Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5489 Sitting 73 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: a) L-isem tal-persuna appuntata? b) Il-pożizzjoni li fiha l-persuna ġiet appuntata? c) Id-data li fiha l-persuna ġiet appuntata? d) Min għażel lill-persuna? e) Il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna? f) X’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata? g) Min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum h) Jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kinetx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għal applikazzjonijiet? i) Jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5490 Sitting 73 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Director Nursing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret id-Director Nursing tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5491 Sitting 73 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma’ sarx interview biex ingħatat il-kariga
Leg 12 PQ #5492 Sitting 73 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Director Human Resources

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret id-Director Human Resources tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5338 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam Mediku – impjieg ta’ professjonisti ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4203, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu impjegati professjonisti ġodda fil-qasam mediku, kategorija b’kategorija, fis-sitt xhur li ġejjin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi l-ingaġġ ta’ professjonisti fil-qasam mediku jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, kif miftiehem mal-Ministeru tal-Finanzi, u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #5339 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Interventi u operazzjonijiet – Maximum waiting time

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4204, minħabba li l-Crossborder Directive se tidħol fis-seħħ din il-ġimgħa, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha marbuta mal-maximum waiting time għall-interventi/operazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li rigward id-Direttiva dwar l-Applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Pazjent fil-Kura tas-Saħħa Transkonfinali, anzi din tiddefinixxi l-limitu ta` żmien li huwa medikament ġustifikabbli, bħala dak ibbażat fuq valutazzjoni medika oġġettiva tal-kundizzjoni medika tal-pazjent, l-istorja u l-iżvolġiment probabbli tal-marda tal-pazjent, il-grad tal-uġigħ tal-pazjent u/jew in-natura tad-diżabilità tal-pazjent fiż-żmien meta tkun it-talba għall-kura. Infatti minkejja dan bħalissa għadddeja ħidma biex titwettaq il-weghda elettorali numru 12 u l-Gvern impenjat biex jiżgura li l-pazjenti jinqdew fi żmien xieraq.
Leg 12 PQ #5340 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Health Care — Kap Eżekuttiv – performance appraisals

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4207, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-ex Kap Eżekuttiv li ssir referenza għalih fit-tweġiba żammx l-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol u jgħid x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha li għandu llum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-pakkett finanzjarju huwa salarju bażiku ta’ €55,000; vettura fully expensed u fuel; allowance ta’ professional membership sa massimu ta’ €466 fis-sena (mhux kumulattiv); allowance ta’ continuous development sa massimu ta’ €971 fis-sena (mhux kumulattiv); u sa massimu ta’ 10% performance bonus fis-sena.
Leg 12 PQ #5341 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – kodiċi ta’ etika tal-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4206, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kodiċi ta’ etika li japplika għall-ħaddiema fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jikkonferma li ma jeżisti l-ebda kodiċi ta’ etika u/jew imġiba professjonali u/jew dokument intiż biex iservi għal għanijiet simili fis-settur tas-saħħa kollu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Kodiċi ta’ Etika li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika japplika għall-impjegati pubbliċi kollha. Impjegat pubbliku tinkludi inter alia uffiċjali pubbliċi u impjegati ta’ aġenziji tal-Gvern u entitajiet tal-Gvern. Madankollu minħabba eżiġenżi tal-Professjonijiet Medikali taħt dan id-dekasteru, l-Artiklu 26 tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa joħloq "l-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina." Wieħed mill-funżjonijiet tiegħu huwa li jżomm standards professjonali u etiċi dwar il-professjonijiet komplimentari għall-mediċina. Dawn l-professjonijiet komplimentari huma dawk imsemmija taħt it-tielet skeda ta’ dan l-Att. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tal-kodiċi tal-istandards professjonali u etiċi dwar il-professjonijiet komplimentari għall-mediċina u koppja tal-ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.
Leg 12 PQ #5342 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet — konsulenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti li ssir referenza għalihom fit-tabella annessa humiex kollha mħallsa minn fondi pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid għal liema raġuni l-ismijiet tal-istess konsulenti mhumiex ippubblikati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5343 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet — konsulenti

Question

B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull konsulent li jikkorrispondi mal-ittra/i indikat fl-ewwel kolonna tal-imsemmija tabella u jgħid ukoll in-numru totali ta’ sigħat li kull wieħed minn dawn il-konsulenti ħadem fl-imsemmi perijodu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5033 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Għoti ta’ mediċini – sistema ta’ reimbursement

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 961 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tiddaħħal xi forma ta' sistema ta' reimbursement għas-sistema tal-għoti ta' mediċini mis-sistema nazzjonali tas-saħħa, inkluż mis-sistema tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X`konsultazzjonijiet beħsiebhom isiru mal-imsieħba soċjali involuti f`dan il-qasam? Min se jiġi kkonsultat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li filwaqt titkompla titħaddam il-politika tal-Gvern sabiex is-servizzi tas-saħħa jibqgħu b’xejn għal kullħadd, il-bieraħ fil-qari tal-Budget ġie mħabbar li l-Ministeru tas-Saħħa se jniedi numru ta’ White Papers bil-għan li jissaħħu s-sistemi preżenti. Il-White Papers huma miftuħin għal kullħadd u għadaqstant kullħadd huwa mistieden biex jikkontribwixxi.
Leg 12 PQ #5034 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Services — Management accounts

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4156, 4166 u 4168 u b’referenza għall-management accounts li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru jerġa jpoġġi dawn l-istess accounts u fihom jinkludi ċ-ċifri komparattivi għall-istess perijodu fis-sena ta’ qabel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 4156 ma’ tappartjieni l-ebda management accounts. Filwaqt li l- management accounts tal-mistoqsijiet parlamentari 4166 u 4168 jinsabu annessi.
Leg 12 PQ #5035 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sat-8 ta’ Ottubru 2013 ma kienx f’pożizzjoni li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Lulju 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi management accounts sax-xahar ta’ Ġunju 2013 qed jiġi ffinaliżżati u la jitlestew, jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5036 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni intitolati għall-Kartuna s-Safra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni intitolati għall-kartuna s-safra, xahar b’xahar, minn Jannar 2012 sa Settembru 2013? Għal kull xahar jista’ jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet ġodda, kemm żdiedu persuni ġodda intitolati u kemm kien hemm persuni li nqatgħu minnha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minħabba limitazzjonijet fis-sistema kurrenti tal-IT li writna minn gvern preċedenti, mhux possibli nipprovdu l-informazzjoni mitluba, għaldaqstant il-gvern preżenti qed jagħmel minn kollox sabiex intejbu din is-sistema.
Leg 12 PQ #5336 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – Chief Operating Officer — interviewing panel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni fuq l-interviewing panel għall-għa¿la taċ-Chief Operating Officer li għadu kemm inħatar fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kariga ta’COO ġewwa l-isptar Monte Karmeli hija ta’ position of trust u saru l-proċeduri kollha meħtieġa għal din il-ħatra.
Leg 12 PQ #5337 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Università ta’ Pisa – Memorandum of Understanding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Università ta’ Pisa (Italja) wara li kien ġie ffirmat Memorandum of Understanding xi żmien ilu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta’ Settembru ġiet referuta l-ewwel pazjenta fl-Isptar ta’ Pisa fejn ġiet sottomessa għal numru ta’ testijiet. Għaldaqstant il-ftehim mar-reġjun ta’ Toscana issa qiegħed jiġi imwettaq.
Leg 12 PQ #5027 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Delimara 2 – operat bil-fuel oil

Question

Peress li l-powerstation Delimara 2 (magħrufa bħala BWSC) kienet tissejjaħ fabbrika tal-kanċer, jista’ l-Ministru jgħid jekk hu kienx ikkonsultat dwar id-deċiżjoni li din tibqa’ topera bil-fuel oil? Jekk ġie kkonsultat, jista’ jgħid x’kienet il-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li peress ma kien hemm l-ebda bidla fl-istatistika jew evidenza f’dan l-aħħar xhur ma nħassetx il-ħtieġa li ssir il-konsultazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru.

Sptar Mater Dei – qtugħ ta’ pensjoni ta’ persuni li jdumu fl-Isptar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma ċ-ċirkostanzi li fihom pazjent li jkun rikoverat fl-Isptar Mater Dei għal perijodu taż-żmien, tibda tinqatagħlu parti mill-pensjoni tiegħu/tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #5029 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – terms of reference tal-konsulenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4158, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li hemm referenza għalihom u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-konsulenti u t-terms of reference tagħhom.
Leg 12 PQ #5030 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – lista ta’ membri tal-kumitati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4158, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-Membri ta’ dawk il-kumitati li diġà ħatar minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizzi ntalbu jagħtu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-Membri ta’ dawk il-Kumitati li diġà nħatru minn Marzu tal-2013.