Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5942 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF – operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk l-operaturi li huma approvati mill-Embryo Protection Authority li joperaw trattamenti tal-IVF? Għal kull każ jista’ jgħid meta dawn applikaw mal-Awtorità u meta ġew approvati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm żewġ awtoritajiet involuti, li huma l-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun. Kull tip ta’ liċenzjar huwa kompitu tal-Awtorità tal-Liċenzjar fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun tirregola dawk il-kliniċi/ċentri li jkunu muniti b'liċenzja mogħtija mill-Awtorità tal-Liċenzjar.
Leg 12 PQ #5943 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

midwives — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ingaġġati l-midwives li ggradwaw din is-sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onor. Membru għandu jkun infurmat li l-qwiebel li ggradwaw din is-sena ġew impjegati fl-Isptar Mater Dei fil-11 ta’ Novembru 2013.

Il-Belt Valletta — CVA – tibdil fis-sistema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkunu t-tibdiliet li se jiddaħħlu fis-sistema tas-CVA fil-Belt Valletta u meta dawn se jidħlu fis-seħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tibdiliet li se jiddaħħlu fis-sistema tas-CVA huma hekk kif ġie mwiegħed fil-manifest elettorali. Dan ifisser li b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2013, mhu se jkun hemm l-ebda ħlas tas-CVA għal kull min jidħol il-Belt Valletta wara s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa, il-ġurnata kollha s-Sibtijiet u l-Ħdud u fil-festi pubbliċi. Dan ser isir bil-għan li ninkoraġġixxu id-dħul fil-Belt Valletta għal-żjarat wara s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, weekends u festi pubbliċi.

Il-Belt Valletta — CVA – qbil mill-Kunsill Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qabilx mat-tibdil fis-sistema tas-CVA fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5944.

Il-Belt Valletta — CVA – konsultazzjoni mar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti tal-Belt Valletta kenux ikkonsultati bit-tibdil fis-sistema tas-CVA fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5944.
Leg 12 PQ #6282 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Każijiet ta’ serq ta’ oġġetti, flus u mediċini — rapporti lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar serq jew miżapproprijazzjoni ta’ oġġetti, flus, mediċini, materjali jew affarijiet oħra mill-Isptar Mater Dei minn Jannar 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ l-Ministru jgħid: a) X’kien l-oġġett misruq u/jew miżapproprijat; b) X’valur għandu l-oġġett; c) Meta rriżulta n-nuqqas tal-oġġett; d) Meta sar ir-rapport lill-Pulizija; e) X’azzjoni ttieħdet mill-management fil-konfront tal-impjegati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5933 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7200, Vot Nru XVI Capital - National Blood Transfusion Centre u Blood Bank

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għan-National Blood Transfusion Centre u għall-Blood Bank taħt Line Item Nru 7200 (u l-line item tal-Blood Bank li tneħħa totalment) taħt Vot Nru XVI Capital bit-titolu National Blood Transfusion Centre u Blood Bank (Estimi 2014: paġna 330) b’wieħed u disgħin fil-mija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari numru 5921
Leg 12 PQ #5934 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7215, Vot Nru XVI Capital – Oncology Facilities

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokati għall-Isptar tal-Onkoloġija (qabel riferuta bħala Sir Paul Boffa – Oncology Facilities) taħt Line Item Nru 7215 taħt Vot Nru. XVI Capital bit-titlu Oncology Hospital Sir Paul Boffa – Oncology Facilities (Estimi 2014: paġna 330) b’sitta fil-mija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari numru 5921.
Leg 12 PQ #5935 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 5505, Vot Nru 47 – National Health Screening

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkompli jiġi estiż il-programm ta’ National Health Screening meta l-ammont allokat għal dan il-għan taħt Line Item Nru 5505 taħt Vot Nru 47 (Estimi 2014: paġna 318) huwa l-istess bħal dak tas-sena l-oħra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari numru 5921.
Leg 12 PQ #5936 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

National Health Screening – pjan ta’ ħidma dettaljat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-pjan dettaljat ta’ ħidma tal-Gvern fil-programm ta’ National Health Screening? Jista’ jagħti dan il-pjan maqsum skont it-tip ta’ screening li se ssir?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bejn id-19 ta’ Novembru 2012 u l-31 ta’ Ottubru 2013 ġew mistiedna 16,017 persuna għall-colorectal Cancer Screening. 41% aċċettaw it-test. B’hekk issa ġew mistiedna l-persuni kollha li twieldu fl-1949 u fl-1950. Bħalissa qed jiġu mistiedna dawk li twieldu fl-1951. 15-il persuna nstabu ibgħatu minn Kanċer fil-Colon. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tqassim aħjar tat-testijiet li saru.
Leg 12 PQ #5937 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 5559 taħt Vot Nru 47 – outsourcing tal-waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-pjan dettaljat ta’ ħidma tal-Gvern fil-programm ta’ outsourcing tal-waiting list li għalih hemm €2.5 miljun allokati taħt Line Item Nru 5559 taħt Vot Nru 47 (Estimi 2014: paġna 318)? Jista’ jagħti dan il-pjan maqsum skont it-tip ta’ screening li se jsir?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari numru 5921.
Leg 12 PQ #5941 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

IVF — sistema tar-reimbursement

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ kif se taħdem is-sistema tar-reimbursement tal-IVF imħabbra fl-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni Nru 2489? Jista’ jikkonferma li l-Gvern se jkopri l-ispejjeż kollha involuti f’kull cycle li l-koppja tgħaddi minnu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-koppji li jintgħażlu mill-ART Prioritisation Committee biex isirilhom l-intervent ta’ ċiklu wieħed biss barra mill-Isptar Mater Dei sakemm jiġi ffinaliżżat il-kuntratt tal-operat tat-tieni fażi tas-servizz tal-IVF fl-Isptar Mater Dei, ser ikollhom rimbors, ta’ din il-parti tal-intervent biss, filwaqt li jitkompla kull ħarsien, kura, investigazzjoni u sapport mill-health care professionals ta’ Mater Dei f’ġieħ il-welfare tal-koppja. Ir-rimbors ta’ dawk il-50 koppja li ntgħażlu mill-ART Prioritisation Committee se jkun tali li ma jaqbisx massimu ta’ €3,500, għalkemm nafu li l-prezz f’Malta huwa ferm orħos min hekk, wara li l-koppja tkun ħallset u ppreżentat il-kont ta’dak iċ-ċiklu għand il-Billing Section fl-Isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #5927 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Line Item Nru 7801, Vot Nru XVI Capital – EU Structural Funds 2007-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7801 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu EU Structural Funds 2007-2013 – EU Funds (A) (Estimi 2014: paġna 329) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu compost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €35,160,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5928 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7901, Vot Nru XVI Capital - EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7901 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds (A) (Estimi 2014: paġna 318) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu compost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €14,715,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5929 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Sptar Mater Dei – Line Item Nru 7222 taħt Vot Nru XVI Capital – Mater Dei Hospital – Facilities, works and equipments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għall-faċilitajiet, xogħol u apparat fl-Isptar Mater Dei taħt Line Item Nru 7222 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Mater Dei Hospital – Facilities, works and equipments (Estimi 2014: paġna 330) b’sitta fil-mija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5930 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7170 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu – Karin Grech Rehabilitation Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ upgrading u apparat fiċ-Ċentru ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech taħt Line Item Nru 7170 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Karin Grech Rehabilitation Centre – Upgrading works and equipment (Estimi 2014: paġna 330) b’wieħed u għoxrin fil-mija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5931 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7137, Vot Nru XVI Capital – Improvement to building and equipment at Health Care Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ bini, upgrading u apparat fiċ-Ċentri tas-Saħħa taħt Line Item Nru. 7137 taħt Vot Nru. XVI Capital bit-titlu Improvements to buildings and equipment at Health Care Centres (Estimi 2014: paġna 330) b’sittin fil-mija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5932 Sitting 96 2013-11-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item 7172, Vot Nru XVI Capital – Mount Carmel Hospital – Upgrading Works and Equipment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ upgrading u apparat fl-Isptar Mount Carmel taħt Line Item 7172 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Mount Carmel Hospital – Upgrading works and equipment (Estimi 2014: paġna 330) b’ħamsa u għoxrin fil-mija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5921 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Vot Nru 0999 – Miscellaneous Receipts

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti il-Vot Nru 0999 bit-titlu Miscellaneous receipts (Estimi 2014: paġna 316) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €1,800,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tibda toħrog is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Leg 12 PQ #5922 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 30, Vot Nru 47 – Contractual Services

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti il-Line Item Nru 30 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Contractual Services (Estimi 2014: paġna 317) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €26,000,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari5921.