Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ suppliers li mingħandhom il-Gvern xtara mediċini u b’kemm xtara kull sena għall-perijodu bejn 2008 u 2013, sena b’sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ suppliers li mingħandhom il-Gvern xtara mediċini mis-sena 2011-2013 qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. L-estrapolazzjoni tal-informazzjoni għall-perijodu ta’ qabel (2008-2010) qed jiġi diskuss mas-software service provider minħabba l-fatt li s-sistema kompjuterizzata kienet nbidlet.
Ministeru għas-Saħħa – applikazzjoni għall-post ta’ Principal Scientific Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta’ Principal Scientific Officer fil-Ministeru għas-Saħħa ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Lulju 2013 ġiet ikkanċellata u reġgħet inħarġet sejħa oħra identika għall-istess post nhar it-22 ta’ Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minħabba żball klerikali fis-sejħa ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Lulju 2013, li minħabba fih is-sejħa ġiet effetivament waħda miftuħa biss għal Uffiċjali Pubbliċi. Wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, ġie kjarifikat li s-sejħa kellha terġa’ tinħareġ bir-rekwiżiti skont il-Ftehim Settorjali għall-Klassi Xjentifika. Dan sar bil-kundizzjoni li min kien applika taħt is-sejħa preċedenti ma kellux għalfejn jerġa’ japplika.
Minħabba li fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta jaqsmu numru kbir ta’ residenti anzjani u peress li l-vetturi li jgħaddu mill-istess triq iżidu l-veloċità qabel ma jkunu se jaqbdu t-telgħa li tibda mill-kantuniera ma’ Triq Santa Luċija, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li ssir traffic calmer ftit metri qabel il-kantuniera msemmija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-records ta’ Transport Malta ma rriżultax li kien hemm xi talba la mill-Kunsill Lokali tal-Belt u lanqas minn ċittadini għal miżuri ta’ traffic calming fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Madankollu xorta għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq każijiet marbuta ma’ droga bejn l-2008 u l-2013, sena b’sena u jaqsam in-numru skont l-etajiet tal-persuni kif ġej:
a) Anqas minn 18-il sena;
b) Bejn it-18-il sena u l-25 sena;
c) Bejn is-26 sena u l-35 sena;
d) Bejn il-35 sena u l-45 sena; u
e) Aktar minn 45 sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġ fuq l-Mejda tal-Kamra n-numri tal-kawżi tad-droga li ġew ippreżentati quddiem il-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali bejn is-sena 2008 u l-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2013.
Sptar Mater Dei – Każijiet ta’ serq ta’ oġġetti, flus u mediċini — rapporti lill-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar serq jew miżapproprijazzjoni ta’ oġġetti, flus, mediċini, materjali jew affarijiet oħra mill-Isptar Mater Dei minn Jannar 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ l-Ministru jgħid:
a) X’kien l-oġġett misruq u/jew miżapproprijat;
b) X’valur għandu l-oġġett;
c) Meta rriżulta n-nuqqas tal-oġġett;
d) Meta sar ir-rapport lill-Pulizija;
e) X’azzjoni ttieħdet mill-management fil-konfront tal-impjegati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat tal-Appell dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u jagħti resumé fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab f’mistoqsija parlamentari 6288.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ chairpersons kliniċi kollha tad-Dipartiment fl-Isptar Mater Dei u jagħti resumé fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ Clinical Chair Persons bid-dati ta’ meta ġew appuntati. L-informazzjoni mitluba dwar kwalifiki u esperjenza ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data.
Dipartiment tal-Kardjoloġija — qasma fid-dipartiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma kienx ikkonsultat iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija dwar il-qasma tad-Dipartiment tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
It-tehid ta’ deċiżjonijiet bħalma dak li qed jistaqsi dwarha l-Onor. Membru rrid jeħodha l-Gvern li segwa l-parttiċi użati sa issa mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Dipartiment tal-Kardjoloġija – Qasma fid-Dipartiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jibqa’ għaddej bil-qasma tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija, minkejja li disa’ mill-ħdax-il konsulent fl-istess Dipartiment huma kontra din il-qasma?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Waqt li nifhem il-pożizzjoni li ħadu uhud mill-konsulenti fuq il-qasma bejn iż-żewg dipartimenti msemmija f’din il-mistoqsija, l-onorevoli Membru għandu jifhem li din id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tal-pazjent. Jista’ jserraħ rasu li f’kull deċiżjoni li jieħu dan il-Gvern marbuta mal-Isptar Mater Dei u s-servizz li jingħata fih, dejjem iġib l-ewwel l-interess tal-pazjent.
B’referenza għal dak li stqarr waqt il-konferenza marbuta mar-rapport tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma komposti l-bordijiet tal-investigazzjoni li waqqaf u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri tal-ħatra tal-istess bordijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Bordijiet ta’ investigazzjoni għadhom ma konkludix l-investigazzjonijiet tagħhom.
F’dan l-istadju dik it-tip ta’informazzjoni mhux se tingħata sabiex ma jiġix frustratt il-proċess billi qiegħed fi’stadju sensittiv.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-etajiet tal-pazjenti li jużaw l-Ispiżjara tal-Għażla Tiegħek, fil-kategorija li ġejjin:
a) Inqas minn 25 sena;
b) Bejn 26 u l-40 sena;
c) Bejn il-41 u s-60 sena;
d) Bejn il-61 u s-70 sena;
e) Bejn il-71 u t-80 sena;
f) Aktar minn 80 sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l- breakdown tal-etajiet tal-pazjenti li jużaw l-Ispiżjara tal-Għażla Tiegħek, fil-kategorija fis-26 ta’ Novembru 2013 huwa kif ġej:
a)
Pazjenti inqas minn 25 sena
6,380
b)
Pazjenti ta’ 25 sena
368
c)
Pazjenti bejn 26 - 40 sena
7,584
d)
Pazjenti bejn 41 – 60 sena
33,761
e)
Pazjenti bejn 61 – 70 sena
34,533
f)
Pazjenti bejn 71 – 80 sena
21,248
g)
Pazjenti aktar minn 80 sena
10,981
TOTAL ta’ pazjenti
114,855
Sptar Mater Dei — Każijiet ta’ serq ta’ oġġetti, flus u mediċini
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ każijiet ta’ serq jew miżapproprijazzjoni ta’ oġġetti, flus, mediċini, materjali jew affarijiet oħra minn Jannar 2013 sal-lum liema każijiet ma ġewx rappurtati lill-Pulizija? F’kull każ jista’ l-Ministru jgħid:
a) X’kien l-oġġett misruq u/jew miżapproprijat;
b) X’valur għandu l-oġġett;
c) Meta rriżulta n-nuqqas tal-oġġett;
d) Meta sar ir-rapport lill-Pulizija;
e) X’azzjoni ttieħdet mill-management fil-konfront tal-impjegati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall x’kienu r-raġunijiet għaliex tħassar it-tender tal-IVF u jgħid meta se jerġa’ jinħareġ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni tal-offerti għal dan it-tender, instab li s-sottomissjoni ma kienetx konformi mal-kriterji stabbiliti fis-sejħa tat-tender oriġinali. Għaldaqstant ma kienx legalment possibbli li jitkompla l-proċess minħabba raġunijiet amministrattivi, tekniċi u finanzjarji.
Infurmat ukoll li sejħa oħra għall-IVF ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2013.
professjonisti fil-qasam tas-saħħa — Indemnity Insurance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet għaliex iddaħħlet indemnity insurance għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li L-obbligu li professjonist li jaħdem fil-qasam tal-kura tas-saħħa jkollu ‘professional indemnity insurance’ jew xi tip ta` kopertura simili, joħrog mid-Direttiva dwar l-Applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Pazjent fil-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (Cross Border Healthcare Directive) li daħħlet fis-seħħ fil-25 ta` Ottubru li għadda w li ilna ngħidu li trid tiddaħħal sa mis- sena 2011.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ dawk il-professjonijiet affettwati mill-Avviż Legali Nru 388?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li professjonijiet affetwati huma dawk il-professjonijiet kollha li huma regolati minn Kunsill Regolatorju li jaqa’ taħt l-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa, li preżentament huma l-Kunsill Mediku, il-Kunsill tal-Ispiżjara, il-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel u l-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina. Dawn rispettivament ikopru t-tobba u l-kirurġi dentali, l-ispiżjara u l-pharmacy technicians, l-infermiera u l-qwiebel, u l-professjonijiet komplimentari għall-mediċina kif miġjub fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill, jiġifieri:
-
Acupuncturist
- Audiologist
- Chiropractor
- Clinical Perfusionist
- Dental Hygienist
- Dental Technologist
- Dietitian
- Environmental Health Officer
- Medical Laboratory Scientist
- Nutritionist
- Occupational Therapist
- Optometrist
- Orthoptist
- Osteopath
- Physiotherapist
- Podiatrist
- Psychotherapist
- Radiographer
- Speech Language Pathologist
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-unions u l-assoċjazzjonijiet l-oħra li jirrappreżentaw lill-ħaddiema qabel ma ġie ppubblikat l-Avviż Legali Nru 388?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li konsultazzjoni mal- unions u l-assoċjazzjonijiet l-oħra li jirrappreżentaw lill-ħaddiem saru f'meeting organizzat mill- MEUSAC meta CION kienu Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u jagħti resumè fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Formularju tal- Gvern huwa kompost hekk:
· Chairperson (Financial Controller)
· 2 membri (Pharmacists)
· 2 membri (Clinicians)
· Membru (Patient representative)
· Membru (Legal advisor)
· 2 membri (Economic Advisors)