Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5741 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2013? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5742 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-‘Management Accounts’ tal-Isptar Mater Dei qegħdin jiġu ffinaliżżati.
Leg 12 PQ #5660 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa – nies kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-persuni li huma kkwalifikati fl-accounting, fl-auditing jew fil-business management fid-dekasteru tiegħu? F’kull każ jista’ jgħid: meta ġiet impjegata l-persuna; ġiet impjegata fuq bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet; u x’inhi l-kariga tal-persuna llum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din l-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5661 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — sodod

Question

B’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4671, jista’ l- Ministru jgħid, b’mod dettaljat, kif wasal għall-average cost per bed f’kull qasam? B’mod speċifiku jista’ jipprovdi l-elementi u l-kalkoli ta’ spiża kollha li ttieħdu in konsiderazzjoni biex wasal għall-imsemmi average cost per bed f’kull qasam?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-average cost per bed tiġi ikkalkulata billi wieħed jidividi l-ispiża tal-operat fis-swali differenti bl-ammont ta soddod użati (għal dik is-sala partikolari) matul is-sena. L-elementi prinċipali fl-ispiża ta l-operat fis-swali jinkludu pagi tat-tobba u infermiera, spiża ta’ mediċina u ikel lill-pazjenti rikoverati fis-swali, diprezzament ta’ tagħmir mediku u għamara użati speċifikament fis-swali. L- Overheads amministrativi oħra relatati ma l-attività tal-operat tas-swali jiġu magħduda biex wieħed jasal għall-average cost per bed.
Leg 12 PQ #5662 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – ftehim kollettiv tal-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4205, jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kull ftehim kollettiv, side-letter, side agreement jew xi ftehim ieħor simili li hemm in vigore fid-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed jista’ jgħid: liema gradi ta’ ħaddiema jkopri l-ftehim; meta ġie ffirmat; x’perijodu jkopri; in-numru totali ta’ ħaddiema li jkopri; u liema hi l-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema rispettivi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minħabba l-volum kbir ta' ftehim kollettiv għal kull kateġorija ta' ħaddiema, qiegħed jiġi propost li ssir kommunikażżjoni mal-Onor. Membru biex b’hekk jiġi stabbiliet l-aħjar mod kif din l-informażżjoni tiġi provduta.
Leg 12 PQ #5734 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF – prijorità ta’ każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se tkun żgurata trasparenza fid-deċiżjoni dwar min se jingħata prijorità għat-trattament tal-IVF?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li se tibda tingħata prijorita’ għall-iscreening tal-IVF minn tim li se jinkludi speċjalisti mill-Ġinekoloġija u Ostetriċja flimkien ma' ġinekologu irtirat indipendenti biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa u ekwità f'dan il-proċess. Dan se jiżgura li l-iscreening jipproċedi skont l-eliġibilità tal-pazjent mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrjun (EPA) skont il-protokoll u linji gwida tal-istess Awtorità. (Dan il-protokoll u linji gwida ġew stabbiliti fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati nhar it-Tlieta 22 t’Ottubru 2013)
Leg 12 PQ #5735 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF — kollaborazzjoni mal-Istitut Sismer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern kienx beħsiebu jkompli l-kollaborazzjoni fil-qasam tal-IVF mal-Istitut Sismer tal-Italja?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Gvern għadu beħsiebu illi jkompli l-kollaborazzjoni fil-qasam tal-IVF mal-Istitut Sismer tal-Italja.
Leg 12 PQ #5736 Sitting 83 2013-11-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Bereġ/ċentri tas-saħħa — servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi tas-saħħa li jingħataw f’kull berġa u ċentru tal-kura tas-saħħa f’Malta u Għawdex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella rigward is-servizzi li jingħataw miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #5654 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Sptar Mater Dei – policy dwar procurement

Question

Peress li f’gazzetta lokali ġie rappurtat minn konsulent tal-Gvern li fl-Isptar Mater Dei ma teżistix policy tal-procurement, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ix-xiri tal-Isptar Mater Dei hux regolat mill-Public Contract Regulations?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tal-Isptar Mater Dei huwa regolat mill-Public Procurement Regulations. Wieħed irid jiddistingwi bejn il-metodoloġija ta’ xiri u l-politika ta’ x’jinxtara u meta. Tal-ewwel hi stabbilità mir-Regolamenti waqt li tat-tieni tiġi stabbilità mill-amministrazzjoni tal-Isptar.
Leg 12 PQ #5655 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – policy dwar procurement

Question

Peress li f’gazzetta lokali ġie rappurtat minn konsulent tal-Gvern li fl-Isptar Mater Dei ma teżistix policy tal-procurement, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ix-xiri tal-Isptar Mater Dei hux regolat mill-Public Contract Regulations?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kull xiri li jsir mid-Dipartiment tal-Procurement ta’ Central Procurement & Supplies Unit għall-Isptar Mater Dei jsir skont ir-regolamenti tal-Public Procurement Regulations Legal Notice 296/2010.
Leg 12 PQ #5656 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – entitajiet fid-dekasteru

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4322 u jagħti l-lista sħiħa ta’ dipartimenti, entitajiet, units, fondazzjonijiet, aġenziji, kumitati, kunsilli, working groups u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull waħda jgħid min hu l-persuna li jmexxihom u kemm hemm impjegati fihom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5657 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tal-IVF – public-private partnership

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-għażla tal-public-private partnership għas-servizz tal-IVF?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5658 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Professjonisti – ħlas ta’ taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi arranġamenti jew prattiċi speċjali marbutin mal-mod kif professjonisti (eż. avukati, tobba, konsulenti tas-saħħa, eċċ.) jikkomputaw it-taxxa dovuta minnhom u jgħid jekk teżistix xi forma ta’ differenza bejn it-trattament tat-taxxa tagħhom u ta’ taxpayers oħra in ġenerali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda distinzjoni kif professjonisti jikkomputaw it-taxxa dovuta minnhom paragunat ma’ taxpayers oħra. Teżisti distinzjoni ta’ kif professjonisti li huma self-employed jikkalkulaw il-qligħ tagħhom fejn dawn jistgħu jagħżlu li jikkalkulaw il-profitti tagħhom fuq cash basis minflok fuq accruals basis. Professjonisti li huma f’impjieg jiġu ntaxxati fuq id-dħul bħal kull impjegat ieħor. Dan fil-fatt huwa deduċibbli billi l-liġi tesiġi li kumpaniji jżommu l-kotba tan-negozju tagħhom skont prinċipji internazzjonalment aċċettati tal-kontabilità u konsegwentament dawn iridu jinżammu fuq accruals basis . Rigward professjonisti m’hemmx dan ir-rekwisit.
Leg 12 PQ #5659 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Sistema ta’ e-procurement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jużaw is-sistema ta’ e-procurement u għal kull dipartiment/entità jagħti dawn id-dettalji: meta beda juża din is-sistema; kemm ħareġ sejħiet b’din is-sistema; kemm aġġudika sejħiet b’din is-sistema; u x’inhu l-valur kumplessiv tas-sejħiet aġġudikati permezz ta’ din is-sistema?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #5511 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF/ICSI cycles — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-taxxa ta’ €90 hux se titħallas mill-pazjent jew mid-dipartiment tas-saħħa jew mill-isptar privat fejn issir il-proċedura tal- IVF/ICSI? Jista’ jgħid ukoll kif se tinġabar din it-taxxa? Mill-pazjent lid-dipartiment tas-saħħa jew jiġborha l-isptar għan-nom tal-Embryo Protection Authority?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li it-tariffa tal-liċenzjar u tal-proċedura għandhom jiġu mħallsin minn min qed jipprovdi s-servizz tal-IVF/ICSI. Kif speċifikata fl-iskeda tat-tariffi li tidher fil-Protokoll, din it-tariffa u mhux taxxa , għandha titħallas mill-proveditur tas-servizz, sptar jew klinika, meta jissottomettu l-formuli neċessarji lill-Awtorita. F’paġna 90 tal-Protokoll hemm miktub: The EPA does not charge individual patients for fertility treatment. Service Providers of Centres both public and private, pay a FEE to the EPA towards the costs of being regulated and inspected .
Leg 12 PQ #5512 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Embryo Protection Authority

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kif se topera l-Embryo Protection Authority biex tkun taf u tikkontrolla ċ-ċentri fejn isiru trattamenti tal-IUI? Jista’ jgħid jekk dan ifissirx li kull fejn isiru dawn it-trattamenti jridu jkunu reġistrati mal-Awtorità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm żewġ Awtoritajiet involuti, li huma l-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun. Kull tip ta’ liċenzjar huwa kompitu tal-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun tirregola dawk il-kliniċi/ċentri li jkunu muniti b'liċenzja mogħtija mill-Awtorità tal-Liċenzjar.
Leg 12 PQ #5513 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diretturi — Linji gwida għall-ħatriet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida li japplikaw għall-ħatriet ta’ diretturi fuq bordijiet, entitajiet, awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dokumenti mitluba mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5651 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Treatment Abroad Committee

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4329, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni appuntati fuq it-Treatment Abroad Committee u x’inhi r-remunerazzjoni u l-benefiċċji li jieħdu kull wieħed?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuni appuntati fuq it-Treatment Abroad Committee huma kif imniżżlin hawn taħt. · Dr Natasha Azzopardi Muscat, Chairperson · Dr Josanne Aquilina, Membru · Mr Raymond Gatt, Membru · Dr Paul Soler, Membru · Mr Chris Fearne, Membru · Prof Stephen Fava, Membru · Dr David Gatt, Membru · Ms Angela Sultana, Membru · Mr Joseph Caruana, Membru jirrapprezenta lil pubbliku · Ms Charlene Fenech/ Dr. Noel Fenech / Segretarja/u L-ebda membru ta’ dan il-bord ma jirċievi remunerazzjoni jew benefiċju.
Leg 12 PQ #5652 Sitting 79 2013-11-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Appointments tal-Advanced Pharmacists Practitioners

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4331, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li, minkejja li r-riżultat tal-interviews ilu li ħareġ aktar minn tmien xhur, il-ħatriet għadhom ma ġewx approvati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Wara li ħareġ ir-riżultat, xi applikanti ippreżentaw oġġezzjonijiet dwar ir-riżultat quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, skont kif tipprovdi t-taqsima 1.1.17 tal-Public Service Management Code. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku issospendiet il-ħatriet sakemm tikkunsidra dawn l-oġġezzjonijiet. Jiena infurmat li l-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar dawn l-oġġezzjonijiet fil-futur qrib.

Pensjoni ta’ impjegati tal-Gvern qabel l-1979 – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4333, tista’ l-Ministru tgħid lejn min trid tkun indirizzata din il-mistoqsija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tingħata lill-Ministru tal-Finanzi.