Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7298 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kriterji li fuqhom il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jingħataw il-mediċini b’xejn?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa huma ntitolati għall-mediċina b’xejn skont il-grey card. Din tkopri mediċini indikati mill-formolarju tal-gvern bħala pink positive items, li jintużaw għal mard jew korriment relatat max-xogħol.
Ħaddiema li jbagħtu minn mard kroniku li jaqa’ fuq il-lista ta’ skeda ħamsa huma intitolati bħall-pazjenti oħra u jistgħu japplikaw għall-kartuna s-safra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7299 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ mediċini li tqassmu lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa fl-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-sistema tal-POYC ma tiddistingwix bejn mediċini maħruġa lill-pubbliku in ġenerali u dawk li jitqassmu lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7728 u ċjoè: B`referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4331 u 5652, peress li issa l-Public Service Commission ikkonkludiet l-appelli u peress li f`Diċembru l-Prim Ministru ta l-approvazzjoni tiegħu sabiex jinħarġu l-appointments, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-appointments għadhom ma ħarġux?
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8034, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali jiġifieri kemm kien hawn (u mhux kemm waslu) immigranti rregolari f’Malta, sena b’sena, bejn l-2009 u l-2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ immigranti li kienu jinsabu fiċ-ċentri miftuħa u magħluqa. Din hi l-unika informazzjoni li tinżamm.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6528, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull persuna li ġiet ingaġġata f’kull pożizzjoni murija fit-tabella annessa mal-imsemmija mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Chief Operations Officer Sptar Monte Karmeli – Dr. Clifton Grima; Konsulent dwar blood, cell and tissue banking – Dr. George Galea; Direttur Human Resources fid-Dipartiment għall-Kura tas-Saħħa Primarja – Ms. Pauline Saliba; Directtur Human Resources and Administration Sptar Mater Dei – Ms. Emeline Fenech; Migration Co-Ordinator, Ċentru tal-Onkoloġija u Sptar Boffa – Joseph Saliba.
Rapport finali mill-Johns Hopkins Medical International
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6672, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u Johns Hopkins Medical International?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-gvern Nazzjonalista kien laħaq ftehim mal-John Hopkins International li dan ir-rapport jinżamm għall-użu intern biss.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6700, 6701, 6702 u 6703 jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-imsemmija mistoqsijiet għar-Residenza San Vincenz de Paule (SVPR)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Bord tal-Appelli dwar il-Lista Formularja tal-Gvern – Remunerazzjoni ta’ membri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6665 u jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Appell dwar il-Lista tal-Formularju tal-Gvern u x’inhija r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ic-Chairman Dr. Joseph Mifsud għandu renumerazzjoni ta’ tnejn u tletin ewro, wieħed u sittin ċenteżmu (€32.61) kull seduta ta’ tlitt (3) sigħat u l-membri, l-Professur Anthony Zammit u s-Sur Adrian Meli għandhom renumerazzjoni ta’ sebgħa u għoxrin ewro, ħamsa u disgħin ċenteżmu (€27.95) kull seduta ta’ tlitt (3) sigħat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma ntitolati għall-mediċini taħt it-Tieni Skeda u jagħti break down tal-etajiet tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li statistika eżatta ta’ kemm hemm persuni li huma intitolati għal mediċini taħt it-tieni skeda ma teżistix. Din hija sitwazzjoni li dan il-Gvern wiret mill-Gvern ta’ qabel.
L-ammont ta’ talbiet ġodda għall-karta r-roża kif ukoll talbiet minn persuni li jbatu mid-dijabete u li għadhom taħt it-tieni skeda huma kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra, li hija maqsuma skont id-distretti minn fejn saret it-talba. Statistika tal-etajiet ma tinżammx.
Tajjeb wieħed jirrimarka li l-Gvern ħa passi biex jindirizza dan in-nuqqas. F’uħud mill-Uffiċċji Distrettwali, it-talbiet qed jiġu pproċessati b’sistema ġdida komputerizzata li minbarra li tawditja t-talbiet, iżżomm statistika dettaljata dwarhom. Fi ftit taż-żmien ieħor l-Uffiċċji Distrettwali kollha jkunu qed jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-karta r-roża b’mod awtomatiku u b’hekk sa fl-aħħar il-Gvern ikollu stampa ċara tas-sitwazzjoni kollha.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ suppliers li l-Gvern xtara mingħandhom il-mediċini u għal kull supplier jgħid b’kemm xtara (f’Euro) sena b’sena, bejn 2011 u 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fl-elfejn u ħdax (2011) kien hemm mija, tnejn u ħamsin supplier (152), fis-sena elfejn u tnax (2012) kien hemm mija, tnejn u tletin (132) supplier, filwaqt li fis-sena elfejn u tlettax (2012) kien hemm mija, tlieta u għoxrin supplier (123).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6464, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-migration team tal-Isptar Sir Paul Boffa u jgħid x’remunerazzjoni u benefiċċji għandu/ha kull membru?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-migration team ġie assimilat fi ħdan l-Oncology Project Board u huwa magħmul minn dawn il-membri:
Is-Segretarju Parlamentari għas-saħħa (Chairperson)
Is-Segretarju Permanenti tad-Dipartiment tas-Saħħa(Deputy Chairperson)
L-Uffiċjal Mediku ewlieni fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Id-Direttur Ġenerali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha
Id-Direttur Ġenerali tal-finanzi fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Id-Direttur Ġenerali ghar-rizorsi umani fi hdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Id-Direttur b'risponsabilita għal-implimentazzjoni tal-programmi tal-EU fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Il-Kap Ezekuttiv għall-proġetti speċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa
Il-Kap Ezekuttiv tal-Foundation for Medical Services
Ic-Chairperson Kliniku tal-Ematologija u l-Onkologija
Ic-Chief Operating Officer ta l-Isptar Boffa
Ic-Chief Nursing Manager ta l-Isptar Boffa
Il-membri kollha jagħtu kontribut fuq dan il-board bħala parti mill-qadi tad-dmirijiet regolari tagħhom u għaldaqstant m'humiex imħallsa sabiex jiffurmaw parti minn dan il-board.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6464, jista’ l-Ministru jgħid min hu u x’esperjenza għandu l-kap/chairman tal-migration team tal-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. interpellant għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8486 li fiha id-dettalji kollha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6489, jista’ l-Ministru jgħid għalxiex ma ppubblikax l-ismijiet tal-Konsulenti rispettivi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mhix prassi tad-dipartiment li jippublika l-ismijiet tal-impjegati meta tintalab informazzjoni simili. Qed tiġi segwita din il-linja biex tiġi protetta l-informazzjoni tal- impjegati tad-dipartiment.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6509, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull persuna li ġiet ingaġġata f’kull pożizzjoni murija fit-tabella annessa mal-imsemmija mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
M’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru sitt elef, ħames mija u disgħa (6509).
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti ta’ xogħol li ngħataw għall-ħidma fuq l-Isptar tal-Onkoloġija? Għal kull kuntratt, jista’ jgħid lil min ingħata u jagħti dawn id-dettalji:
a. id-data ta’ meta’ ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu;
d. kemm tħallas s’issa;
e. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
f. hemmx xi
dispute
marbuta mal-kuntratt;
g. hemmx xi
delay
fl-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet koperti fil-kuntratt; u
h. il-metodu/proċedura ta’ xiri li ntużat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-elfejn u għaxra (2010) sal-lum ingħataw tnax-il (12) kuntratt għall-ħidma fuq l-Isptar tal-Onkoloġija, li jvarjaw minn xogħol ta’ kostruzzjoni għal installar ta’ apparat. Ma hemm l-ebda dispute marbuta ma’ dawn il-kuntratti.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti ta’ catering jew xi forma oħra ta’ outsourcing ta’ servizzi tal-ikel u xorb fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħu? Għal kull kuntratt, jista’ jgħid lil min ingħata u jagħti dawn id-dettalji:
a. id-data ta’ meta ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri;
c. il-valur tiegħu; u
d. il-metodu/proċedura ta’ xiri li ntużat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-elfejn u sebgħa (2007) sal-lum ingħataw erbgħa (4) kuntratti ta’ catering jew servizzi ta’ ikel u xorb, li jvarjaw minn ikel għall-pazjenti għal vending machines, b’valur totali ta’ seba’ miljuni, tlett mija, tlieta u tletin elf, sitt mija tlieta u tmenin ewro (€7,333,683).
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti ta’ security jew xi forma oħra ta’ outsourcing ta’ servizzi ta’ sigurtà fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħu? Għal kull kuntratt, jista’ jgħid lil min ingħata u jagħti dawn id-dettalji:
a. id-data ta’ meta ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri, speċifikatament kemm ikopri sigħat;
ċ. il-valur tiegħu;
d. kemm tħallas s’issa u għal kemm-il siegħa ta’ servizz; u
e. il-metodu/proċedura ta’ xiri li ntużat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-elfejn u sebgħa (2007) sal-lum ingħataw erbgħa (4) kuntratti ta’ security, li jkopru l-Isptar Mater Dei, l-Isptar Monte Carmeli, s-Servizzi ta’ saħħa mentali u s-Central Supplies Procurement Unit.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratti ta’ carers jew xi forma oħra ta’ outsourcing ta’ servizzi ta’ care workers fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħu? Għal kull kuntratt, jista’ jgħid lil min ingħata u jagħti dawn id-dettalji:
a. id-data ta’ meta’ ngħata;
b. l-i
scope of supply
u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri, speċifikatament kemm ikopri sigħat;
c. il-valur tiegħu;
d. kemm tħallas s’issa u għal kemm-il siegħa ta’ servizz; u
e. il-metodu/proċedura ta’ xiri li ntużat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Mill-elfejn u disgħa (2009) sal-lum ingħataw tlitt (3) kuntratti ta’ carers, li jkopru l-Isptar Mater Dei, s-Servizzi ta’ saħħa mentali u l-Kura tas-saħħa primarja.