Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-Anzjani –pazjenti li mietu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` residenti li mietu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern dar b`dar kienu kif ġej: DAR Diċembru 2013 Jannar 2014 TOTAL Mellieħa 1 0 1 Mosta 0 3 3 Mtarfa 2 3 5 Msida 0 0 0 Floriana 2 0 2 Zejtun 4 2 6 Bormla 0 1 1 Zammit Clapp 1 2 3 SVPR 29 49 78 TOTAL 39 60 99

Sptar Mater Dei – pazjenti long term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra u għal kull każ (mingħajr ma jagħti l-isem) jgħid x’età għandu l-pazjent u kemm ilu jistenna biex jiġi trasferit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Kien hemm 55 pazjent li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-sittax ( 16 ) u s-sitta u disgħin ( 96 ) sena li kien ilhom jistennew bejn erba’ mija,tlieta u erbgħin ( 443 ) ġurnata u tlett ( 3 ) ijiem.

Djar tal-Anzjani — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b'xahar u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b'mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lin-numru ta’ postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 kien kif gej: DAR Dicembru 2013 Jannar 2014 TOTAL Mellieħa 3 1 4 Mosta 1 3 4 Mtarfa 2 5 7 Msida 0 0 0 Floriana 2 1 3 Zejtun 4 2 6 Bormla 1 2 3 Zammit Clapp 2 3 5 SVPR 3 (discharges) 36 (extra beds) 39 TOTAL 18 53 71

Sptarijiet tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6472 u jgħid kemm kien il-complement tal-istaff, grad b’grad, fl-isptarijiet tal-Gvern fit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena mis-sena 2008 sal-2013? Kemm kienet l-ispiża totali f’termini ta’ paga u allowances fl-istess snin f’kull kategorija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-perjodu ta’ bejn l-2008 u l-2013 il-compliment tal-istaff kien ivarja bejn erbat elef, tminn mija, ħamsa u tletin (4835) għal ħamest elef, tminn mija u tmienja (5808), filwaqt li l-ispiża totali f’termini ta’ paga u allowances kienet tvarja bejn erba’ u sittin miljun, sitt mija, disa’ u erbgħin elf, erba’ mija, tmienja u sebgħin ewro punt erbgħa ħamsa (€64,649,478.45) u mija u ħames miljun, ħames mija, disa’ u għoxrin elf, mija erba’ u tletin ewro punt disa’ tmienja (105,529,134.98).

Sptarijiet tal-Gvern – nefqa fuq makkinarju ġdid/u maintenance

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6473 u jgħid kemm huwa l-ammont totali li nefaq il-Gvern f’termini ta’ makkinarju ġdid/u maintenance fl-isptarijiet governattivi (f’Malta u f’Għawdex), sptar bi sptar, kull sena mis-sena 2004 sal-lum? Kemm minn dan l-ammont tħallas mill-Unjoni Ewropea?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-nefqa totali mill-2004 sal-lum hija kif ġej: Makkinarju Gdid Maintenance EU Funded Euro Euro Euro Mater Dei Hospital 80,196,085 9,870,537 2,258,538 Gozo General Hospital 3,830,854 265,340 3,333,221 Rehabilitation Hospital Karen Grech 1,455,213 1,235,778 Nil Mental Health Services 1,296,243 2,225,972 Nil

Sptar Mater Dei – lista ta’ swali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6431 jagħti l-lista sħiħa tas-swali kollha li hemm fl-Isptar Mater Dei u għal kull sala jgħid x’inhi l-ispeċjalizzazzjoni tas-sala, min imexxiha, kemm fiha sodod u kemm hemm staff allokat fiha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fl-Isptar Mater Dei hemm tnejn u tmenin (82) sala jew dipartiment, b’total ta’ tminn mija u sittin sodda (860) u l-ispeċjaliżazzjonijiet ivarjaw minn swali akuti u mediċi, cardjaċi, tal-kirurgija, ortopedia, obstetrija, uroloġija, pedjatriċi, swali tal-kura intensiva, emerġenza, ENT, plastics, oftalmologija, psikjatrija, newrokirurgija u endoskopija, fost swali oħra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6466 u jagħti l-lista ta’ dawk il-persuni kollha li ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’il hawn u li qabel ma ġew ingaġġati kienu diġà rtirati (jiġifieri pensjonanti)? F’kull każ jista’ l-Ministru jagħti: a. id-data meta tqabbdet il-persuna; b. il-pożizzjoni li ngħatat il-persuna; c. f’liema dipartiment tqabbdet; d. il-paga u benefiċċji li ngħatat; e. in-numru ta’ sigħat li mistennija taħdem fil-ġimgħa; u f. ir-raġuni għalxiex iddaħħlet mill-irtirar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ħadd ma’ ġie ngaġġat fil-Ministeru minn Marzu 2013.

Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Jannar 2014? F’kull każ jista’ jgħid: a. x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; b. meta tqabbad; c. kemm sewa jew ser jiswa; d. kif intgħażel il-kuntrattur; e. min għażel il-kuntrattur; u f. meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Sptar Mater Dei – Trasferiment ta’ pazjenti long-term

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei li qed jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar, fl-aħħar jum ta’ kull xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Mill-informazzjoni miġbura, kien hemm ħamsa u ħamsin (55) pazjent long term f’Diċembru tal-2013 u ħamsin (50) pazejnt long-term li kienu qed jistennew biex imorru f’faċilita oħra.

Sptar Mater Dei – Pazjenti trasferiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’Diċembru 2013 u Jannar 2014 ġew trasferiti mija u sitta w ħamsin ( 156 ) u mija u disa’ w sebgħin ( 179 ) pazjent rispettivament mill-Isptar Mater Dei għall-isptarijiet eżistenti.

Sptar Mater Dei – Djar tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-b’mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fix-xhur imsemmija ddaħlu tatal ta’ 60 pazjent fid-djar tal-anzjani tal-Gvern eżistenti mill-Isptar Mater Dei.

Djar tal-Anzjani — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014, xahar b’xahar, u jagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` pazjenti li ddaħħlu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern dar b`dar kienu kif ġej: DAR Dicembru 2013 Jannar 2014 TOTAL Mellieħa 3 1 4 Mosta 1 3 4 Mtarfa 2 5 7 Msida 0 0 0 Floriana 2 1 3 Zejtun 4 2 6 Bormla 1 2 3 Zammit Clapp 2 3 5 SVPR 33 87 120 TOTAL 48 104 152

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perijodi li ġejjin: a. Anqas minn tliet xhur; b. Tliet u sitt xhur; c. Seba’ u tnax-il xahar; d. 13-il xahar u 24 xahar; u e. Aktar minn 36 xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar

Sptar Mater Dei – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei f’Diċembru 2013 u Jannar 2014 u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Testijiet tad-demm li saru fl-Isptar Mater Dei, f’Diċembru 2013 huwa ta’ ħames mija, u ħamest elef, mitejn u ħamsa u għoxrin (505,225); f’Jannar tal-2014 saru ħames mija, tlieta u disgħin elf, seba’ mija u sitta u tmenin (593,786).

Ċentru tas-Saħħa – testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull Ċentru tas-Saħħa f’Diċembru 2013 u Jannar 2014 u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numri ta’ pazjenti li sarilhom test tad-demm huwa kif ġej: Diċembru 2013 - tmient elef disa’ mija u ħamsin (8,950) u f’ Jannar 2014 – għaxart elef, disa’ mija u tnejn u sittin (10,962). Il-fuguri juru żieda ta’10.5% għal Diċembru 2013 fuq Diċembru 2012, u żieda ta’ 16.5% għal Jannar 2014 fuq Jannar 2013. Ħafna drabi ikun sar aktar minn test wieħed lil kull pazjent Ma tinzammx statistika għal kull tip ta’ test li ittieħed ħlief ta’ l-INR.

Testijiet CT-Scan u MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija f’Diċembru 2013 u f’Jannar 2014 u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar

Testijiet CT Scan u MRI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ persuni li qed jistennew għal CT Scan huwa ta’ elf, ħames mija u erbatax (1,514). In-numru ta’ persuni li qed jistennew MRI huwa ta’ tlett elef, seba’ mija u tnax (3,712).

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’sar bejn Diċembru 2013 u Jannar 2014 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont action plan li kien approvat qabel mal-Pjan kien mniedi fl-2011. Bejn Dicembru 2013 u Jannar 2014 tkomplew: · il-Programm nazzjonali tal-i screening għall-kanċer tal-musrana l-kbira, · il-Programm nazzjonali tal-iscreening għall-kanċer tas-sider fin-nisa; u · il-Programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq ta’ l-utru.

Azzjonijiet industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-Dipartiment u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-total ta’ azzjonijiet industrijali fil-present fil-Ministeru huwa ta’ ( erba’ u sebgħin) 74 u dawn inħargu mill-MUMN, GWU u UHM: 2014 2013 2012 Qabel 2012 MUMN 32 25 4 6 GWU 1 2 0 0 UHM 2 1 1 0