Legislature:
Category:
Reset
Active:

politika tal-gvern dwar il-living wage

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-living wage għas-settur privat u għas-self employed?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-kunċett li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa parti minn qafas usa’ tal-kudizzjonijiet tax-xogħol u għalhekk il-mistoqsija għandha tkun riferuta lil Ministru konċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-istaff compliment għadu ma ġiex finalizzat, ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Segretarjat parlamentari għall-Kompetitività u tkabbir ekonomiku — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Laqgħat mal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema laqgħat mal-kunsilli lokali li hu qed jagħmel ġie mistieden ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli? Jista' jgħid għal liema laqgħat attenda s-Segretarju Parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Mal-bidu ta’ din il-leġislatura, inhasset il-ħtieġa li l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura jibda jiltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha biex jiddiskuti magħhom suġġetti li jaqgħu taħt id-desasteru tiegħu. Matul dawn il-laqgħat, il-Ministru qed jisma’ l-ilmenti u s-suġġerimenti tal-Kunsilli Lokali dwar is-servizz tat-trasport pubbliku u problemi infrastrutturali fil-lokal, fost ohrajn, kif ukoll biex ikun f’ pożizzjoni aħjar biex ikun jista’ jippjana xi proġetti infrastrutturali ġodda li jistgħu jsiru matul il-ħames snin li ġejjin. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qed jinżamm regolarment informat b’ dawn il-laqgħat li qegħdin isiru.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 528

Guidelines fuq ħidma u operat

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-guidelines li jirregolaw il-ħidma u l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u tad-deputat laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ngħata inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fetaħ uffiċċju f'din ir-residenza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.

European Union Secretariat — ħaddiema fuq kuntratt definit

Question

Jista’ d-Deptut Prim Ministru jgħid x’se jsir mill-ħaddiema tal-European Union Secretariat li huma ngaġġati fuq kuntratt definit?

Response (GRECH, LOUIS)

Ser jigi imniedi organizational review tal-European Union Secretariat u għalhekk f'dan l-istadju l-ħaddiema se jkunu qed jahdmu skont t-termini tal-kuntratt li bih ġew ingaġġati b'mod ġenerali u skont l-esigenzi tas-servizz.

European Union Secretariat — lokazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk l-European Union Secretariat hux se jibqa’ f’Kastilja jew hux se jimxi għall-Auberge d’Aragon?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament l-EU Secretariat se jibqa' f'Kastilja. Kull decizjoni rigward bdil ta' lokazzjoni tittiehed skont l-esigenzi tas-servizz fil-mument opportun.

Dar Malta fi Brussel — tħejjija għall-presidenza tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' d-Deputati Prim Ministru jgħid kif se tintuża Dar Malta fi Brussell fit-tħejjija għall-presidenza tal-Unjoni Ewropea?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li meta Malta jkollha l-Presidenza, ir-rwol ta' Dar Malta fi Brussel se jizdied u jkun ta' mportanza kbira. Id-dettalji dwar dan jigu ffinalizzati aktar il-quddiem.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea — staff complement

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528
Leg 12 PQ #525 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Interim From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ex-segretarji permanenti — rwol preżenti

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid is-Segretarju Parlamentari Ewlieni, liema xogħol jew proġetti għadda f’idejn is-segretarji permanenti l-“qodma”? Jista' din l-informazzjoni jgħidha skont il-ħidma li qed jagħmlu l-eks segretarji permanenti fuq livell individwali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.

Impjegati tal-Gvern — Riżenji

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid s’issa kemm irċieva ittri ta’ riżenja minn persuni li sa ftit ilu kellhom kariga mal-Gvern? Min kienu dawn l-individwi? Ġiet milqugħa r-riżenja? Ġew imwieġba l-ittri tar-riżenji?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 11-il offerta ta’ riżenja minn uffiċjali li kellhom il-ħatra ta’ Segretarju Permanenti jew kap ta’ dipartiment. Tmienja minn dawn l-offerti ta’ riżenja ġew milqugħa u l-ittri ta’ riżenja kienu mwieġba.

segretarji permanenti — użu ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru biex is-segretarji permanenti l-ġodda ngħataw karozza? Jista' jagħti breakdown għal kull segretarju permanenti x'arranġament sar għal karozza li qed tintuża, l-għamla u t-tip tal-karozza, jekk qed tinkera minn fejn inkriet, xi proċess ta' għażla sar biex inkriet u kemm qed tiswa kull karozza fis-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ġie mlaħħaq l-ebda Segretarju Permanenti. Rigward Segretarji Permanenti oħra nitolbu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — staff complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 324.

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — staff complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — staff complement

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Ministeru, kariga b’kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f’liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba moghtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528
Leg 12 PQ #519 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Medċini out of stock- Atorvastatin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli tal-pressjoni Atorvastatin (Atacor tal-40mg) humiex out of stock? Jekk iva għal liema raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #520 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

injezzjoni Aclasta — għajnuna biex tinxtara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tibda tingħata għajnuna lill-pazjenti li jridu jixtru l-injezzjoni tal-Aclasta minħabba l-bone density?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.