Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati tobba ta’ nazzjonalità barranija, sena b’sena, mill-2008 sal-lum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 96 tabib ta’ nazzjonalità barranija li ġew ingaġġati mis-sena 2008 sas-sena 2014. Dan it-total jinqasam hekk:
- 10 li ġew ingaġġati fl-2008;
- 8 li ġew ingaġġati fl-2009;
- 8 li ġew ingaġġati fl-2010;
- 26 li ġew ingaġġati fl-2011;
- 36 li ġew ingaġġati fl- 2012;
- 8 li ġew ingaġġati fl-2013 u
- Ma ġie ingaġġat l-ebda tabib ta’ nazzjonalità barranija fl-2014.
Infermiera barranin — Jaħdmu fis-servizz tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ infermiera ta’ nazzjonalità barranija li kien hemm jaħdmu fis-servizz tas-saħħa, fil-31 ta’ Jannar 2014? F’kull każ jista’ jagħti d-data meta ġie/t reġistrata mal-kunsill rispettiv f’Malta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-31 ta’ Jannar 2014, kien hemm total ta’ 204 infermier ta’ nazzjonalità barranija li kienu qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa. Dan it-total jinqasam hekk:
- 1 li ġiet irreġistrata fl-1983;
- 1 li ġiet irreġistrata fl-2001;
- 1 li ġiet irreġistrata fl-2003;
- 1 li ġiet irreġistrata fl-2004;
- 3 li ġew irreġistrati fl-2007;
- 45 li ġew irreġistrati fl-2008;
- 14 li ġew irreġistrati fl-2009;
- 65 li ġew irreġistrati fl-2010;
- 5 li ġew irreġistrati fl-2011;
- 7 li ġew irreġistrati fl-2012;
- 60 li ġew irreġistrati fl-2013;
- 1 li ġiet irreġistrata fl-2014.
Jista’ l-Ministru Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ tobba ta’ nazzjonalità barranija, li kien hemm jaħdmu fis-servizz tas-saħħa, fil-31 ta’ Jannar 2014? F’kull każ jista’ jagħti d-data meta ġie/t reġistrata mal-kunsill rispettiv f’Malta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-31 ta’ Jannar 2014, kien hemm total ta’ 108 tabib ta’ nazzjonalità barranija li kienu qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa. Dan it-total jinqasam hekk:
- 1 li ġiet irreġistrata fl-1984;
- 1 li ġiet irreġistrata fl-1991;
- 1 li ġiet irreġistrata fl-2005;
- 3 li ġew irreġistrati fl-2008;
- 6 li ġew irreġistrati fl-2009;
- 2 li ġew irreġistrati fl-2010;
- 3 li ġew irreġistrati fl-2011;
- 22 li ġew irreġistrati fl-2012;
- 69 li ġew irreġistrati fl-2013.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6537, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim proprju, jiġifieri dak iffirmat fil-5 ta’ Settembru 2012?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Kif rikjest mill-Onorevoli Membru qed inpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-mejda tal-kamra.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5337 u 6537, jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fuq dan il-ftehim u xi twettaq minnu s’issa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma sar l-ebda tibdil jew żvillup min dakinhar li ngħataw it-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5337 u 6537.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4203, 5338 u 6538, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex ma jridx jgħid kemm se jingaġġa impjegati/professjonisti ġodda fil-qasam tas-saħħa kategorija b’kategorija għas-sena 2014?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi l-ingaġġ ta’ impjegati u professjonisti jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, u kif miftiehem mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn l-esiġenzi jiġu stabbiliti minn żmien għal żmien u huma suġġetti għall-approvazzjonijiet applikabbli.
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se ssir migration mid-data tal-pazjenti li hemm fil-patient administration system eżistenti għal din is-sistema?
Sistema tal-IT – diskussjonjiet ma’ sptarijiet privati
Question
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid x’diskussjonijiet kellu mal-isptarijiet privati minħabba li ngħad li din is-sistema tintegra ma’ dawn l-isptarijiet ukoll?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nistgħu nipprovdu l-għażla lill-isptarijiet privati. Infatti, is-sistema hija kapaċi tieħu ammont limitat ta’ sptarijiet oħra privati, pubbliċi u lokali.
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk, minħabba s-sensittivita enormi li għandha din is-sistema, talabx lil xi entità awtorevoli u indipendenti biex tiċċertifika li din hija konfermi mal-istandards rikjesti f’dan il-kategorija ta’ sistemi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Is-sistema tal-PAS hija sistema antika sa mill-1992, ma tiflaħx għal ħafna, u kienet tieqaf mat-3 darbiet f’ġimgħa.
Il- Gvern preċedenti qatt ma qabbad (
3rd parties
) biex jiskrutinizzaw din is-sistema, jew nefaq €80m f’
software
li huwa skadut.
Is-CPAS hija ferm aktar superjuri mis-sistema tal-PAS ta' qabilha. Is-CPAS ġiet ittestjata u kkonfermata mill-entitajiet kollha fiħdan id-dipartiment tas-saħħa.
Sistema tal-IT – Ħlas għal min ħadem fuq is-sistema
Question
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-persuni u kumpaniji kollha li ħadmu fuq din is-sistema u jgħid f’kull każ xi tħallsu minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li għas-sistema tal-IT li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru, intużaw riżorsi interni biss.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet kollha għall-infermiera li saru mill-2008 sal-lum, u f’kull każ jgħid kemm ġew ingaġġati infermiera?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum ħarġu tmien sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-grad ta' Staff Nurse, u dawn kienu fil-Gazzetta tal-Gvern:
tat-23 ta' Settembru 2008 li minnha ġew approvati 227-il persuna;
tat-2 ta' Ġunju 2009 li minnha ġew approvati 124-il persuna;
tat-2 ta' Frar 2010 (li kienet rolling call miftuħa sal-aħħar ta' Settembru 2011) li minnha ġew approvati 511-il persuna;
tal-24 ta' Frar 2012 li minnha ġew approvati 282-il persuna;
tat-2 ta' Lulju 2013 li minnha ġew approvati 57-il persuna;
tas-6 ta' Awwissu 2013, li għaliha kien hemm kjarifiki maħruġin fis-17 ta' Settembru 2013 u d-19 ta' Novembru 2013 u li minnha ġew approvati 207-il persuna;
tal-31 ta' Jannar 2014, li għaliha għadhom qed isiru l-proċeduri tal-għażla;
tal-21 ta' Frar 2014, li għaliha għadhom qed isiru l-proċeduri tal-għażla.
It-total huwa ta' 1408-il persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati infermiera ta’ nazzjonalità barranija, sena b’sena, mill-2008 sal-lum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 179 infermiera ta’ nazzjonalità barranija li ġew ingaġġati mis-sena 2008 sas-sena 2014. Dan it-total jinqasam hekk:
- 7 li ġew ingaġġati fl-2008;
- 37 li ġew ingaġġati fl-2009;
- 9 li ġew ingaġġati fl-2010;
- 38 li ġew ingaġġati fl-2011;
- 53 li ġew ingaġġati fl- 2012;
- 33 li ġew ingaġġati fl-2013 u
- 2 li ġew ingaġġati fl-2014.
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jispjega kif u min se jkun qiegħed jagħmel il-maintenance and support ta’ din is-sistema?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab f’mistoqsija Parlamentari numru 8052.
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-MITA tatx l-approvazzjoni teknika tagħha għall-implimentazzjoni ta’ din is-sistema? Jekk iva, jista’ jpoġġi din l-approvazzjoni teknika fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-MITA assistiet fin-network, fl-aċċess remot u f’implimentazzjoni.
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid x’verifiki saru u minn min saru biex jiġi assigurat il-livell ta’ sigurtà ta’ din is-sistema?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-livell ta’ sigurta huma miżmuma u kkontrollata mill-amministraturi f’MDH ( mhux minn sub- kuntratturi bħal ma’ kienet is-sistema l-antika tal-PAS).
Sistema tal-IT — Esperjenza tal-iżviluppatur tas-sistema
Question
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-esperjenza (f’implimentazzjoni ta’ sistemi simili) ta’ min tqabbad biex jiżviluppa din is-sistema?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Is-sistema ġiet imfassla, żviluppata u mplimentata bi sforz konġunt min diversi professjonisti tal-IT, u oħrajn kliniċi u amministrattivi.
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid x’konsultazzjoni saret mal-Medical Association of Malta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Saru diversi lagħqat kontinwi mal-oqsma kollha nkorċernati kemm qabel u anke wara ( jiġifieri bħallissa).
B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sistemi eżistenti li din is-sistema qiegħda tintegra direttament magħhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Is-sistema tas-CPAS tintegra direttament is-sistemi l-oħra kollha, prinċipalment l-HC7.
Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljata tal-mediċini, apparat u items oħra li nxtraw fis-sena 2013 u kemm swew?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru li x-xirja tagħha hija ta’ € 87, 135, 507 ( seba’w tmenin miljun, mija w ħamsa u tletin elf, ħames mija w seba ewro).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti persuni li għandhom status ta’ refugjat f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13), sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija tar-reati rispettivi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub ma’ jinżammx taħt forma ta statistika.