Legislature:
Category:
Reset
Active:

Foundation for Medical Services – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Services għax-xahar ta’ Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fit-tweġiba parlamentari 8090

Central Procurement and Supplies Unit – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xahar ta’ Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fit-tweġiba parlamentari 8090

Malta Foundation Programme – postijiet offruti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li jiġu offruti postijiet fil-Malta Foundation Programme għall-gradwati fil-ħames snin li ġejjin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Min mindu ġie mwaqqaf il-Foundation Programme għal-gradwati fil-mediċina b’din is-sena inkluża, ġew offruti mitt post kull sena.

Kartuna safra/roża – applikazzjonijiet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6535, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex il-proċess tat-tender għas-sistema tal-entitlement baqa’ ma ġiex konkluż mill-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

l-informazzjoni tingħata f'xi seduta oħra.

Kartuna safra/roża – applikazzjonijiet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6535, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jistax jagħti informazzjoni daqshekk bażika bħal kemm hemm pazjenti intitolati għall-mediċini b’xejn taħt is-sistema tal-kartuna s-safra u tal-kartuna r-roża (separatament)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li huma intitolati għall-Kartuna s-Safra huwa ta’ 117,900.

Counsellors dwar infertilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6468 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ counsellors li l-Gvern għandu fid-dipartimenti tiegħu? Kemm huwa n-numru (average) ta’ pazjenti li jattendu għall-problemi ta’ infertilità? Kemm minn dawn jattendu għall-counselling?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is-servizzi ta’ counselling fi ħdan l-Assisted Reproductive Ttechnology (ART) Fertility Clinic ġewwa l-Isptar Mater Dei qed jingħata minn żewgt infermiera li għandhom degree f’dan il-qasam u li flimkien ma oħrajn attendew kors ta’ training mogħti mill-British Infertility Counselling Association (BICA). Il-klinika tal-ART bdiet topera f’Ottubru tal-2013, u sa issa għandha taħt idejha bejn wieħed u ieħor 225 każ, b’ average ta’ 10 każi ġodda kull ġimgħa. Kull koppja li juża is-serviżżii ta l-ART kif reikjest mil-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun iridu jattendu counselling qabel, waqt u wara il-proċess tal-ART.

Listi ta’ affarijiet out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta: a. Mediċini (f’kull forma u/jew doża); b. Prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); c. Apparat mediku; d. Disposables jew consumables; li huma out of stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżjara tal-Għażla Tiegħek (POYC)? X’inhi r-raġuni li huma out of stock, kemm ilhom out of stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

IVF — kollaborazzjoni mal-Istitut Sismer

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6550, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li minħabba raġunijiet kummerċjali ikun imprudenti li jiġi ttavolat dan il-ftehim in kwistjoni aktar u aktar f’din il-fażi meta qed isir l-aġġudikament tat-tender in kwistjoni.

Lista Formularja tal-Gvern – Kumitat tal-Appell

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6289, minħabba li t-tweġiba mogħtija tirreferi lejn tweġiba relatata ma’ kumitat differenti (GFLAC), jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat tal-Appell dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u jagħti resumè fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kumitat tal-Appell dwar il-lista Formularja tal-Gvern huwa kompost hekk: Dr. Joe Mifsud Chairperson Legal Practitioner (with more than 7 years of experience) Profs. Anthony Zammit Member Consultant Surgeon Mr. Adrian Meli Member Pharmacist

Operazzjoni tal-Kataretti — Stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu l-operazzjoni tal-kataretti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni miġbura permezz tas-Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei, jirriżulta li fid-19 ta’ Frar 2014 kien hemm 3,582 operazzjoni tal-kataretti fuq il-lista ta’ stennija.

Dipartiment tal-Kardjoloġija – Qasma fid-Dipartiment

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6292, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ċ-Chairman tal-Cardiac Services kien wieħed minn dawk li ma qabilx mad-deċiżjoni li jinqasam id-dipartiment tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Kardjoloġija – Qasma fid-Dipartiment

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6292, ladarba l-opinjoni ta’ disgħa mill-ħdax-il konsulent ma kenitx biżżejjed biex titwaqqaf il-qasma fid-Dipartiment tal-Cardiac Services, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pariri esperti li ngħata dwar din il-qasma sabiex kulħadd ikun jista’ jserraħ rasu kif qed jissuġġerixxi l-Ministru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-Dipartiment tas-Servizzi tal-Qalb għandu jkun immexxi f’żewg oqsma; Il-qasam tal-Kardjoloġija mmexxi minn Kardjologu u l-qasam tal-KardjoKirurġija mmexxi minn Kirurgu għal għanijiet amministrattivi.

Sptar Mater Dei – Bordijiet ta’ investigazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6293, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx riferuti l-każijiet imsemmija lill-Pulizija u jekk iva, jekk ġewx sospiżi uffiċjali u/jew impjegati tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-kaz imsemmi għadha f’idejn il-Pulizija għall-aktar investigazzjoni.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6541 u ċjoè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5494, għal kull każ indikat jgħid: għalxiex ma nħarġitx tender jew request for quotation ; jekk hux se jerġa’ jiġi mġedded mingħajr sejħa pubblika; u min hu l-kuntrattur involut f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Settur tas-saħħa – benefiċċji għall-ħaddiema

Question

B’referenza għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċirkolarijiet/dokumenti/policies/regolamenti/dokumenti simili oħra li jirregolaw dan l-intitolament?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-uniku dokument / Ċirkolari li għandu l-Medicines Approval Section – POYC Unit relatat ma’ dan is-suggett huwa - DH CIRCULAR No. 375/2013 [DH 3847/2013] li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Settur tas-saħħa – benefiċċji għall-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem/a ibbenefika minn dan it-tip ta’ intitolament u x’kienet l-ispiża annwali, sena b’sena, mill-2008 sal-2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li skont ir-registru tal-Medicines Approcal Section-POYC Unit, sal-lum hemm 689-il ħaddiem/a li qed jibbenifika minn dan il-benefiċċju. Infurmat ukoll li rigward l-ispiża annwali din l-informazzjoni ma tistax tinġabar peress l-ispiżeriji ġewwa ċertu sptarijiet u Ċentri tas-Saħħa ma jiddistingwux bejn mediċini maħruġa lil pubbliku in ġenerali u dawk li jitqassmu lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.

San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-Kura Primarja – project brief

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ l-Ministru jagħti data meta se jitlesta l-project brief imsemmi fit-tweġiba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li l-project brief qed fi stadju ta’ tħejjija.

San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-kura primarja – project brief

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ l-Ministru jagħti data meta se jitlesta l-cost benefit analysis imsemmi fit-tweġiba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.

San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-kura primarja

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6549, jista’ l-Ministru jagħti t-tracking number tal-applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp imsemmi fit-tweġiba?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tracking number tal-applikazzjoni huwa 144862.