,703.23 160 Health / IT Advisor Konsulent 3 - - Volontarjat Konsulent 4 2,532.47 120 IT Advisor Dawn qed jagħtu servizzi marbutin mat-titjib tar-relazzjonijiet tal-Ministeru fuq livell internazzjonali u ta’dawk mas-settur privat, u mat-titjib ta’ sistemi ta’ informatika Il-maġġorparti tal-Kumitati ġew imwaqfa. Għad fadal numru żgħir ta’Kumitati x’jitwaqfu. Meta l-proċess kollhu jkun iffinalizzat, inkun nista nippreżenta dak kollu li qed jiġi mistoqsi.
Leg 12 PQ #4159 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti jistennew fuq strecher

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 398 u jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4160 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 524 u jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku u liema karigi huma vakanti,?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-istaff complement tal-Ministeru għas-Saħħa huwa ta 6,775. Il-karigi huma marbutin mal-iskali li jinsabu fil-Ftehimiet Settorjali rispettivi jew, fil-każ ta’ pożizzjonijiet kuntrattwali, mal-iskali xierqa skont il-benchmarks tal-eliġibilità maħruġin mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO). L-ingaġġ isir internament mis-Servizz Pubbliku jew esternament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet Settorjali rispettivi, u fil-każ ta’ pożizzjonijiet kuntrattwali, skont il-ħtieġa u l-approvazzjoni finanzjarja li tkun ingħatat. Niċċara wkoll li l-karigi vakanti jimtlew skont kif ikun miftiehem mal-Ministeru għall-Finanzi u l-PAHRO.
Leg 12 PQ #4161 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: 1. mediċini (f’kull forma u/jew doża); 2. prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); 3. apparat mediku; u 4. disposables jew consumables li huma out of stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżċeriji tal-POYC? X’inhi r-raġuni li huma out of stock, kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din it-tweġiba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4162 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-i scope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4163 Sitting 58 2013-10-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Lulju?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li r-risposta għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.

Privitasation Unit – remunerazzjoni tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1993 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Privatisation Unit u x’inhuma remunerazzjoni u l-benefiċċji tal-membri?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-bord tal-Privatisation Unit hu kompost minn Chairman u membru. Is-salarju taċ-Chairman hu ta’ Ewro 38,000 u benefiċċju ta’ car allowance ta’ Ewro 4,500 fis-sena. Il-membru għadu mhux maħtur.