Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6489 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn f’Ottubru u Novembru 2013, konsulent b’konsulent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’ Ottubru u f’ Novembru 2013, konsulent b’konsulent, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6490 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti fuq stretcher

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, f’Settembru, Ottubru u Novembru 2013? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6491 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta f’Settembru, Ottubru u f’Novembru 2013? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti mibgħuta għall-kura barra minn Malta huwa kif imniżżel fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Il-Gvern Malti għandu trattat ma' dak Ingliż li fih jiġu ikkurati 180 pazjent fis-sena li għalihom ma jitħallasx kont. It-total tas-somma tal-pazjenti, oltre 180 pazjent, li għalihom li l-Gvern iħallas kont tasal minn kull sptar u mhux ghal kull inidvidwu. Kontijiet minn sptarijiet li fihom ġew trattati pazjenti għat-tlett xhur imsemmija għadhom dehlin. L-Isptarjijiet li fihom jintbagħtu dawn il-Pazjenti huma: L-Ingilterra Great Ormond Street Hospital, London Moorfields Eye Hospital, London The National Hospital for Neurology and Neurosurgery, London Royal National Orthopaedic Hospital, London and Stanmore Nuffield Orthopaedic Centre, Oxford University College Hospital, London Royal Hallamshire Hospital, Sheffield Manchester Royal Infirmary, Manchester St Bartholomew’s Hospital, London Royal London Hospital, London Royal National Throat, Nose and Ear Hospital, London St Mark’s Hospital, Middlesex Evelina Children’s Hospital, London Royal Marsden Hospital, London and Surrey Guy’s Hospital, London King’s College Hospital, London St Thomas Hospital, London Sussex Eye Hospital, Brighton Basingstoke and North Hampshire Hospital, Basingstoke Hammersmith Hospital, London Walton Centre, Liverpool Royal Free Hospital, London John Radcliffe Hospital, Oxford St George’s Hospital, London Queen Victoria Hospital, East Grinstead Addenbroke’s Hospital, Cambridge L-Italja Policlinico di Monza, Monza Cisanello, Pisa ISMETT, Palermo l-Iżvizzera Hopital Ophthalmique Jules Gonin, Lausanne
Leg 12 PQ #6492 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Strateġija nazzjonali kontra l-obeżità — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar bejn Ottubru u Novembru 2013 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Kif ġie spjeġat fil-mistoqsija Parlamentari 5759 u 4180, il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obeżita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-ħajja”. Il-Ministeru qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku fuq il-medja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-mard jorganizza klassijiet tal-aerobika u klassijiet tal- “weight management”. 380 persuna bbenifikaw minn dawn is-servizz matul Ottubru u Novemberu 2013. Il-membri tad- Direttorat ipparteċipau fuq basi regolari f’ programmi fuq ir –radju u t-televiszjoni. Fuq ir-radju inkunu fuq programmi f’medja ta ħames darbiet fil-ġimgħa fuq l-akbar stazzjonijiet. Il-membri tad-Direttorat ħadu sehem f’dawn l-attivitajiet fil-kommunita fix-xhur ta’ Ottubru u Novembru bil-għan li n-nies ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku. Freshers Day at Skola Giovanni Curmi Freshers’ Week MCAST Notte Bianca Festa Skalin Health Fest – il-Belt Valletta Mater Dei- ġimgħa ta’ attivitajiet għall-impjegati Arthritis day Żumba Evening għall-Dar tal-Providenza ma’ RTK Mixja għall kanċer Żebbugfest ICT Day l-Universita ta’ Malta Vivanda activity f’Baystreet Breastfeeding Seminar għall-nisa tqal u nisa bit-tfal zgħir Seminar għall-profesjonisti tal-Aġenżija Sapport Seminar għall-tfal u genituri ta’ Inspire Participazjoni ma’ Foundazjoni Mapfre dwar attivita għat-tfal fl-iskejjel Saru presentażżjonijiet lill- nies ta’ Qrendi, Attard, Zejtun, Dingli Saru presentażżjonijiet għall-ħaddiema ta’ Go, Melita, Actavis, MEPA Kompliet kampanja nazzjonali fuq ir-radju dwar il-qis tal-porżjon tal-ikel bil-għan li jitnaqqas il-qis tal-porżjon. Il-membri tad -Direttorat jagħtu pariri fuq it-telefon dwar id-dieta u l-piż żejjed. Jagħmlu ukoll konsultazzjonijiet lill-persuni li ikollhom bżonnijiet speċjali. Id-Direttorat kellu delegazzjoni minn konsulenti mill-Olanda u Franzja biex jgħinu fit- tfassil ta l-istudju nazzjonali dwar il-konsum ta l-ikel fost il-poplu malti. Dan ġie inffinanzjat mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa. Kompla x-xoghol fuq il-“Food and Nutrition Action Plan”
Leg 12 PQ #6493 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

pjan nazzjonali tal-kanċer — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar bejn Ottubru u Novembru 2013 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l- Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont action plan li kien approvat qabel ma’ l-Pjan kien mniedi fl-2011. F’Ottubru u Novembru 2013: 1. Ġew Malta l-esperti Franċiżi sabiex jagħmlu proġett ta’ mid-term evaluation tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer. Bejn il-19-20 ta’ Novembru huma ltaqgħu ma’ ħafna persuni li huma responsabbli mill-implementazzjoni ta’ numru ta’ miżuri f’dan il-Pjan. Kellhom ukoll laqgħa ma’ rapreżżentanti ta’ pazjenti u għaqdiet tal-pazjenti tal-kanċer u organizazzjonijiet volontarji li jaħdmu fis-settur. 2. Il-programm nazzjonali tal-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira li kien tnieda tard fl-2012 issa qed joppera b’mod regolari u jistieden persuni residenti f’Malta li għandhom minn 60 sa 64 sena eta’. Sa Novembru ġew mistiedna l-fuq minn 16,000 persuna biex jipparteċipaw fil-programm u 41% (6661) minhom aċċetaw din l-istedina. L-fuq minn 200 persuna kellha l-ewwel screening test b’riżultat pożittiv u dawn kollha ġew irreferuti għal colonscopy. S’issa, kanċer tal-musrana l-kbira nstab fi 15 il-persuna. 3. Il-programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq ta’ l-utru permezz ta’ tilqim ta’ kontra l-infezzjonijiet tal-Human Papilloma virus (HPV) mixi tajjeb. Tfajliet mwielda fl-2000 u 2001 qegħdin jiġu mistiedna sabiex jattendu għal dan it-tilqim li qed jingħata mid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Sa l-aħħar ta’ Novembru, 3222 il-tfajla gew mistiedna sabiex jibdew il-kors ta’ tlett tilqimiet. Minn dawn, 2538 ħadu l-ewwel tilqima, 2232 ġa ħadu wkoll it-tieni tilqima (wara xahar mill-ewwel tilqima), filwaqt li 966 temmew il-kors peress li ħadu wkoll it-tielet tilqima (sitt xhur wara t-tieni tilqima).
Leg 12 PQ #6482 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal- Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6483 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Xiri ta’ prodotti farmaċewtiċi – flus dovuti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Ottubru u Novembru 2013 (separatament)? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6484 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

xiri ta’ prodotti u materjal u servizzi – pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Ottubru u Novembru 2013 (separatament)? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6485 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, f’Ottubru u Novembru 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Ottubru u Novembru 2013 jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6486 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — length of stay medja

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-length of stay medja għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei ġimgħa b’ġimgħa, f’Ottubru u Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’Ottubru u Novembru 2013 huma kif se nsemmi: Xahar 2013 Average Length of Stay (ġranet) Ottubru 4.9 Novembru 5.0 Dawn il-figuri jiġu kkalkulati kull xahar għal- in-patients u jeskludu d- Day Cases u n- Nursery Cots.
Leg 12 PQ #6487 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – bed occupancy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn f’Ottubru u Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei għal Ottubru u Novembru 2013 taħt f’forma ta’ persentaġġ: Xahar 2013 % Average Bed Occupancy for In-patient beds Ottubru 87.1 Novembru 88.5 Dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat kull xahar għas-soddod li jintużaw għal- in-patients u jeskludi dawk is-sodod użati esklusivament minn Day Cases u n- Nursery Cots.
Leg 12 PQ #6476 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-management accounts tal-Isptar Mater Dei se jiġu ffinaliżżati fl-ewwel ġimgħa ta’ Frar 2014.
Leg 12 PQ #6477 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6478 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Management Accounts tal-Isptar Karin Grech għax-xahar ta’ Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #6479 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Services — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Services għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-Management Accounts tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi joħorġu kull tlett xhur (quaterly), għaldaqstant L-Management Accounts sa l-aħħar ta’ Settembru diġa tqedu fuq il-Mejda tal-Kamra f’mistoqsija Parlamentari numru 5745.
Leg 12 PQ #6480 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement and Supplies Unit — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6481 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-GħażlaTiegħek — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal- Ispiżerija tal-GħażlaTiegħek (POYC) għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Management Accounts tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek għax-xahar ta’ Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #6470 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet ta’ knee u hip replacements — lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-lista ta’ stennija għal knee replacements u hip replacements sat-30 ta’ Settembru tas-snin 2007-2013, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti fuq il-lista ta’ stennija għal knee replacements u hip replacements fis-snin u x-xhur indikati kien bħal ma jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F’ nofs is-sena 2009 sar eżerċizzju biex il- waiting lists tal-ortopedija, li qabel kienu jinġabru manwalment, jiġu iċċentralizzati fuq sistema tal-kompjuter. Ta’ min jinnota li l-informazzjoni għas-sena 2007 inġabret skond il-Bupa category u mhux it-tip ta’ operazzjoni u għalhekk ma ġietx inkluża f’din it-tabella.
Leg 12 PQ #6471 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet knee u hip replacements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru knee u hip replacements kull sena mis-sena 2008 sal-2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register, MDH in-numru ta’ episodji ta’ operazzjonijiet irregistrati li saru fl-Isptar Mater Dei għall-operazzjonijiet msemmija jidhru fi-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6472 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-complement tal-istaff, grad b’grad, fl-isptarijiet tal-Gvern fit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena mis-sena 2008 sal-2013? Kemm kienet l-ispiża totali f’termini ta’ paga u allowances fl-istess snin f’kull kategorija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.