Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn meta beda, kemm ġew mistiedna persuni għall-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira u kemm minn dawn għamlu l-iscreening? Kemm minn dawn irriżultaw pozittiv?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn meta beda dan l-iscreening ġew mistiedna 16,017 il-persuna b’kollox. Minn dawn kien hemm 213 il-persuna li rriżultaw pożittiv fejn instab felul, jew kanċer bikri u li kellhom bżon ta’ colonoscopy.
L-informazzjoni kollha xahar b’xahar hija kif misjuba fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-protokoll maħruġ mill-Embryo Protection Authority?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kopja tal-Protokoll kif ukoll tal-Fertility Guidelines kif maħruġa mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra qabel saret din il-mistoqsija. Dawn tpoġġew nhar it-Tlieta, 22 t'Ottubru 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn qualified and registered councillors in infertility reġistrati f’Malta u Għawdex?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru tas-Saħħa m’hawnx infertility counsellors, u għalhekk inħarġet Espressjoni ta’ Interess għall-Psikologi, Psikoterapisti u professjonisti oħra biċ-ċertifikat tal-Counselling fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, li huma nteressati jaħdmu bħala Infertility Counsellor fis-servizz tal-konċepiment assistit.
L-intervisti ingħataw minn
Selection Board
appuntat u il-kanditati li ġew magħżula se jingħataw taħriġ mill-BICA (
British Infertility Counsellors Association
), sabiex ikunu ċċertifikati mill-BICA nnifisha bħala
Infertility Counsellors
.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma u xi kwalifiki għandhom l-independent infertility experts li qed jagħtu pariri lill-Embryo Protection Authority?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skont l-Artiklu 6 tal-Embryo Protection Act 2012, l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun qed tikkunsulta mal-assoċjazzjonijiet li skont il-liġi msemmija, jirrapreżentaw il-medical practitioners li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fil-pedjatrija u ostetriċja.
Għalhekk l-Awtorità kitbet lill-Malta College of Gynaecologists and Obstetricians u lill-Association of Paediatrics ħalli jinnominaw rappreżentanti biex jattendu laqgħat speċifiċi tal-Awtorità. Kull assoċjazzjoni appuntat żewġ rappresentanti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fee ta’ €90 li qed titlob l-Embryo Protection Authority għal kull proċedura fl-IVF/ICSI cycles tapplikax għal kull proċedura kemm fil-privat kif ukoll fl-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’paġna 1 tal-Protokoll hemm miktub: regulatory principles for licensed centres whether private or public. Għalhekk din it-tariffa tapplika għal kull proċedura kemm fil-privat kif ukoll fl-Isptar Mater Dei. Dan huwa spjegat ukoll fid-dettal f'paġna 90 tal-Protokoll.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4200, jista’ l-Ministru jagħti budgets u timeframes ta’ kif se jkun qed jitwettaq il-proġett taċ-ċentru reġjonali ġdid tal-kura primarja f’Raħal Ġdid?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja bħalissa għaddej bil-preparamenti meħtiega għat-tfassil ta’ Proġett li għandu jwassal għal Ċentru Reġjonali Ġdid f’Raħal Ġdid. Il-ħsieb tal-Gvern huwa dan il-proġett ikun ko iffinanzjat minn fondi Ewropej. Madanakollu rrid infakkar li
(a) Malta u l-Kumissjoni Ewropea għadhom iridu jikkonkludu l-
Partnership
Agreement
bejniethom;
(b) Malta trid tikkonkludi l-
Operational Programme
rispettiv u mbagħad jinħargu s-sejħiet għall-proposti ta’ proġetti ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea fiċ-ċiklu l-ġdid tal-2014-2020.
Il-Ministeru għas-Saħħa huwa determinat li jara dan il-proġett meħtieg jitwettaq. Id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-
Project Brief;
il-
Cost Benefit Analysis
; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtieġa kif ukoll jitlestew it-
tenders
li jinħargu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett. Huwa stmat li l-proġett kollu ser jiswa madwar ħmistax-il miljun Ewro f’nefqa kapitali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4201, jista’ l-Ministru jagħti budgets u timeframes ta’ kif se jkun qed jitwettaq il-proġett taċ-ċentru reġjonali ġdid ta’ kura primarja f’San Ġiljan?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja bħalissa għaddej bil-preparamenti meħtiega għat-tfassil ta’ Proġett li għandu jwassal għal Ċentru Regjonali Ġdid f’San Ġiljan. Il-ħsieb tal-Gvern huwa dan il-proġett ikun ko iffinanzjat minn fondi Ewropej. Madanakollu rrid infakkar li
(a) Malta u l-Kumissjoni Ewropea għadhom iridu jikkonkludu l-
Partnership Agreement
bejniethom;
(b) Malta trid tikkonkludi l-Operational Programme rispettiv u mbagħad jinħargu s-sejħiet għall-proposti ta’ proġetti ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea fiċ-ċiklu l-ġdid tal-2014-2020.
Il-Ministeru għas-Saħħa huwa determinat li jara dan il-proġett meħtieg jitwettaq. Id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA ghall-permessi meħtieġa kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħargu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett. Huwa stmat li l-proġett kollu ser jiswa madwar ħmistax-il miljun Ewro f’nefqa kapitali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4321, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ żvilupp fuq din is-sistema bediex? Jekk iva, min qed jiżviluppa din is-sistema u kif tqabbad?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ żvilupp fuq din is-sistema għadha ma bdietx.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jopera l-PET scanner fl-Isptar Mater Dei u x’se tkun l-istrateġija tal-gvern biex dan jintuża bl-aktar mod effettiv?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li din il-facilità ġiet inawgurata fis-6 ta' Frar 2013. Din bdiet tintuża bħala 64- Slice CT scanner kemm għal każijiet ta' rutina kif ukoll għal każijiet oħrajn.
Nhar 18 t' Ottubru waslet l-ewwel konsenja ta' 18F-FDG għal użu kliniku u għall-ewwel darba intuża bħala PET Scanner.
Infurmat ukoll li l-apparat jintuża bħala PET Scan, qatt ma’ kienet intużata. Il-pazjenti ta’MDH kienu jiġu organizzati fi gruppi u mogħbija bħala forma ta’ PPP lil entita privata. Għall-ewwel darba l-MDH ta’ f’idejħ it-trasportazzjoni tal-kimika (18F-FDG) neċessarja biex il-grupp miġbur minflok jintbagħad PPP jsiru fl-isptar Mater Dei, biex b’hekk frankajna l-flus u użajna l-apparat kif suppost.
F'kull sessjoni naraw 5 pazjenti u jittieħdu 5 PET Scans. In-numru ta' sessjonijiet kull ġimgħa jiġi determinat skond il-ħtieġa. Preżentement ukoll qed nagħmlu 3 sessjonijiet f'ġimgħa. Waqt li jkunu qed isiru s-sessjonijiet bil-PET scan, ma jsirx xogħol bis- CT scnner. B'dan il-mod jiġi żgurat li x-xogħol qed isir b'mod effiċjenti u bl-aħjar użu tar-riżorsi.
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar f’dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew mistiedna tfajliet sabiex jattendu għat-tilqim kontra l-infezzjoni tal-HPV u kemm minn dawn attendew għat-tilqima?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li t-tilqim kontra il-Human Papilloma Virus (HPV) beda fis-16 ta’ Frar 2013. Ġew mistiedna biex jieħdu din it-tilqima tfajliet li twieldu fis-sena 2000 u oħrajn hekk kif għalqu t-tnax il-sena, iġifieri dawk li twieldu fis-sena 2001. In-numru ta’ stedin u ta’ dawk li attendew sa Settembru 2013 hu ta’kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatar il-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care ġie mpjegat fuq ba¿i ta’ person of trust u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa ta’ interview biex jimtela’ l-post.
B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4162, għal kull każ riferut hawn taħt, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tas-supplier/kuntrattur kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt u/jew letter of acceptance rispettiva bid-dettalji kollha marbutin mal-iscope of supply:
a) No. 536 –
Etancerpt Injections
b) No. 644 – UPS Maintenance Agreement
c) No. 746 – Clinical Placements for Medical Physical Services
d) No. 771 – Imagenx Software – Breast screening
e) No. 857 – Laying of new and maintenance of existing waterproofing membrane at MCH
f) No. 868 – Extension of contract for the provision of Car Park Services at MDH
g) No. 870 – Extension of contract for the provision of External Security Services at MDH
h) No. 896 – Extension of contract for the provision of External Security Services at MDH
i) No. 958 – Accountancy Services?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mhix il-prassi li kuntratti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew li jingħatalhom wheel-chair? Jista’ jaqsam in-numru skont kemm ilhom jistennew:
a) Aktar minn sena?
b) Bejn disa’ xhur u sena?
c) Bejn sitt xhur u disa’ xhur?
d) Bejn tliet xhur u sitt xhur?
e) Anqas minn tliet xhur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda talba pendenti għall-kiri ta’ siġġijiet tar-roti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ impjegati fis-settur pubbliku li ġew trasferiti biex jaħdmu fil-Ministeru tiegħu kemm jekk parti mis-Segretarjat Privat jew le? Għal kull impjegat/a, jista’ jgħid:
a) Xi grad għandu/ha l-impjegat/a;
b) Minn fejn ġie trasferit;
c) X’inhu xogħlu/xogħolha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-persuni kollha ingaġġati u/jew impjegati fid-dekasteru tiegħu minn barra s-servizz pubbliku, mingħajr ma saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet? F’kull każ, jista’ l-Ministru jagħti:
i. L-isem tal-persuna;
ii. Il-kariga li ngħatat;
iii. Min għażel lill-persuna;
iv. Il-post fejn taħdem il-persuna; u
v. Ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji l-oħra li għandha/u?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diskussjonijiet għaddejjin mas-sidien (jew rappreżentanti tagħhom) tal-Isptar St Philip’s dwar xi forma ta’ ftehim li jista’ jintlaħaq bejnhom u l-Gvern?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li m’hemmx diskussjonijiet għaddejjin rigward l-Isptar St Philip’s