Baġit 2014 — Line Item 16, Vot Nru 47 - Allowances
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji u l-workings kollha għall-qabża ta’ 18% (aktar minn €8 miljuni) fl-allowance ivvutati f’Line Item 16 taħt Vot Nru 47 bit-titlu allowance (Estimi 2014: paġna 317)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Baġit 2014 — Line Item Nru 6029 – Vot Nru 47 – Mental Health Services
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 6029 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Mental Health Services (Estimi 2014: paġna 319) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €26,500,00?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Baġit 2014 — Line Item Nru 6771, Vot Nru 47 – Karin Grech Rehabilitation Committee
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettalji ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 6771 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Karin Grech Rehabilitation Committee (Estimi 2014: paġna 319) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu compost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €12,000,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Baġit 2014 — Line Item Nru 7001 – Vot Nru XVI Capital - ICT
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7001 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu ICT (Estimi 2014: paġna 329) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu compost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €1,880,000?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei f’Settembru u Ottubru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta’ Settembru 2013 saru 545,526 testijiet tad-demm u f’Ottubru 2013 saru 640,107 test ġewwa d-Dipartiment tal- Patoloġija fl-Isptar Mater Dei. Dettalji ta’ kull test xahar b’xahar qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-Saħħa f’Settembru u Ottubru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ nies li għamlu t-testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-saħħa f’Settembru u Ottubru 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ nies jistennew CT-Scan, MRI jew testijiet simili.
Peress li fil-Parlament il-Ministru qal li l-apparat marbut mat-trattament tal-kanċer ilu Malta mill-2011, jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-apparat li hawn f’Malta, kemm ilu f’Malta, fejn qiegħed illum u meta tħallas?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-ewwel minn tlett Linear Accelerators (LINACs) waslet Malta fl-2011 u ġiet ikkommisjonata f’Ġunju ta’ l-istess sena. Għalhekk din ilha taħdem ġewwa l-Isptar Boffa minn Ġunju 2011. Infakkar lill-Onorevoli Membru li kienet deċiżjoni tal-Amministrazzjoni preċedenti, u ngħid li kienet deċiżjoni tajba, li din il-Linear Accelerator tkun installata ġewwa l-Isptar Boffa sabiex is-servizz ta’ radjuterapija jkun jista jibqa’ jingħata b’mod sħih sakemm jibda jaħdem iċ-ċentru ġdid tal-Onkoloġija. It-tieni u t-tielet Linear Accelerators ġew ordnati fid-29 ta’ Ottubru 2012. Il-Gvern għadu ma ħax dawn il-magni f’idejh għax dan il-proċess isir wara li l-magni jiġu kkummisjonati mill-Aġent. Għalhekk, dawn il-magni għadhom fil-pussess tal-Aġent. L-ewwel Linear Accelerators (LINACs) li waslet Malta fl-2011 qed issiru il- pagamenti dovuti.
Infurmat ukoll li dawn il pagamenti ser joħorġu mill- fond Nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ attendenzi fl-Isptar Mater Dei mill-2008 sa Awwissu 2013, xahar b’xahar, skont in-nazzjonalità tal-pazjent rikoverat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tal-‘Admissions Discharges Transfers Module’ tal-‘Patient Administration System’ u l-‘Patient Master Index’, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei mill-2008 sa Awwissu 2013, xahar b’xahar, skont in-nazzjonalità tal-pazjent rikoverat huwa jinsab fuq il-Mejda tal-Kamra.
Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li ġew inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma ddaħħlux bħala pazjenti fl-iswali tal-Isptar Mater Dei. Dawn il-figuri jeskludu wkoll pazjenti li daħlu ir-
Renal Unit
u n-
nursery cots
.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ interventi li saru fl-Isptar Mater Dei, mill-2008 sa Awwissu 2013, xahar b’xahar, skont in-nazzjonalità tal-pazjent li sarlu l-intervent?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-‘Surgical Operations Register’ tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ interventi li saru fl-Isptar Mater Dei, mill-2008 sa Awwissu 2013, xahar b’xahar, skont in-nazzjonalità tal-pazjent li sarlu l-intervent jinsabu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-figuri jinkludu proċeduri pjanati minn qabel (
elective
) jew inkella proċeduri ta’ natura urġenti (
emergency)
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' lmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, f’Settembru u Ottubru 2013, kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), xahar b’xahar, f’Settembru u Ottubru 2013 u kemm kienet tiswa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-mediċina li tkun skadiet f’kull spiżerija fil-kommunita’ li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) kif ukoll dik li tkun inġabret minħabba f’xi ħsara li tkun ġarbet, xahar b’xahar, bejn Settembru u Ottubru 2013 hija kif gej:
Numru ta’ Spizeriji li bhalissa qed jippartecipaw fl-Iskema tal-POYC
Settembru
2013
Ottubru
2013
Grand Total
213
1,238.72
10,745.75
11,984.47
Ta’ min jgħid li l-figuri jirriflettu l-mediċina li tkun inġabret fil-perijodu imsemmi. Din il-figura tirraprezenta 250-il tip ta’ mediċina differenti u tammonta għal 0.42% tal-istock li kien mqassam lill-pubbliku minn dawn l-ispiżeriji għall-istess perjodu
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa bejn f’Settembru u Ottubru 2013 xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’Settembru saru 1,023 u f’Ottubru saru 1,102 il-House Visit.
House Visits
li saru bejn Settembru u Ottubru 2013
Ċentru tas-Saħħa Settembru Ottubru
Furjana 237 296
Gżira 131 99
Qormi 67 80
Mosta 299 295
B'kara* - -
Rabat 50 52
Raħal Ġdid 218 238
Bormla 21 42
Il-
House Visits
ta’ B’Kara jsiru miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f`kull ċentru tas-saħħa , xahar b’xahar, f’Settembru u Ottubru 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa fil-Kura Primarja ma jżommx statistika ta’ kemm nies jiġu riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
Numru ta’ Pażjenti li marru iċ-Ċentri tas-Saħħa
Settembru Ottubru
Furjana 15345 16281
Gżira 9159 7140
Rabat 9285 10339
Hal-Qormi 10581 11199
Bormla 6658 7531
Raħal Ġdid 20437 23870
Mosta 20480 22003
B'kara 6809 8036
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perijodi li ġejjin:
a) Anqas minn tliet xhur;
b) 3 u sitt xhur;
ċ) 7 u 12-il xahar;
d) 13 u 24 xahar;
e) 25 u 36 xahar; u
f) aktar minn 36 xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn f’Settembru u Ottubru 2013, kategorija b`kategorija?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’ Settembru 2013, kategorija b`kategorija, kienu bħal ma jidher hawn taħt. Ta’ min jinnota li l-istatistika għax-xahar ta’ Ottubru m’ hijiex disponibbli f’dan il-mument peress li għadha qed tiġi ipproċessata.
September 2013
Bupa Hospital Category
CMO Major+ Major Inter Minor Unknown Total
No. of procedures
148 375 510 1494 1364 8 3899
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn f’Settembru u Ottubru 2013, konsulent b’konsulent?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’ Settembru 2013, dipartiment b’dipartiment li jammonta għal 3899. Ta’ min jinnota li l-istatistika għax-xahar ta’ Ottubru m’ hijiex disponibbli f’dan il-mument peress li għadha qed tiġi pproċessata.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ operazzjonijiet li saru fix-xahar ta’ Settembru 2013.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, f’Settembru u Ottubru 2013? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.