Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6517 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7901, Vot Nru XVI Capital - EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5928, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7901 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds (A) (Estimi 2014: paġna 318) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €14,715,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella ddettaljata.
Leg 12 PQ #6506 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2013? F’kull każ jista’ jgħid: x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; meta tqabbad; kemm sewa jew se jiswa; kif intgħażel il-kuntrattur; min għażel il-kuntrattur; u meta tlesta jew se jitlesta x-xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6507 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – kodiċi ta’ etika tal-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4206 u 5341, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma jeżistux kodiċi ta’ etika u/jew imġiba professjonali u/jew dokument intiż biex iservi għal dawn l-għanijiet li japplikaw għat-tobba, nurses u qwiebel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5341.
Leg 12 PQ #6508 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Services — management accounts

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5745, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji għalxiex bejn din is-sena u s-sena l-oħra hemm qabża ta’ 30% fl-ispiża tal-pagi tal-Foundation for Medical Services?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li huwa żbaljat fil-kalkoli tiegħu. Bejn is-sena 2013 u s-sena 2012 effettivament kien hemm tnaqqis ta’ 0.7% fl-ispiża tal-pagi tal-Fondazzjoni għas-Sevizzi Mediċi. Il-management accounts li ntbgħatu mall-PQ 5745 juru l-ispiża totali tal-pagi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi sa l-aħħar ta’ Settembru 2013 kienet ta’ € 838,208. Għall-istess perijodu sa Settembru 2012, l-ispiża kienet tammonta għal € 844,027 jiġifieri 0.7% iktar mill-ispiża tas-sena 2013.
Leg 12 PQ #6509 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Services — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ impjegati ġodda fil-Foundation for Medical Services u għal kull każ jagħti l-isem tal-persuna, il-grad li ġiet ingaġġata fih, ġietx ingaġġata minn barra s-settur pubbliku u x’paga u benefiċċji għandha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6510 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Vot Nru 0999 – Miscellaneous Receipts

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5921, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Vot Nru 0999 bit-titlu Miscellaneous Receipts (Estimi 2014: paġna 316) u jagħtu elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €1,800,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6511 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 30, Vot Nru 47 – Contractual Services

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5922, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 30 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Contractual Services (Estimi 2014: paġna 317) u jagħtu elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €26,000,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ € 26,000,000.
Leg 12 PQ #6500 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-testijiet tad-demm li saru fl-Isptar Mater Dei bejn Ottubru u Novembru 2013.
Leg 12 PQ #6501 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-Saħħa bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat lil figuri li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra huma ta’ nies li tteħdilhom id-demm iżda ħafna drabi kull individwu jkollu aktar minn test wieħed. Infurmat ukoll li ma’ tinzammx statistika għal kull tip ta’ test li ttieħed, ħlief ta’ l- INR.
Leg 12 PQ #6502 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CT-Scan/MRI — testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li testitjiet tas-CT Scan, MRI u oħrajn simili li saru f’Ottubru u Novembru 2013 huma kif imqassma għal kull kategorija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6503 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CT/MRI — lista ta' stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6504 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – hospital activity report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-hospital activity report tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Hospital Activity Report għax-xahar t’Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #6505 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

settur tas-saħħa – benefiċċji għall-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa għandhomx xi benefiċċji marbutin mas-servizzi tas-saħħa (eż. mediċini b’xejn, prijorità fuq aċċess għas-servizzi eċċ.)? Jekk iva, jista’ jelenkahom fid-dettall u jgħid kif dawn huma regolati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li diversi ċirkolari ħarġu matul is-snin relatati ma’ kategoriji ta’ ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u l- intitolament ta’ mediċini b’xejn. L-aħħar ċirkolari, DH 375/13, ġiet maħruġa fit-12 ta’ Diċembru 2013 fejn il-Medicines Entitlement Unit fi ħdan id-Directorate for Pharmaceutical Affairs ser jibda joħroġ dan it-tip t’intitolament (Kartuna Griża) fuq awtorizzazzjoni tad-Direttur/Kap Amministrattiv jew delegat awtorizzat minnhom. Mediċini awtorizzati fuq dan it-tip t’intolament huma dawk mmarkati bħala pink positive fuq il-Formularju tal-Gvern u li ħa jintużaw f’każ ta’ mard jew korriment relatat max-xogħol.
Leg 12 PQ #6494 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Interim From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6495 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, f’Ottubru u f’Novembru 2013, kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6496 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji – mediċini skaduti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2013, u kemm kienet tiswa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat lil mediċina li tkun skadiet f’kull spiżerija fil-kommunita’ li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) kif ukoll dik li tkun inġabret minħabba f’xi ħsara li tkun ġarbet, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2013 hija kif ġej: Numru ta’ Spiżeriji li bħalissa qed jippartecipaw fl-Iskema tal-POYC Ottubru 2013 Novembru 2013 Grand Total 212 7,899.03 11,612.11 19,511.14 Ta’ min jgħid li l-figuri jirriflettu l-mediċina li tkun inġabret fil-perijodu imsemmi. Din il-figura tirrapreżenta 250-il tip ta’ mediċina differenti u tammonta għal 0.66% tal-istock li kien mqassam lill-pubbliku minn dawn l-ispiżeriji għall-istess perjodu.
Leg 12 PQ #6497 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — House visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bejn Ottubru u Novembru 2013 saru: House Visits Ċentru tas-Saħħa Ottubru Novembru Furjana 296 364 Gżira 99 120 Qormi 80 71 Mosta 295 339 B'kara*-- Rabat 52 61 Raħal Ġdid 238 305 Bormla 42 56 Il- house visits ta' B’Kara jsiru miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Leg 12 PQ #6498 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f’kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6499 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet – listi ta’ stennija għal operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perijodi li ġejjin: · Anqas minn tliet xhur; · 3 u sitt xhur; · 7 u 12-il xahar; · 13 u 24 xahar; · 25 u 36 xahar; u · aktar minn 36 xahar.

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas- Centralised Theatre System, in-numru ta’ interventi maqsumin skont id-dipartiment u x-xhur ta’ stennija jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru ta’ interventi li għalihom qegħdin jistennew l-pazjenti u ż-żmien ta’ stennija għal intervent kirurġiku fl-oqsma tal-ortopedija, l-oftalmoloġija, kardjoloġija, il-kirurġija ġenerali, ENT, uroloġija u proċeduri taħt il-Mediċina ttieħed mill- Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei. Iż-żmien ta’ stennija ġie kkalkulat mid-data ta’ reġistrazzjoni fuq is-sistema sa’ Diċembru 2013 meta saret l-analiżi. Wieħed għandu jkun infurmat li kull intervent li għandu jsir huwa rreġistrat fuq din is-sistema imma ż-żmien ta’ stennija jiddependi mill-urġenza tal-każ. Ta’ min wieħed jinnota li s- Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei għada qed tiġi aġġornata , għaldaqstant in-numri li jidhru fit-tabella huma proviżorji . Qed tittieħed azzjoni sabiex l-informazzjoni għad-dipartimenti kollha tkun mdaħħla u mmexija minn fuq din is-sistema.
Leg 12 PQ #6488 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, f’Ottubru u Novembru 2013, kategorija b’kategorija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru f’Ottubru ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei jidher fit-tabella hawn taħt. Dawn l-operazzjonijiet huma mqassmin skont l- BUPA Hospital Category. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency). Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni għax-xahar ta’ Novembru ghadha qed tinġabar.