Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Customer care section

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta’ ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014, kategorija b’kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm għadhom pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Mediċini li huma skaduti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm mediċini li skadew f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, xahar b’xahar, bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 u kemm kienet tiswa?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ċentru tas-saħħa – house visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull Ċentru tas-Saħħa, xahar b’xahar f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru 2013 saru 1,446 ( elf, erba’ mija w sitta u erbgħin) il-house visits miċ-Ċentri tas-Saħħa. F’Jannar 2014 saru total ta’ 1,416 ( elf, erba’ mija u sittax) il-house visits.

Sptar Mater Dei – dipartiment tal-emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ pazjenti li marru f’kull Ċentru tas-Saħħa xahar b’xahar, bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-dipartiment tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Diċembru 2013 marru total ta’( seba’ u tletin elf, sitt mija u tlieta u ħamsin) 37,653 pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Mill-15 ta’ Diċembru sal-aħħar tax-xahar ġew referuti total ta’ ( mitejn u erba’w tmenin) 284 persuna lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza. F’Jannar 2014 marru total ta’( erbgħin elf u tlett) 40,003 pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa, fejn ( erba’ mija w seba’u tmenin) 487ġew referuti lejn id-Dipartiment tal-Emerġenza.

Sptar Mater Dei – bed occupancy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014 ġimgħa b’ġimgħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014, kategorija b’kategorija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014, kategorija b`kategorija, kienu bħal ma se nsemmi. BUPA Hospital Category Xagħar CMO Major+ Major Inter Minor Unknown Total Dec-13 147 283 474 1163 1125 2 3194 Jan-14 193 402 574 1606 1547 9 4331

Operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet xahar b’xahar bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 konsulent b’konsulent?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’ Diċembru 2013 u Jannar 2014, konsulent b’konsulent, qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – pazjenti jistennew fuq stretcher

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f’xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014? Jista’ jagħti d-dettalji ġurnata b’ġurnata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li tħallew jistennew fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f’xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014 huw kif misjub fit-tabella li qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kura barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014? F’liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f’kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni rikjesta dwar pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014 tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’sar bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obeżita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-ħajja”. Il-Ministeru qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku fuq il-midja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jorganizza klassijiet tal-aerobika u klassijiet tal- “weight management”. Matul Diċembru 2013 u Jannar 2014 attendew 322 persuna fil-klassijiet tal- “weight management” u 482 persuna l-klassijiet tal-aerobika. Il-membri tad- Direttorat ippartecipaw fuq basi regolari f’ programmi fuq ir –radju u t-televiszjoni. Fuq ir-radju inkunu fuq programmi f’medja ta ħames darbiet fil-gimgħa fuq l-akbar stazzjonijiet. Saru presentażżjonijiet lill- nies ta’ Mosta, Santu Wistin, B’kara, Naxxar, Isla, Qrendi, Zurrieq, Fgura, Pembroke (atleti), MEPA, gruppi ta’ genituri u tfal fl-iskejjel. Il-membri tad -Direttorat jagħtu pariri fuq it-telefon dwar id-dieta u l-piż żejjed. Jagħmlu ukoll konsultazzjonijiet lill-persuni li ikollhom bżonnijiet speċjali. Tlesta l-Politika dwar l-Ikel u n-Nutrizzjoni li gie varat fi Frar ghall-konsultazzjoni

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) għax-xahar ta’ Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fid-9 ta’April 2014, għall-mistoqsija parlamentari numru 8090.

Occupational Health and Safety Authority – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal-Occupational Health and Safety Authority għax-xahar ta’ Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fid-9 ta’April 2014, għall-mistoqsija parlamentari 8090.

Prodotti Farmaċewtiċi – flus dovuti lill-kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta’ Diċembru 2013? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Xiri ta’ prodotti u servizzi — pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta’ Diċembru 2013? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Average length of stay

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014, ġimgħa ġimgħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Lista ta’ kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. Id data meta ngħata; b. L-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; c. Il-valur tiegħu; d. It-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. Il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntużat; u f. X’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-tweġiba li ngħatat fil-11 ta’ Frar tal-2009, għall-mistoqsija parlamentari 6142, tal-ħdax-il leġislatura.

Sptar Monte Karmeli – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xahar ta’ Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fit-tweġiba parlamentari 8090

Sptar Karen Grech – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karen Grech għax-xahar ta’ Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat fit-tweġiba parlamentari 8090