Sptar Mater Dei – trasferiment ta’ pazjenti long-term
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra bejn Jannar 2011 u Novembru 2013, xahar b’xahar fl-aħħar jum ta’ kull xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li nġabret mill-Patient Administration Sytem preċedenti tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li ġew klassifikati bħala “long-term care” li kienu qegħdin jistennew trasferiment għal faċilita oħra bejn Jannar 2011 u Diċembru 2013 fl-ewwel ġimgħa ta’ kull xahar jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Jannar 2011 u Novembru 2013, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Sptar Mater Dei – Trasferiment ta’ pazjenti lejn djar tal-anzjani
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2011 sa Frar 2013 ma nħolqu ebda postijiet għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern. Ta’ min jinnota li matul ix-xahar ta’ Diċembru 2012, ingħalqet għal kollox id-Dar tal-Anzjani tal-Gzira u b’hekk naqsu 18-il sodda.
Informata li f’Marzu 2013 inħolqu 37 sodda fid-Dar taż-Żejtun, 33 sodda fid-Dar Residenzjali ta’ Zammit Clapp u 33 sodda fid-Dar tal-Mellieħa, kollha djar tal- anzjani tal-Gvern immexxija mill-privat.
F’Awwissu 2013 gew maħluqa 6 sodod fid-dar ta’ Bormla, dar residenzjali tal-Gvern wkoll immexxija mill-privat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mietu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return – tneħħija ta’ allowances ta’ ħaddiema
Question
B’referenza għall-Annex 4 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital A Better Social Return, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħew xi allowances li għandhom il-ħaddiema minħabba li l-istess rapport kien kritiku dwar dawn l-istess allowances?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-allowances huma kollha maqbula fil-ftehim settorali li ġie ffirmat bejn l-Ministeru u l- unions varji. L-Ebda bidla ma tista' ssir mingħajr ma ssir konsultazzjoni mal-istess unions.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti
Question
B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid:
a) X’kien il-valur tal-kuntratt oriġinali;
b) Meta ngħata dan il-kuntratt; u
c) X’kien il-metodu li ngħata bih (jiġifieri tender, direct order eċċ.)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti
Question
B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid:
a) Il-ħlasijiet addizzjonali li saru, ġewx imħallsa skont kif provdut fil-kuntratt; u
b) Kien hemm xi estensjonijiet jew ħlasijiet minn April 2013 ’il hawn?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return – kuntratti approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti
Question
B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid jekk kull ħlas li sar minn meta ġie ffirmat il-kuntratt rispettiv kienx approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti
Question
B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid:
a) Minn meta ġie ppreparat ir-rapport kien hemm xi kuntratt li twaqqaf; u
b) Minn meta ġie ppreparat ir-rapport kien hemm xi tender li nħareġ biex jissostitwixxi dawn il-kuntratti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-ispiżeriji li jiffurmaw parti mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u għal kemm-il persuna tipprovdi l-mediċini kull waħda?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għas-Saħħa – indemnity insurance ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern għal liema kategoriji ta’ ħaddiema fil-Ministeru tas-Saħħa se jħallas l-indemnity insurance li huma rikjesti li jkollhom? Jista’ jiċċara ukoll jekk hux se titħallas ukoll il-polza ta’ dawk li jaħdmu fuq bażi part-time?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-Gvern ikopri l-ispejjeż relatati ma inċidenti waqt ix-xogħol kliniku tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa.
Din il-proċedura ilha fis-seħħ, u ma sar l-ebda tibdil. L-
Indemnity Insurance
qed tkun rikjesta minn dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa fl-amjent privat, jiġifieri barra mis-settur publiku.
Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – ftehim bejn il-Gvern u l-Ispiżeriji
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Ispiżeriji dwar l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Minħabba li l-mistoqsija hija sensittiva, nitlob lill-Onor. Membru sabiex jiġi l-Ministeru jara d-dokumenti fil-privat.
Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – lista sħiħa ta’ spiżeriji
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ spiżeriji li joperaw taħt l-iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek u jgħid kull waħda kemm tħallset minn mindu bdiet topera l-iskema?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru lil lista ta’spiżeriji tinsab annesa f’mistoqsija palamentari numru 6666. Peress li l-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba hija kkonsidrata bħala waħda ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant hija sensittiva, ma tistax tingħata f’dan l-istadju. Minflokk, qed jingħata rendikont tal-ħlasijiet li saru minn mindu bdiet titħaddem l-Iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek fuq bażi globali kif ġej (euro)
Dawn iċ-ċifri jirriflettu t-tariffi maqbula skond l-
Memorandum of Understanding
iffirmat fl-Lulju 2007 u l-Ammenda ta’ dan l-
Memorandum of Understanding
iffirmata f’Jannar 2013. In-numru tal-ispiżerija jirriflettu l-pass tal-estenzjonijiet tal-Iskema tal-POYC sakemm din infirxet matul Malta u Għawdex kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma intitolati għall-mediċina Simvastatin (jew prodott sostitu tagħha) fid-dożi varji tagħha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li llum hawn b’kollox 33,713 persuna intitolati għall-medicina Simvastatin fid-dożi varji tagħha. Din il-figura hija dinamika u għaldaqstant tvarja skond il-ħtieġa medika tal-pazjenti.
San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja – project brief
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-project brief li saret referenza għalih fit-tweġiba?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li, kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 5500, id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtiega kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħarġu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett.
Infurmat ukoll li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta l-Project Brief għal dan il-Proġett speċifiku.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp għaddiet f-idejn l-Uffiċjal inkarigat mill-MEPA mill-ipproċessar tagħha.
Infurmat ukoll li bħala parti minn dan il-proċess l-istess
MEPA
ħasset il-ħtieġa li tinizjala applikazzjoni għal tibdil fil-pjan regulatur taż-żona rilevanti. Tal-aħħar qiegħda tkun ipproċessata wkoll.