Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti persuni li għandhom status ta’ refugjat f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13), sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija tar-reati rispettivi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tagħrif se jingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Pazjenti - immigranti irregolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ammessi fl-Isptar Mater Dei pazjenti li kienu immigranti irregolari, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13)? Għal kull sena jista’ jgħid kemm qattgħu ġranet rikoverati fl-isptar komplessivament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li nġabret mis-sistema tal-Patient Administration System preċedenti ta’ l- Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li kienu immigranti rregolari li ġew ammessi fl-Isptar Mater Dei sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13) jinsab fit-tabella hawn taħt flimkien mal-medja ta’ ġranet li qattgħu rikoverati fl-isptar.
Ta’ min wieħed jinnota li mis-sistema tal-
Patient Administration System
preċedenti wieħed ma setgħax ikun jaf jekk il-pazjenti ammessi humiex immigranti rregolari b’mod dirett. Għaldaqstant, dawn il-parametri ġew użati biex jiġu identifikati l-immigranti irregolari rreġistrati fis-sistema:
· Isem tal-pazjent imniżżel bħala immigrant irregolari jew bin-numru tal-puluzija
· Numru tal-karta ta’ l-identita jispiċċa bl-ittra ‘F’ u l-lokalita rreġistrata bħala Ħal-Far, iż-Żurrieq, Birżebuġa, il-Marsa, Ħal-Safi, Ħal-Balzan
Numru ta' Pazjenti
Average length of stay
(days)
2009
292
3
2010
135
3.2
2011
238
4.2
212
276
3.7
2013
(Jan-mid Dec)
337
3
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ammessi fl-Isptar Mater Dei pazjenti li kienu bi status ta’ refuġjat, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13)? Għal kull sena jista’ jgħid kemm qattgħu ġranet rikoverati fl-isptar komplessivament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-sitema to l-‘IT’ preżenti ma tippermettix li wieħed jidentifika persuni li għandhom status ta’ refuġjat. Għaldaqstant l-informazzjoni li tista’ tingħata hija dik kif misjuba fir-risposta 8032.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn f’Malta immigranti irregolari, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ immigranti illegal li daħlu Malta bil-baħar bejn is-sena 2009 u is-sena 2013, sena b’sena, kien ta’ sitt elef, disa mija u disa u disgħin kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Boat arrivals during
2009
1475
2010
47
2011
1579
2012
1890
2013
2008
Total
6999
Jista' l-Ministru jgħid min innegozja l-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine kif imħabbar mill-Ministru fit-12 ta' Frar 2014?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li n-negozjati saru bejn il-Ministru tas-Saħħa, Ministru ta l-Edukazzjoni u Xogħol u l-Malta Enterprise li taqa’ taħt il-Ministru tal-Ekonomija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-Università jew mal-Medical School qabel ma ġie iffirmat il-ftehim bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine kif imħabbar mill-Ministru fit-12 ta' Frar 2014? Jekk iva, jista' jgħid ma' min ikkonsulta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-proġett li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru huwa Public Private Partnership u ma hemm ebda involvement minn naħa tal-Universita’ ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati xi għaqdiet/organizzazzjonijiet tal-istudenti qabel ma' ntlaħaq il-ftehim bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
F’dan l-istadju ma kienx hemm involviment ta’ għaqdiet ta’ studenti lokali billi l-iskola tal-Medicina msemmija mill-Onorevoli Membru qed timmira għal studenti li m’humiex Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid xi proċess intuża biex tiġi appuntata l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fit-28 ta' Ġunju 2013 ġiet ippubblikata ċirkulari tal-OPM 11/2013 għal sejħa interna għall pozizzjoni ta' Direttur (Procurement) fejn is-suġġett imsemmji ġie maħtur. Fil-fratemp, fil-Ministeru bdiet isir restrutturazzjoni u inħasset il-ħtiega li din il-kariga tinbidel għal-pożizzjoni ta'Direttur (Contracts). Għaldaqstant saret talba lill-OPM skont l-Artikli 10(1) u 19(4) tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika biex jinbidel it-titlu tal-pożizzjoni ta' Director (Procurement) għal dik ta' Director (Contracts).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se ddum out of stock il-mediċina Creon li tintuża għall-pazjenti bil-kundizzjoni tal-Fibrożi Cistika u jista’ jgħid ukoll jekk il-pazjenti hux se jingħataw mediċina alternattiva minflok?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minħabba li żdied l-użu u l-konsum,il-mediċina Creon waslet l-aħħar fit-13 ta’ Jannar u tqassmet fl-ispiżeriji tal-POYC. L-ordni l-oħra wasslet nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu, 2014. Fil-frattemp id-dipartiment trasferixxa stock minn spiżeriji biex il-mediċina tasal għand il-pazjenti kollha. Id-dipartiment prova jwassal il-mediċina qabel imma l-kumpanija ma kellix stock lest.
Tista’ l-Ministru tara x’inhi r-raġuni għalfejn minkejja li ngħatat akkomodazzjoni soċjali aktar minn sena ilu, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment għadha ma tistax tabita fil-post allokat lilha minħabba li għad fadal xogħlijiet xi jsiru fil-blokk rispettiv tagħha? Tista’ tagħti data meta din il-persuna u oħrajn fl-istess blokk se jkunu jistgħu jidħlu fl-akkomodazzjoni allokata lilhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, meta gew allokati l-postijiet bil-kera fil-blokk imsemmi dawn kienu għadhom fi stat ta’ semi-finished. F’Novembru tal-2012, kienet inħarget sejħa għall-offerti (tender) sabiex jitlestew l-appartamenti. Il-proċess biex jingħata t-tender għadu ma giex konkluz minħabba li kien sar appell li tawwal ħafna il-process. Bħalissa l-aħħar rapport ta’ evalwazzjoni li sar mill-Awtorita’ tad-Djar qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għad-decisjoni tal-Kumitat Generali tal-Kuntratti.
B`referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4331 u 5652, peress li issa l-Public Service Commission ikkonkludiet l-appelli u peress li l-Prim Ministru ta l-approvazzjoni tiegħu f`Diċembru sabiex jinħarġu l-appointments, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-appointments għadhom ma ħarġux?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru qabdiet ta’ droga (numru ta’ qabdiet, persuni arrestati u kwantitajiet) f’kull lokalità f’Malta u Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2013, sena b’sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Barts School of Medicine kif imħabbar mill-Ministru fit-12 ta' Frar 2014?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
F’dan l-istadju ma naħsibx li jkun xieraq li tali dokument għandu jkun ippubblikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’mediċini fis-sena 2013 u jaqsam l-informazzjoni fuq dawn il-kategoriji:
a. POYC;
b. ċentri tas-Saħħa;
c. Sptar Mater Dei;
d. Karen Grech Rehab Hospital;
e. SVPR;
f. Sptar Ġenerali ta’ Għawdex; u
g. postijiet l-oħra kollha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-nefqa minn entitajiet diversi f’mediċini fis-sena 2013 hija kif se nsemmi:
Entities
Euro
Boffa Hospital
4,330,133
Gozo Hospital
1,266,606
Karen Grech Rehabilitation Hospital
364,827
Mater Dei Hospital
21,872,135
Mount Carmel Hospital
850,432
St. Vincent de Paule Hospital
567,490
Pharmacy of Your Choice
15,653,294
Corradino Facility
40,759
Detox Centre
156,915
Other
1,486
AFM Pharmacy
4,386
Primary Health Care
2,895,471
Total
48,003,933
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċirkularijiet kollha li jagħmel referenza għalihom fit-tweġiba?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kriterji li fuqhom il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jingħataw il-mediċini b’xejn?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.