Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8047 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT — Stallazzjoni

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid fejn ġiet stallata din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li s-sistema ġiet installata fuq bażi nazzjonali mill-isptarijiet u kliniċi ta’ Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #8048 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – functional specifications

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-functional specifications tas-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #8049 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – systems architecture

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-systems architecture tas-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba f’mistoqsija Parlamentari numru 8048.
Leg 12 PQ #8050 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – kuntratt

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li jirregola l-implimentazzjoni ta’ din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda kuntratt, dan għaliex is-sistema ġiet implementata permezz ta’ riżorsi interni minn Mater Dei.
Leg 12 PQ #8051 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – liċenzja

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jikkonferma li din is-sistema hija l-proprjetà esklussiva tal-Gvern ta’ Malta u li ħadd aktar m’għandu kopja u/jew liċenzja li jużaha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Fil-preżent, il-Gvern Malti biss huwa liċenzjat sabiex juża din is-sistema.
Leg 12 PQ #8052 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – maintenance and support agreement

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-maintenance and support agreement marbutin ma’ din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-manutenzjoni u s-support agreement qed jiġi ttrattat esklussivament mill-peronnel ta’ MDH. Is-sistema hija waħda affidabli u ma tirrekjedix ħafna manutenzjoni. Ilha tiffunzjoni sa mill-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru, u minn dakinhar is-sistema ma kienx meħtieġ manutenzjoni.
Leg 12 PQ #8041 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba u Konsulenti – Contract “A”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u konsulenti (separatament) fuq Contract ‘A’ u fejn huma deployed biex jaqdu dmirijthom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ konsulenti fuq Contract ‘A’ huwa kif misjub fit-tabella hawn taħt għall total ta 50 konsulent. Numru Dipartiment 6 Emergency 9 Anaesthesia 3 Cardiac 2 Hyperbaric 1 Infection Control 2 Administration 10 Medical 1 Ophthalmic 4 Paediatrics 10 Pathology 2 Surgical 50 TOTAL
Leg 12 PQ #8042 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba u Konsulenti – Contract “B”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u konsulenti (separatament) fuq Contract ‘B’ u fejn huma deployed biex jaqdu dmirijthom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ konsulenti fuq Contract ‘B’ huwa kif misjub fit-tabella hawn taħt għat-total ta' 130 konsulent. Numru Dipartiment 2 Emergency 17 Anaesthesia 8 Cardiac 3 Dentistry 22 Medical 10 Medical Imaging 3 Neuroscience 9 Obstetrics and Gynaecology 6 Ophthalmic 9 Orthopaedics 10 Paediatrics 8 Pathology 23 Surgical 130 TOTAL
Leg 12 PQ #8043 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba – ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv għat-Tobba?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-Gvern għandu ftehim kollettiv wieħed li taħtu jaqgħu l-ħaddiema kollha.
Leg 12 PQ #8044 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera – ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv tal-Infermiera?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek tinsab f’mistoqsija parlamentari 8043.
Leg 12 PQ #8045 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qwiebel – ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv tal-Qwiebel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal mistoqsija tiegħek tinsab f’mistoqsija parlamentari 8043.
Leg 12 PQ #8046 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Allied Health Care Professionals – ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv tal-Allied Health Care Professionals?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal mistoqsija tiegħek tinsab f’mistoqsija parlamentari 8043.

Immigranti — Open centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn f’Malta persuni milqugħa f’open centres tal-immigranti, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni fuq bażi ta’ open centre?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #8036 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba u Konsulenti – Contract “A”

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample ta’ kuntratt kif iffirmat mit-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq bażi ta’ Contract ‘A’?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra sample ta’ kuntratt li jiġi iffirmat mit-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq bażi ta’ Contract ‘A
Leg 12 PQ #8037 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba u Konsulenti – Contract “B”

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample ta’kuntratt kif iffirmat mit-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq bażi ta’ Contract ‘B’?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample ta’ kuntratt li jiġi iffirmat mit-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq bażi ta’ Contract ‘B.
Leg 12 PQ #8038 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Contract “A” – skali u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskali u benefiċċji oħra li japplikaw għat-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq il-bażi ta’ Contract ‘A’?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-Konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq il-bażi ta’ Contract ‘A’ huwa ta’ Skala : 3 / 4 Benefiċċji : Continious Medical Education Merit Award On Call Allowance <1:4
Leg 12 PQ #8039 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Contract “B” – skali u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskali u benefiċċji oħra li japplikaw għat-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq il-bażi ta’ Contract ‘B’?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq il-bażi ta’ Contract ‘B’ huwa ta’ Skala: 3 jew 4 Benefficji : Post Gradutate Tutot Allowance Actual Attendance Allowance On Call Allowance Continious Medical Education Merit Award Have Right to Private Practice Special Duty Allowance
Leg 12 PQ #8040 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera u qwiebel — skali u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskali u benefiċċji oħra li japplikaw għall-infermiera u l-qwiebel?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onor. Membru għandu jkun jaf li l-iskali tal-gradi tal-Infermieri jinstabu fl-Estimi Finanzjarji maħruġin mill-Ministeru tal-Finanzi u ppublikati fuq is-sit tagħhom. Il-benefiċċji applikabbli għal dawn il-gradi jkunu skont il-Ftehim Settorjali għall-Infermieri u l-Qwiebel.
Leg 12 PQ #8029 Sitting 129 2014-03-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

B’referenza għall-management accounts annessi mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6477, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat għalxiex l-ispejjeż amministrattivi tas-servizzi mentali żdiedu b’aktar minn €2.4m (52%) f’għaxar xhur (Jannar-Ottubru 2013) meta mqabbla mas-sena 2012?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ż-żieda fl-ispejjeż amministrativi hi dovuta għal-fatt li bdew jiġu re-charged lid-Dipartiment tal-Eldelry l-ispejjeż tat-tlett is-swali tal-ġerjatrija li joperaw mill-Isptar Monte Karmeli li ammontaw għal-€2.1m sa Ottubru 2013. Biex inkunu prudenti, sakemm dawn il-flus jitħallsu mid-Dipartiment ta’ l-Anżjani bdiet issir ‘provision for bad debts’ kontrihom. Iż-żidiet l-oħra huma dovuti għal żieda fl-għoli tal-ħajja, inflazzjoni u żidiet fil-pagi skond il-ftehim kollettiv.

Lokalitajiet — Numru ta’ reati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru reati f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13) u jaqsam l-informazzjoni bejn dawk ir-reati kommessi minn persuni ta’ nazzjonalità Maltija u dawk ta’ nazzjonalità barranija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant filwaqt li għall l’aħħar parti tal-mistoqsija, t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli. Id-dettalji mitluba fl-ewwel parti tad-domanda, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.