Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-oġġettiv li hu fetaħ uffiċċju fid-Dipartiment tal-Emerġenza? X'inhuma r-riżultati tal-ftuħ tal-uffiċċju tiegħu fid-Dipariment tal-Emerġenza? Kemm kien l-istaff compliment fid-dipartiment fi Frar 2013 u kemm kien fit-18 ta' April 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-oġġettiv tal-ftuħ tal-uffiċċju fid-Dipartiment tal-Emerġenza kien li nkun aktar fil-qrib għal kull problema jew sitwazzjoni li tinqala’ fl-Isptar Mater Dei. Ma kien hemm l-ebda staff complement.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff compliment tal-Ministeru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 200 u jgħid liema mediċni huma out of stock fl-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li hemm 28 mediċina out of stock fl-Isptar tar-Riabilitazzjoni f'Karen Grech. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-mediċini out of stock.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozzi li qed jużaw il-membri tal-Kabinett kollha, inkluż tas-Segretarji Parlamentari? Jista' jgħid kemm hi n-nefqa fuq kull waħda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-karozzi li kienu jiġu wżati mill-membri tal-Kabinett preċedenti u li lejliet il-ġurnata tal-elezzjoni kienu ġew depożitati fil-garaxx tal-Pulizija f’Ta’ Kandja ġew assenjati lill-Kabinett preżenti. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru għamel ukoll arranġamenti għal kirja ta’ numru ta’ karozzi għal perjodu qasir biex ikunu jistgħu jinqdew il-membri tal-Kabinett mal-ħatra tagħhom.
Wara l-aħħar ta’ Marzu 2013, kull Ministeru kien responsabbli biex jagħmel l-arranġamenti tiegħu, fejn applikabbli, għax-xiri jew kiri ta’ karozzi għall-użu tal-Ministri/Segretarji Parlamentari rispettivi tagħhom.
Fil-każ tal-karozza tal-Prim Ministru, il-Prim Ministru għażel li jibqa’ juża l-karozza privata tiegħu u f’dan il-każ jitħallas
allowance
ta’ € 7,000 fis-sena, hekk kif kien stabbilit minn sistema introdotta taħt Gvern preċedenti.
Fir-rigward tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, inkrietlu karozza li l-ispiża tagħha hija ta’ € 59 kuljum.
Fir-rigward tal-Ministeri oħra, nitlob lill-Onor Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — membri tas-segretarjat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħaddi l-lista sħiħa (full compliment) tal-istaff kollu tas-segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru bl-ismijiet u l-karigi differenti li għandhom?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li ġew iffirmati għall-konsulenti jew chairpersons li nħatru mill-Elezzjoni Ġenerali s'issa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-Chairman tal-MEPA.
Billi ġie rappurtat li kien hemm min intalab li jservi ta' konsulent tal-gvern u aċċetta iżda għadu ma ġiex iffirmat il-kuntratt, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għadu ma ġiex iffirmat il-kuntratt magħhom u għaliex?
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru lid-direttur tal-kunsilli lokali fix-xhur ta' Marzu u April 2013?
Response (VELLA, KARMENU)
L-Onorevoli Interpellant tifhem u tapprezza li kull kap ta’ dipartiment jirċievi bosta talbiet b’mod naturali fir-rutina ta’ kuljum. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant tkun aktar speċifika għal liema u tip ta’ talbiet qed tirreferi għalihom.
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn il-post ta' Voluntary Services Officer fi ħdan l-Isptar Mater Dei issa sar Voluntary Service Co-ordinator? Fuq liema kriterji intagħżlet il-persuna biex tagħmel dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk l-għaqdiet volontarji fl-Isptar Mater Dei (li huma madwar 14) ġewx ikkonsultati? Jista' jgħid jekk saritx sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li din il-posizzjoni ġiet mibdula minħabba l-esiġenzi tas-servizz. Il-persuna intgħażlet fuq kriterji ta’ kapaċita’, bżulija u dħulija. Din l-għażla mxiet skont kriterji diġa stabbiliti u ma kienx hemm il-bżonn li l-għaqdiet volontarji jiġu kkonsultati u toħroġ sejħa pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex issir devoluzzjoni tal-Park tal-Familja f'Wied il-Għajn?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux ser jittieħdu ebda deciżjonijiet dwar il-Park tal-Familja qabel ma jsir u jiġi konkluż studju li ġie awtorizzat biex isir mill-MEU, dwar l-operat kollu tal-Park mill-bidu tiegħu saż-żmien li jintemm l-istess studju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir ftehim mal-Environmental Landscape Consortium (ELC) biex jieħdu huma responsabbilità tal-Park tal-Familja?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux se jittieħdu ebda deciżjonijiet dwar il-Park tal-Familja qabel ma jsir u jiġi konkluż studju li ġie awtorizzat biex isir mill-MEU, dwar l-operat kollu tal-Park mill-bidu tiegħu saż-żmien li jintemm l-istess studju.