B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5735, jista’ l-Ministru jgħid kif u meta se titkompla l-imsemmija kollaborazzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kuntratt ma' Sismer ġie ffirmat f'Ottubru ta' 2013 u jorbot iż-żewgt 'parties' għal sitt xhur.
Il-kollaborazzjoni fil-qasam tal-
IVF
mal-Istitut
Sismer
tal-Italja huwa biex jingħata s-Servizz ta'
Embryologist
, din se tkompli sakemm il-persuni magħżula mill-
Expression of Interest
ilestu t-taħriġ neċessarju ta'
Embryologists.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni viz. is-somma tal-pensjoni (ta’ dawk li kienu jaħdmu mal-Gvern qabel l-1979) tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li oriġinarjament kienet daħlet mal-Gvern permezz tal-Korp Dirgħajn il-Maltin fl-1972 u li kienet għaddiet biex tinqaleb mal-Gvern l-1979?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawk kollha li ġew impjegati formalment mas-Servizz Pubbliku wara l-14 ta’ Jannar 1979 mhumiex intitolati għall-pensjoni u somma mit-Teżor. Dan skond artiku 21 tal-Ordinanza tal-Pensjonijiet Kap 93.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jagħti elenku dettaljat tax-xogħol li sar s’issa fuq dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li, kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari 5499, id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtiega kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħargu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett.
Infurmat ukoll li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta l-Project Brief għal dan il-Proġett speċifiku.
Raħal Ġdid – ċentru reġjonali għall-kura primarja — baġit
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-baġit indikat fit-tweġiba tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma meħtiega sabiex jitfassal proġett xieraq li għandu jwassal lid-Dipartiment tal-Kura Primarja biex japplika għall-fondi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea fiċ-ċiklu l-ġdid ta' fondi ewropej 2014 - 2020. Din il-ħidma tinkludi t-tlestija tal-Project Brief, fejn imbagħad skont il-Project Brief ikun jista jitfassal budget dettaljat ħafna għal dan il-proġett. Għalhekk il-figura ta' madwar 15-il miljun Ewro hija stima.
Raħal Ġdid – ċentru reġjonali għall-kura primarja – project brief
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-project brief li saret referenza għalih fit-tweġiba?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li, kif spjegajt fit-twegiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 5499, ninsab infurmat li d-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtiega kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħargu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett.
Infurmat ukoll li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta l-Project Brief għal dan il-Proġett speċifiku.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jagħti elenku dettaljat tax-xogħol li sar s’issa fuq dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li x-xogħol kollu relatat ma dan il-proġett kif indikat fir-risposta parlamentari 5500 għadu għaddej.
San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja – baġit
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-baġit indikat fit-tweġiba tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li għalissa d-dipartiment għadu mhux f’pożizzjoni li jista’ jagħti breakdown dettaljat tal-baġit minħabba li x-xogħol preliminarju fuq dan il-proġett għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 59 il l-azzjoni industrijali li jmorru lura mill-2010.
Union
Period
Number of Directives
MUMN
September 2010 todate
45
UHM
May, 2012 todate
8
GWU
Years todate
5
MAM
August, 2013
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti intitolati għall-mediċini b’xejn taħt is-sistemi tal-kartuna s-safra u tal-kartuna r-roża (separatament), xahar b’xahar minn Jannar 2012 sa Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ngħatat f’mistoqsija parlamentari 6535
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4203 u 5338, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu għall-ingaġġ ta’ impjegati/professjonisti ġodda fil-qasam tas-saħħa, kategorija b’kategorija għas-sena 2014?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4203, fejn indikajt li ninsab infurmat li l-ingaġġ ta’ professjonisti fil-qasam mediku jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, kif miftiehem mal-Ministeru tal-Finanzi, u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Infurmat ukoll li l-vakanzi li għandu bżonn il-Ministeru jiġu ppreżentati lil dawn iż-żewġ entitajiet bil-għan li jintlaħaq qbil.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5342 u ċjoè b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti li ssir referenza għalihom fit-tabella annessa humiex kollha mħallsa minn fondi pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid għal liema raġuni l-ismijiet tal-istess konsulenti mhumiex ippubblikati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmatli l-konsulenti kollha kif riferuti fit-tabella annessa mal-mistoqsija parlamentari 4177 huma mħallsa minn fondi pubbliċi. M’għandi xejn aktar xi nżid.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5343 u ċjoè b’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull konsulent li jikkorrispondi mal-ittra/i indikat fl-ewwel kolonna tal-imsemmija tabella u jgħid ukoll in-numru totali ta’ sigħat li kull wieħed minn dawn il-konsulenti ħadem fl-imsemmi perijodu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4177.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5494, għal kull każ indikat jista’ l-Ministru jgħid:
għalxiex ma nħarġitx tender jew request for quotation;
jekk hux se jerġa’ jiġi mġedded mingħajr sejħa pubblika; u
min hu l-kuntrattur involut f’kull każ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5490 u jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret id-Director Nursing tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li b’referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4328, il-proċess li ntuża sabiex tiġi mjegata l-persuna fir-rwol ta’ Director Nursing and Midwifery Services fl-Isptar Mater Dei kien dak ta’ position of trust. Għaldaqstant ma ġiex appuntat interviewing panel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5492 u jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret id-Director Human Resources tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-proċess li ntuża sabiex tiġi mjegata l-persuna fir-rwol ta’ Director Human Resources fl-Isptar Mater Dei kien dak ta’ position of trust. Għaldaqstant ma ġiex appuntat interviewing panel.
Sejħa għal Allied Health Practitioner – pubblikazzjoni tar-riżultat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5495 u jgħid meta se jiġu ppubblikati r-riżultati tas-sejħa marbuta mal-Allied Health Practitioner (Skala 7) u meta dawn se jiġu ingaġġati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r-riżultati inkwistjoni ġew publikati fit-13 ta’ Jannar 2014.