Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex issirilhom il-proċedura ta' Intrathecal Baclofen u jgħid kemm ilhom jistennew biex isirilhom din il-proċedura?
Response (MIZZI, KONRAD)
M’hemm ebda lista ta’ stennija biex isir dan l-intervent.
Pazjenti bl-isklerożi multipla – servizz ta’ fiżjoterapija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jdaħħal is-servizz tant bżonnjuż ta' fiżjoterapija fir-residenza stess tal-pazjenti li jbatu bl-isklerożi multipla minħabba li dawn qegħdin jiffaċċjaw tbatija kbira biex imorru mid-dar għall-outpatients fl-isptar għal dan is-servizz, għal ftit minuti biss?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kura fid-djar tal-pazjenti qed tigi evalwata.
Peress li fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hemm persuni li jbatu minn mard kroniku, jista’ jgħid jekk it-talba biex jiġi stallat lift hijiex se tiġi aċċettata? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta dan ix-xogħol se jsir?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar dan l-istess każ diġa saru numru ta’ mistoqsijiet parlamentari fil-passat, fosthom PQ 2573 datata 29.09.2008, PQ 23543 datata 08.02.2011 u PQ 30802 datata 01.12.2011. Ir-residenti tal-appartamenti kollha fil-blokk imsemmi kienu ġew mgħarrfa b’ittra li ġġib id-data tat-18 ta’ Ġunju 2002. l-installazzjoni tal-lift ma kinitx teknikament possibbli minħabba wisgħa ristretta tat-tromba tat-taraġ. Il-bitħa wkoll ma setgħetx takkomoda l-lift għax kienu ser jiġu ristretti d-dawl u l-arja għat-twieqi kif ukoll l-ispazju meħtieġ għall-manutenzjoni tas-servizzi ta’ katusi u pajpijiet mal-ħitan tal-istess bitħa.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Gvern mhux qed jagħti l-mediċina Demeclocyline meta din għandha prezz tant għoli u tintuża biss f’mard rari ħafna bħas-SIDAH?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-mediċina demeclocycline qiegħda fuq il-Formularju tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients? X’għajnuna konkreta qegħdin jirċievu dawn il-persuni sabiex jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Jista’ l-Ministru jgħid fejn tista’ tmur tgħix persuna bi bżonnijiet ta’ kura mentali wara li jiġu neqsin il-ġenituri/carers li jkunu qed jieħdu ħsiebha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Persuna bi bżonnijiet ta’ kura mentali li jiġu neqsin il-ġenituri/carers li jkunu qed jieħdu ħsiebha jistgħu jagħmlu użu minn numru ta’ servizzi. Dan jiddependi fuq il-livell ta’ sapport li jkollu bżonn l-indivdwu. Is-servizzi jvarjaw minn servizz ta’ outreach għal minn jgħix waħdu; servizz ta’ sheltered accomodation bhal hostels jew akkomodazzjoni f’apartimenti.
Tista’ l-Ministru tgħid meta d-diretturi li kienu jservu fuq il-bord tal-Awtorita ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijet tal-Konsumatur (MCCAA) sa Ottubru 2012 se jitħallsu tax-xogħol tagħhom sa dak l-istess xahar?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda ħlas pendenti dovut lill-Gvernaturi kollha fuq il-Bord tal-MCCAA għal perijodu bejn Mejju 2011 u April 2014.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti jbatu mill-kundizzjoni tas-cerebral palsy u jagħti break down skont l-etajiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Hemm (18) tmintax-il pazjent reġistrat maċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) li jbagħtu mill-kundizzjoni tas-celebral palsy.
Ħamsa (5) huma ta’ anqas minn ħames (5) snin, sebgħa (7) bejn il-ħamsa u l-ħdax-il sena (5-11), u sitta (6) bejn it-tnax u s-sittax-il sena (12-16).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-trattamenti li jingħataw lill-pazjenti li jbatu bil-kundizzjoni tas-cerebral palsy mis-servizz tas-saħħa pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Pazjenti li jbagħtu bil-kundizzjoni tas-Celebral Palsy l-ewwel jiġu assessjati fin-Neurology Childrens’ Outpatients fl-Isptar Mater Dei. Wara, l-pazjent jarawh il-konsulenti tas-CDAU (Child Development Assessment Unit) fejn isir pjan long term skont kull kaz speċifiku.
Wara diskussjoni mal-ispeċjalitajiet relevanti, l-ġenituri jirrikorru għand l-Awtoritajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex il-pazjent jinstablu l-aktar
placement
addattat f’skola.
Il-Konsulent Pedjatra jibqa’ jsegwi l-andament tal-pazjent regolarment.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8031 u jgħid kemm tressqu l-Qorti persuni li għandhom status ta’ refugjat f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13), sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija tar-reati rispettivi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata. Għaldaqstant ma għandi xejn xi nżid, kif diġà ġie spjegat mat-twegiba li jien kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 8031.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8030, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistemi tal-Pulizija jżommux in-nazzjonalità ta’ min iwettaq reat f’pajjiżna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nazzjonalitajiet tal-persuni relatati ma’ reati kriminali rapportati lill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin (2009-2013) u li kienu elenkati fir-risposta għal-mistoqsija parlamentari 8030, kienu mill-pajjizi li jidhru elenkati fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – operat mill-uffiċċju fil-Main Guard
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta l-Kunsill Lokali tal-Belt se jibda jopera mill-uffiċċju fil-Main Guard?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadha ma ttieħditx deċiżjoni dwar ir-rilokazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Attwalment għaddejja ħidma prioritarja dwar it-traslokazzjoni tal-Uffiċju tal- Avukat Ġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġu regolati l-buskers li jarmaw quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività tal-ġerrejja jinsabu fil-LS 441.07.
Ir-responsabbilità tal-enforzar ta' dawn il-kundizzjonijiet taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Pulizija.
Quality Service Charters – persuni bi bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-quality service charters jew linji gwida jew protocols oħra in vigore tas-servizzi mogħtija lill-persuni bi bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa mentali? X’inhuma l-istandards ta’ dawn is-servizzi tant importanti għal dawn il-persuni u l-qraba tagħhom?’
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7290 u ċjoè: B’referenza għall-paġna 21 tal-White Paper dwar il-mediċini out of stock jingħad li hemm ħafna ħela ta’ mediċini mill-pazjenti, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika u/jew l-informazzjoni li fuqhom hija bbażata din l-asserzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din l-istatiska ma tinġabarx għaliex il-Gvern ma jaċċettax medicina lura wara li tkun ingħatat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7297 u ċjoè: b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċirkularijiet kollha li jagħmel referenza għalihom fit-tweġiba?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ċ-ċirkolarijiet maħruġa mis-sena elfejn (2000) sal-lum.