Pensjoni ta’ impjegati tal-Gvern qabel l-1979 – każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-pożizzjoni rigward is-somma tal-pensjoni (ta’ dawk li kienu jaħdmu mal-Gvern qabel l-1979) tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li oriġinarjament kienet daħal mal-Gvern permezz tal-Korp Dirgħajn il-Maltin fl-1972 u li kienet għaddiet mal-Gvern l-1979?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ dipartimenti, entitajiet, units, fondazzjonijiet, aġenziji, kumitati, kunsilli, working groups u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull waħda jgħid min hu l-persuna li jmexxihom u kemm hemm impjegati fihom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforna lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti u/jew kummissjonijiet u/jew ordni ta’ twettiq ta’ xogħol in vigore għal provvista ta’ servizzi ta’ riżorsi umani minn kuntratturi (bħal security, xogħol klerikali, carers eċċ.) lill-entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull kuntratt jgħid:
a) Meta ngħata l-kuntratt;
b) X’inhu t-terminu (perijodu) tal-kuntratt;
c) Kif intgħażel il-kuntrattur;
d) X’inhu l-valur tal-kuntratt;
e) X’inhu l-iscope of supply tal-kuntratt; u
f) Kemm qed jingħataw sigħat ta’ servizz f’kull kategorija ta’ ħaddiema li jkopri l-kuntratt?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Sptar Mater Dei – Outpatients — Ticket Referral System
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex inbidlet il-formola użata fit-ticket referral system tal-Outpatients tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jispjega kif se jaħdem il-proċess issa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-ticket of referral ilu ħafna snin ma jiġi aġġornat. Il-format tat-Ticket of Referral issaħħaħ sabiex it-tabib tal-familja ikollu fejn jagħti indikazzjonijiet aħjar u diretti lill-isptar dwar id-dijanjosi tal-pazjent u b’hekk nassiguraw li jingħata appuntament fejn indikat. Dan it-tisħiħ se jgħin ukoll biex jitjieb l-immaniġjar u tiżdied l-effiċjenza fl-għoti ta’ l-appuntamenti fid-dipartiment ta’ l-Outpatients. Il-proċess se jibqa’ kif inhu jiġifieri li t-tabib jibgħat it-ticket of referral jew mal-pazjent jew bil-posta, u wara li jiġi evalwat, il- pazjent jingħata appuntament kif indikat mill-evalwazzjoni tal-konsulent.
Dawk it-Tickets of Referral li ma jiġux mimlijin kif suppost jew b’mod ċar jerġgħu jintbgħatu lura lit-tabib għall-kjarifika.
Fil-viċin se jkolna sistema on line biex it-tabib ikun jista jibgħat ir-referral ticket u għalhekk l-aċċessibilta titjieb.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tad-dati li fih saru l-laqgħat tal-capacity building u liema sejħiet għall-applikazzjonijiet (interni u esterni) ġew approvati f’kull laqgħa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa – Capacity Building — talbiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ talbiet kollha li l-Ministeru tiegħu għamel fil-proċess tal-capacity building minn Marzu 2013 ’l hawn? Għal kull talba, jista’ jgħid meta saret, jekk din ġietx approvata, u fil-każ li ġiet approvata, meta ġiet approvata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi l-eżerċizzju tal-Capacity Building huwa wieħed li jsir bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-awtoritajiet ikkonċernati, jiġifieri l-Ministeru għall-Finanzi u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan l-eżerċizzju jsir fuq bażi ta’ numru ta’ laqgħat li jaslu għal ftehim dwar il-vakanzi li jiġu approvati skont il-ħtiġijiet tal-Ministeru fid-dawl tal-amministrazzjoni finanzjarja u l-policies kurrenti dwar l-amministrazzjoni tar-riżorsi umani fis-Servizz Pubbliku.
Infurmat ukoll illi d-data tal-approvazzjoni tal-
capacity building
għal kull sejħa tidher fil-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-applikazzjonijiet innifisha.
Sptar Mater Dei — Trasferiment tad-Director Nursing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li kienet tokkupa l-kariga ta’ Director Nursing fl-Isptar Mater Dei ġietx ittrasferita kontra r-rieda tagħha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija għażlet li tippreżenta Protest Ġudizzjarju fil-qorti dwar it-trasferiment tagħha mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karen Grech. Il-Ministeru għamilha ċara f’aktar minn okkażjoni waħda li dan it-trasferiment sar sabiex il-ħiliet tal-persuna konċernata jintużaw sabiex ikomplu jissaħħu s-servizzi ta’rijabilitazzjoni li jingħataw lill-pazjenti tagħna.
Fl-isfond tad-deċiżjoni tal-persuna konċernata li tippreżenta Protest Ġudizzjarju, ninforma lill-Onorevoli Membru li jkun prudenti li f’dan l-istadju ma jsirux kummenti dwar dan il-każ, għax huwa fi stadju Sub- Judice.
Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel ix-xogħol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-persuna konċernata, jgħid kif intgħażlet u jipprovdi wkoll il-kwalifiċi u l-esperjenza tal-istess persuna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kura Primarja għanda Kap Eżekuttiv u ntagħżel minħabba l-ħiliet u l-esperjenza li għandu fil-qasam tal-kura komunitarja. Hu kien jokupa kariga għolja fil-managment minn sa Mejju 2012 fejn kien Assistent Direttur fil-kura Primarja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istaff complement tas-Segretarjat Privat tiegħu huwiex konformi mal-linji gwida maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal dan il-għan, u għal kull pożizzjoni li hemm mimlija sal-lum jgħid jekk il-persuna ġietx ingaġġata mis-settur pubbliku, mis-settur privat jew jekk il-persuna kinitx bla impjieg?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ninsab f’mistoqsija parlamentari numru 103 u 285.
Jista’ l-Ministru jekk ingaġġax konsulenti skont il-provvedimenti tad-dokument maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bl-isem ħlasijiet lill-konsulenti f’ministeri datat Mejju 2013? Jekk iva, jista’ jagħti l-lista tagħhom u liema kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni u benefiċċji japplikaw għalih?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ninsab f’mistoqsija Parlamentari numru 4153.
B’referenza għal dak li ġie ppubblikat f’The Malta Independent tal-10 ta’ Settembru 2013, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ġiet appuntata persuna addizzjonali fuq il-Kunsill għall-Qwiebel u l-Infermiera u jekk iva x’kienet din ir-raġuni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-persuna li kienet appuntata addizzjonali, jirriżulta li kien żball ġenwin li kkoreġejnieħ fl-iqsar żmien possibli.
B’referenza għal dak li ġie rrappurtat f’The Times tal-10 ta’ Settembru 2013 fejn intqal li se tiddaħħal sistema ta’ tracking ta’ mediċini, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-implimentazzjoni ta’ dawn is-sistemi u proċessi li se jiddaħħlu? Meta se tibda topera? Kemm se tiswa? Kif se tiġi żviluppata u implimentata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-sistemi fl-isptarijiet għadhom standalone u m’hemmx aċċess tad-data.
L-impenn ta' dan il-Gvern huwa li jkollu sistemi ta'
tracking
tal-medicina,sa minn meta tinxtara, sa kemm tasal għand il-pazjent. Is-sistemi se jiġu implimentati b’mod illi d-
data
tkun
inter-operable
biex tkun faċli li jsiru analiżi bżonjużi.
Kieku kien hemm dan il pjan holistiku mill-amministrazzjonj preċedenti ħafna mill- probemi fil-mediċini kienu jiġu evitati.
Infurmat ukoll li sistema ta kif se topera u ta kemm ġeja tiswa għadha qed tiġi analizzata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2693 u jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-maġġorparti tal-Kumitati ġew imwaqfa. Għad fadal numru żgħir ta’Kumitati x’jitwaqfu. Meta l-proċess kollhu jkun iffinalizzat, inkun nista nippreżenta dak kollu li qed jiġi mistoqsi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-membri li kienu fuq kull board qabel id- 9 ta’Marzu 2013
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija kategorija, fis-sitt xhur li ġejjin, xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s’issa diġà ħarġu s-sejħiet għal Basic Specialist Trainees u ta’ Konsulent fit-Tossikoloġija. Apparti dan inħarġet ukoll sejħa sabiex Higher Specialist Trainees u General Practice Trainees li huma fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta jkollhom l-opportunità jsiru Resident Specialists u General Practitioners rispettivament. Sadanittant, il-Ministeru qed jaħdem ukoll sabiex joħroġ sejħiet għal diversi karigi fil-gradi ta’ Higher Specialist Trainee u Konsulent.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim kollettiv li japplika għal ħaddiema fid-dekasteru tiegħu u jindika liema ftehim japplika għal liema kategorija ta’ ħaddiema?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onerevoli Membruli minħabba l-volum kbir ta' ftehim kollettiv għal kull kateġorija ta' ħaddiema, qiegħed jiġi issuġġerit biex l-Onerovoli jindikka l- kategorija ta' ħaddiema li jixtieq.
Ministeru għas-Saħħa – kodiċi ta’ etika tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kodiċi ta’ etika li japplika għall-ħaddiema fid-dekasteru tiegħu u jindika liema kodiċi japplika għal liema kategorija ta’ ħaddiema??
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Ministeru jimxi skont il-kodici ta’ etika hekk kif stipulati fil- ‘Public Administration Act’
Primary Health Care — Kap Eżekuttiv – performance appraisals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex tneħħa l-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-performance appraisals tal-uffiċjal ikkonċernat għall-aħħar tliet snin? Jista’ jgħid jekk għadux jaħdem fis-settur tas-saħħa u x’kariga qiegħed jokkupa llum dan il-persuna?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li peress il-qasam tas-Saħħa Primarja hu wieħed mill-pilastri tas-saħħa, il-Gvern ħass li dan il-qasam għandu jingħata nifs ġdid u spinta b’ideat li mhux dejjem ġew iffurmati u implementati fl-aħħar żmien.
Ninsab infurmat li qed isiru sforzi mifruxin mal-organizzazzjoni kollha involuti fil-kura primarja biex tiddaħħal kultura u prattika ġdida biex b’hekk jiġi imġedded dan is-settur u jimxi ‘il quddiem maż-żmienijiet. Ninforma lill- Onorevoli Membru li l-ex-Kap Eżekuttiv qed jagħti kontribut fil-qasam tas-saħħa ambjentali u nistiednu jara kopji tal-
performance appraisals
mitlubgħa fil-privat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet u fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il- mejda tal-kamra tabella li turi t-testijiet li ġew proċessati matul is-sena 2012 u fl-ewwel ħames (5) xhur ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei. L-informazzjoni ta’Ġunju, Lulju u Awwissu għada qed tiġi miġbura.