Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta f’Settembru u Ottubru 2013? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Strateġija nazzjonali kontra l-obeżità — implimentazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar f’Settembru u Ottubru 2013 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Ministeru qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obeżita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-ħajja”. Il-Ministeru qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Isir ukoll xogħol ma’ professjonisti mill-qasam tal-edukazzjoni u l-universita biex tfal u studenti ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiżiku.
Infurmat ukoll li d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-mard jorganizza klassijiet tal-aerobika u klassijiet tal-
“weight management”.
F’dawn ix-xhur bbenifikaw 514 persuna minn dan is-servizz.
Ġiet mwaqqfa klinika ġewwa B’Kara mid-Dipartiment għall-Kura Primarja flimkien ma’ l-assoċjazzjoni tad-
Down’s Syndrome
. F’din il-klinika jsir eżami ħolistiku u testijiet dwar il-piż għall-Down’s Syndrome 'il fuq minn 16-il sena. Dawk li għandhom piż żejjed jiġu rreferuti lid-
dietician
għall-għajnuna.
Il-membri tad- Direttorat ipparteċipaw fuq bażi regolari f’ programmi fuq ir-radju u t-televiszjoni. Fuq ir-radju inkunu fuq programmi f’medja ta' ħames darbiet fil-ġimgħa fuq l-akbar stazzjonijiet kif ukoll ħadu sehem f’attivitajiet ta ‘
outreach’
fil-kommunita fix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2013 bil-għan li n-nies ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l-importanza ta’ l-eżerċizzju fiżiku.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar f’Settembru u Ottubru 2013 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l- Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont action plan li kien approvat qabel mal-pjan kien mniedi fl-2011.
F’Settembru u Ottubru 2013:
1. Tkomplew il-preparamenti sabiex tiġi delegazzjoni minn Franza biex tagħmel evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer hekk kif qed joqrob iż-żmien tal-mid-term tiegħu. Dawn l-esperti se jkunu Malta bejn il-19-20 ta’ Novembru.
2. Il-programm nazzjonali tal-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira li kien tnieda tard fl-2012 beda joppera b’mod regolari fl-2013. Sal-aħħar ta’Settembru ġew mistiedna kważi 14,000 persuna biex jipparteċipaw fil-programm u 40% minhom aċċetaw din l-istedina li minnhom instabu 15-il każ ta’ Kanċer tal-għonq tal-utru.
3. Il-programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq tal-utru permezz ta’ tilqim ta’ kontra l-infezzjonijiet tal-Human Papilloma virus (HPV) mixi tajjeb. Tfajliet mwielda fl-2000 u 2001 qegħdin jiġu mistiedna sabiex jattendu għal dan it-tilqim li qed jingħata mid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Medja ta’ 'l fuq minn 80% tat-tfajliet mistiedna qegħdin jilqgħu l-istedina u jmorru għat-tilqima.
4. L-istallazzjoni ta’ PET/CT scanner fl-Isptar Mater Dei tlestit. Dan l-apparat il-ġdid beda jopera.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — management accounts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Ottubru 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Ottubru 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Ottubru 2013? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, f’Settembru u Ottubru 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Settembru kien ta’2123 u Ottubru kien ta’ 1955. Id-dettalji jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma liema kategorija il-pażjenti ddaħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza, minn fejn ġew referuti, l-attendenzi u kemm minnhom iddaħħlu l-isptar.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei matul Settembru u Ottubru 2013 ġimgħa b’ġimgħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei għal Settembru u Ottubru 2013 jinsab bit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri jiġu kkalkulati kull xhar għal-in-patients u jeskludu d-Day Cases u n-Nursery Cots.
Xhar 2013
Average Length of Stay
(ġranet)
Settembru
5.1
Ottubru
4.9
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, f’Settembru u Ottubru 2013 ġimgħa b’ġimgħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei għal Settembru u Ottubru 2013 jinsab fit-tabella hawn taħt f’forma ta’ persentaġġ. Dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat kull xhar għas-sodod li jintużaw għal-in-patients u jeskludi dawk is-sodod użati esklusivament minn Day Cases u n-Nursery Cots.
Xhar 2013
% Average Bed Occupancy for In-patient beds
Settembru
85.9
Ottubru
87.1
Foundation for Medical Service — management accounts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Service għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Fondazzjoni għas-Servizz Mediku toħroġ il-management accounts tagħha kull kwart tas-sena u mhux kull xahar. Għaldaqstant għandek issib mehmuż il-management accounts għall-perjodu sal-aħħar ta' Settembru 2013.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4173, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-attendenzi kollha li huma mmarkati ‘GP Referral’ u ‘Self-Referral’ kienu kategorizzati bħala priority 3 fil-perijodu inkwistjoni? Jista’ jgħid kemm minn dawn iż-żewġ kategoriji ddaħħlu l-isptar fl-istess perijodu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-attendenzi mmarkati taħt ‘GP Referrral’ u ‘Self-Referral’ flimkien ma liema kategorija ddaħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u kemm minnhom iddaħħlu l-isptar jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dettaljata, xahar b’xahar, dwar l-użu tas-sistema myHealth minn meta ġiet introdotta sal-lum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-istatistika dettaljata, xahar b’xahar, dwar l-użu tas-sistema myHealth minn meta ġiet introdotta fil-31 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013, hi kif tidher fit-tabella dettaljata li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tobba reġistrati f’Malta? Jista’ jgħid tinżammx statistika ta’ fejn dawn ikunu qed jipprattikaw? Jekk iva, jista’ jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 2126 tabib reġistrati mal-Kunsill Mediku. L-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżammx.
Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’:
a) Mediċini (f’kull forma u/jew doża);
b) Prodotti farmaċewtici (f’kull forma u/jew doża);
ċ) Apparat mediku; u
d)
Disposables
jew
consumables
li huma
out-of-stock
f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)? X’inhi r-raġuni li huma
out-of-stock,
kemm ilhom
out-of-stock
u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.