Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7299 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

settur tas-saħħa – benefiċċji għall-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ mediċini li tqassmu lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa fl-aħħar tliet snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7300 Sitting 126 2014-03-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti – kura barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti (mhux episodji) għall-kura barra minn Malta sena b’sena bejn l-2004 u l-2013? Jista’ jagħti t-total ta’ kull sena maqsuma skont il-mard/kundizzjoni li għalihom intbagħtu barra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta sena b’sena bejn l-2004 u l-2013 hija kif se nsemmi: SENA Numru ta’ Pazjenti 2004 235 2005 255 2006 265 2007 258 2008 279 2009 296 2010 306 2011 316 2012 415 2013 424 Infurmat ukoll lil-informazzjoni maqsuma skont il-marda jew kundizzjoni (għall-kull episodju) bdiet tinżamm mill-2011 u hija kif misjuba sena b’sena fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7289 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — tinda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienet il-kumpanija li tqabdet biex tarma u żżarma t-tinda ħdejn l-Isptar Mater Dei nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Jannar 2014? Jista’ jgħid kif intgħażlet din il-kumpanija u kemm swiet biex intramat u żżarmat it-tinda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kumpanija li ġiet inkarigata biex tarma u ż-żarma t-tinda ħdejn l-isptar Mater Dei fid-dati msemmija, ntgħażlet permezz ta’ Direct order mill-amministrazjoni tal-Isptar Mater Dei. Din il-kumpanija hija MFCC u l-ispiża kienet ta’ €7021 Euro.
Leg 12 PQ #7290 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

B’referenza għall-paġna 21 tal-white paper dwar il-mediċini out of stock jingħad li hemm ħafna ħela ta’ mediċini mill-pazjenti, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika u/jew l-informazzjoni li fuqhom hija bbażata din l-asserzjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7291 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Investigazzjoni dwar biopsija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni dwar l-inċident fejn għebet biopsy ta’ pazjent hekk kif kien rappurtat fi stqarrija tal-Gvern fis-7 ta’ Settembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onor. Membru sabiex jara r-rapport mitlub minnu fil-privat.
Leg 12 PQ #7292 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dentistrija — investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni li kien hemm fil-unit tad-Dentistrija bejn l-1 u t-2 ta’ Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din is-sitwazzjoni ġiet riżolta wara diskussjonijiet bejn il-management ta’ l-isptar Mater Dei u d-dentisti nvoluti. Fil-fatt is-sitwazzjoni msemmija ma kienx hemm ħtieġa li jkun hemm investigazzjoni.
Leg 12 PQ #7293 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tad-Dentistrja — appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li għad m’għandhomx appuntament għall-intervent li għandhom bżonn fid-Dipartiment tad-Dentistrja?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n–numru ta’ pazjenti li għadd m’għandhomx appuntament għal-intervent li għandhom bżonn fid-Dipartiment ta' Dentistrija huma: · 191 adulti għal qlugħ ta’ snien/operazjoni bil-lopju · 78 tfal għal qlugħ ta' snien /operazjoni bil-lopju · 8 għal dentaturi · 44 fixed braces
Leg 12 PQ #7294 Sitting 125 2014-02-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tad-Dentistrija — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti (f’kull kategorija imsemmija hawn taħt) ta’ żmien li fih se jsirilhom l-intervent li għandhom bżonn fid-Dipartiment tad-Dentistrja? a. Anqas minn xahar; b. Bejn xahar u tliet xhur; c. Bejn tliet xhur u sitt xhur; d. Bejn sitt xhur u sena; u e. Aktar minn sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti f’kull kategorija ta’ żmien imsemija huma kif misjuba fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6885 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistant Technical Officers — ingaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġu ingaġġati l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mis-sejħa għall-Assistant Technical Officer fid-DES (PAHRO 109/12) wara li r-riżultat ġie ppublikat f’Mejju 2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġ ta’ assistant technical officer mis-sejħa msemmija qiegħed fis-seħħ, skont il-vakanzi li kienu jeżistu f’dan il-grad.
Leg 12 PQ #6886 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar St Philip’s — Ftehim mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għaddejjin mas-sidien/rappreżentanti/konsulenti tal-Isptar St Philip’s dwar xi forma ta’ ftehim li jista’ jintlaħaq bejniethom u l-Gvern dwar l-użu ta dan l-isptar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Biex itejjeb is-servizz tas-saħħa, dan il-Gvern jikkonsidra l-options kollha u għalhekk kollox huwa possibbli biex il-pazjent jingħata l-aħjar servizz possibbli.
Leg 12 PQ #7094 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Xiri ta’ Mediċina — Suppliers

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f'valur jiġifieri f'Euro minflok fi kwantitajiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7269 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat se jerġa’ jibda jopera mill-post proprju tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li ċ-Ċentru tas-saħħa tar-Rabat infetaħ, u reġa’ beda jopera mis-7 ta’Frar 2014.
Leg 12 PQ #7270 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat għadhom ma tlestewx?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal mistoqsija tiegħek ġa ġiet imwieġba f’mistoqsija parlamentari 7269.
Leg 12 PQ #7288 Sitting 124 2014-02-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tieni Skeda — mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma ntitolati għall-mediċini taħt it-Tieni Skeda u jagħti break down tal-etajiet tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #6704 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – stennija għal trasferiment ta’ pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra u għal kull każ (mingħajr ma jagħti l-isem) jgħid x’età għandu l-pazjent u kemm ilu jistenna biex jiġi trasferit?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 12 PQ #6705 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – kanċellazzjoni ta’ elective surgeries

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm elective surgeries fl-Isptar Mater Dei li ġew ikkanċellati bejn Jannar 2011 u Diċembru 2013 xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni skont id-Dipartiment rispettiv?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mit-teatri ta’ l-operazzjonijiet, in-numru ta’ operazzjonijiet/interventi li kienu bbukjati b’data u li ma sarietx l-operazzjoni/intervent f’dik id-data jinsab fit-tabellali qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, xahar b’xahar minn Jannar 2011 sa Diċembru 2013. Ta’ min wieħed jinnota li ir- raġunijiet l-aktar komuni għaliex jitħassru l- operazzjonijiet li jkunu diġa tpoġġew fuq il- lista ta’ l- operazzjonijiet huma: 1. Il- pazjent ma jiġix għall-operazzjoni. 2. Minħabba xi kontraindikazzjoni medika. 3. Il- pazjent irrifjuta l-operazzjoni. 4. Ikun hemm operazzjonijiet fuq l-istess lista li jkunu damu iżjed milli kien mistenni. 5. Il- pazjent ma’ kellux bżonn l-operazzjoni, għaliex il- kundizzjoni tiegħu tkun inbidlet. 6. Minħabba li jkun hemm xi każ urġenti li jkun irid jiġi operat minnufieħ. 7. Il- pazjent ma jkunx ippreparat sew għall-operazzjoni, eż, ma jkunx sajjem. Fil-maġġoranza tal-każijiet, ir-raġuni l-għalfejn l-operazzjoni/intervent ma jsirx fid-data bbukjata huwa għaliex il-pazjent ma attendiex jew il-pazjent ma nstabx f’kundizzjoni medika adegwata biex titwettaq l-opearazzjoni/intervent (punti 1 u 2).
Leg 12 PQ #6881 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

spiżeriji – Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess u r-rekwiżiti neċessarji biex tinħareġ liċenzja għall-ispiżerija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li biex tkun tista tinħareġ liċenzja għall-spiżerija, l-applikazzjoni trid tilħaq u tissudisfa l-kriterji kollha mnżilla u stabilliti fl- Avviż Legali 279/2007 (REGOLAMENTI DWAR IL-LIĊENZI GĦALL-ISPIŻERIJI) kif emendat, ta’ liema kopja qed tiġi mqeda fuq il-mejda tal-kamra ma’ din ir-risposta.
Leg 12 PQ #6882 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

spiżeriji – Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ spiżeriji liċenzjati f’Malta u Għawdex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Bħala risposta ta’ din il-mistoqsija parlamentari qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’spiżeriji liċenzjati f’Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #6883 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

spiżeriji – Liċenzji pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-liċenzji ta’ spiżeriji f’kull lokalità f’Malta u Għawdex

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ma’din ir-risposta qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ talbiet li bħallissa hemm pendenti għal-liċenzji ta’ spiżeriji f’kull lokalità f’Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #6884 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

spiżeriji – Liċenzji pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal-liċenzji ta’ spiżeriji u kemm ilhom pendenti miġburin f’dawn il-kategoriji: a) 10 xhur jew anqas b) Aktar minn 10 xhur u anqas minn sentejn; c) Aktar minn sentejn u anqas minn tliet snin; d) Aktar minn tliet snin u anqas minn erba’ snin; e) Aktar minn erba’ snin u anqas minn ħames snin; f) Aktar minn ħames snin u anqas minn għaxar snin; u g) Aktar minn għaxar snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab informat li bħallissa hemm 320 talba pendenti għal liċenzji ġodda ta’ spiżeriji f’Malta u Għawdex u dawn ilhom pendent kif ġej: a) 10 xhur jew anqas - 10 b) Aktar minn 10 xhur u anqas minn sentejn; - 10 c) Aktar minn sentejn u anqas minn tliet snin; - 5 d) Aktar minn tliet snin u anqas minn erba' snin; - 8 e) Aktar minn erba' snin u anqas minn ħames snin; - 2 f) Aktar minn ħames snin u anqas minn għaxar snin; -29 g) Aktar minn għaxar snin? - 256