Billi l-Prim Ministru qal li qed jieħu allowance ta' €7,000 fis-sena biex juża l-karozza tiegħu bħala l-karozza uffiċjali, jista' l-Prim Ministru jgħid min qiegħed iħallas għall-fuel tal-istess karozza? Jekk il-fuel qed jitħallas mill-Gvern, jista' jgħid ukoll minn liema pompi tal-petrol inxtara, kemm-il darba nxtara l-fuel u kemm kien l-ammont li nxtara kull darba?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Filwaqt li ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-fuel tal-karozza tiegħu qed jiġi mħallas mill-Gvern, nirreferih għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'karigi governattivi jew f'entitajiet pubbliċi, offra l-Gvern lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li ġew rifjutati minnu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor Interpellant li ma hemm ebda deputat Laburista bl-isem indikat minnha.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-għadd komplut tal-istaff tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport huwa 11. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 528
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Isem u Kunjom
Kariga
Skala
Ġejjin mis-settur Pubbliku/ Privat
Abdilla Rodnick
Ministry Co-Ordinator
7
Privat
Arnaud Alison
Secretariat Pool
13
Privat
Attard Ramona
Deputy Chief of Staff & Communications Officer
4
Privat
Azzopardi Tony
Secretariat Messenger
14
Privat
Bugeja Lucienne
Private Secretary
5
Privat
Camilleri Joseph
SecretariatOfficer
10
Privat
Cutajar Clint
Customer Care Officer
6
Privat
Debono Christian
Secretariat Officer
10
Privat
Farrugia Emmanuel
Ministry Co-ordinator
7
Privat
Fenech Victor
Secretariat Messenger
14
Privat
Fiorentino Ryan
Asst. Private Secretary
7
Privat
Galea Joseph
Personal Driver/Security
14
Privat
Grech Antione
Secretariat Officer
10
Privat
Magro Paul
Personal Driver/Security
14
Pubbliku
Saguna Alan
Secretariat Officer
10
Privat
Scerri Silvio
Chief of Staff
3
Privat
Zammit Luana
Secretariat Pool
13
Privat
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà ġiet imwieġba u nitolbok tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 335.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.

Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 528.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Residenza San Vinċenz de Paul — inkarigu ta' membru parlamentari
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-brief li ngħata d-deputat laburista, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fl-inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u x'riżultati huma mistennija minnu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Famlija u Solidarjetà Soċjali — staff complement
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Segretarju parlamentari għall-persuni b'diżabilità u Anzjanità Attiva — staff complement
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kargia u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — premises f'Ta' Kandja
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Pulizija għall-użu tal-premises li s'issa kien qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'Ta' Kandja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm tibdil fl-arranġamenti li kienu saru xi xhur ilu, sabiex it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija tkun trasferita mill-Mosta għal fejn illum hemm il-Kwartieri u t-Taqsima tal-Klieb tal-Protezzjoni Civili, ġewwa Ta’ Kandja, filwaqt li dawn ta’ l-aħħar imorru fejn illum hemm it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija fil-Mosta.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għall-inċentivi (family friendly measures) b'mod partikolari għan-nisa li jiffurmaw parti mill-Korp tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li riċentement inbeda eżerċizzju fil-Korp tal-Pulizija sabiex isir magħruf b’liema mod jistgħu jkunu mtejba l-inċentivi family friendly li diġa’ qiegħdin fis-seħħ fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern għaċ-Ċentru ta' Detenzjoni f'Ta' Kandja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Frar ta’ din is-sena, il-Korp tal-Pulizija kien ġie informat mill-Amministrazzjoni preċedenti li ċ-ċentru ta’ detenzjoni ġewwa Ta’ Kandja ma kienx se jibqa’ jintuża għal dak l-iskop u għalhekk dan il-bini kellu jiġi ntegrat bħala parti mill-Kumpless tal-Akkademja tal-Pulizija. Għaldaqstant qed ikun evalwat l-użu li jista’ jsir minn dan il-bini.