Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali tiegħi hija BMW. Din il-karozza hija leased mingħand Meli Car Rentals Ltd għall- perjodu bejn id-09 ta' Ġunju 2009 u l-31 ta' Mejju 2013 bi spiża ta' €1062 (inkluż il-VAT) fix-xahar u ġiet trasferita mill-Ministeru għall-Finanzi wara l-elezzjoni ta' Marzu 2013.
Il-kuntratt ġie estiż bl-istess prezz u kundizzjonijiet sat-30 ta' Ġunju 2013.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi ntalbu tmien (8) kwotazzjonijiet sabiex tinkera karozza uffiċjali għas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport.
Il-karozza qed tinkera mingħand Burmarrad Rentals and Leasing għall- perjodu ta' xahrejn bejn it-03 ta' April 2013 u t-03 ta' Ġunju 2013 bi spiża ta' €27.50c + VAT kuljum.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi nhar it-22 ta’ Diċembru 2009, ġie ffirmat kuntratt bejn il-kumpanija Meli Car Rentals Ltd u l-Ministeru tal-Politika Soċjali ta’ dak iż-żmien, illi permezz tiegħu ġiet mikrija karozza tat-tip BMW 520D għal perjodu ta’ 48 xahar li beda nhar it-22 ta’ Diċembru 2009 u jagħlaq nhar it-30 ta’ Novembru 2013. Din il-kirja saret għall-prezz miftiehem ta’ €900 fix-xahar. L-użu ta’ din il-karozza ġie trasferit għal fuq il-Ministeru tiegħi nhar l-14 ta’ Marzu 2013, bl-istess kundizzjonijiet preċedenti.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-waiting lists għal kull intervent li hemm fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk inbediex il-proċess sabiex jiġi stabbilit il-maximum waiting time għal kull intervent? Meta hu maħsub li dan il-proċess jitlesta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Residenza San Vinċenz de Paul — applikazzjonijiet pendenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti diġà kklassifikati li jridu jidħlu fir-residenza San Vinċenz de Paul? Minn liema lokalitajiet huma l-applikanti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta li jirriżulta li l-lista tal-applikanti biex jidħlu għall-kura fit-tul, kemm tar-Residenza San Vinċenz de Paul kif ukoll tad-Djar Residenzjali mhijiex eżatta u preċiża. Bħalissa għaddej il-proċess li permezz tiegħu tisaħħaħ id-“database” fejn tinżamm il-lista ta’ stennija.
L-għan ta’ dan il-proċess huwa li l-lista ta’ stennija tinżamm b’mod ċar u trasparenti u kull applikant ikun jista’ jingħata ndikazzjoni tal-pożizzjoni tiegħu/tagħha fuq din il-lista.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 317.
Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva qed jagħmel użu minn karozza mikrija mingħand Meli Car Rentals bħala l-karozza uffiċjali tiegħu. Din il-karozza intgħażlet wara li nġabru tliet kwotazzjonijiet u ntgħażlet l-orħos kwotazzjoni. Qiegħda tinkera għas-somma ta’ € 59 kuljum.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien qed nuża l-karozza li kienet tintuza mill-Ministru preċedenti tal-Affarijiet Barranin. Il-karozza hija propjetà tal-Gvern u għaldaqstant m’hemmx ħlas ta’ kirjiet x’isiru.
Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej — xiri u kiri ta' karozzi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju Parlamentari qed juża l-karozza li kienet tintuża mill-Ministru preċedenti tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Zgħar u l-Konsumatur. Il-karozza hija propjetà tal-Gvern u għaldaqstant m’hemmx ħlas ta’ kirjiet x’isiru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jbatu bl-ażżma f'pajjiżna, f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li Dipartiment għas-saħħa fil-Kura Primarja s’issa ma’kienx qed iżomm din l-istatistika ferm importanti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jbatu bid-dijabete f'pajjiżna, f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta mitluba tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li l-qasam tal-anzjani issa jaqa’ taħt ministeru ieħor, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jsir xi tibdil rigward is-sistema ta’ spezzjonijiet sabiex jiġu liċenzjati d-djar tal-anzjani, kemm governattivi kif ukoll privati? Jekk iva, x’tibdil hu maħsub? Min se jibda joħroġ il-liċenzji?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tas-sistema ta’ spezzjonijiet huwa biex fid-Djar tal-Anzjani jin¿amm livell ta’ servizz li jirrispetta d-dinjita tar-residenti u jassigura li l-bżonnijet kemm kliniċi kif ukoll soċjali qed jiġu mħarsa. Huwa l-ħsieb ta’ din l-amministrazzjoni li tintroduċi “standards nazzjonali” u ssaħħaħ il-leġislazjoni li permezz tagħha joħorġu liċenzji kemm għad-Djar tal-Anzjani tal-Gvern kif ukoll tal-Privat. Fil-present m’huwiex ser isir tibdil rigward min joħroġ il-liċenzja u din tiġi maħruġa mil-Ministru responsabbli għas-Saħħa Pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-isptarijiet tagħna sptar, sptar? F'liema gradi qegħdin? Kemm hi l-ispiża ta' kull sptar f'pagi, allowances u overtime lill-ħaddiema kollha minn dawk manwali sa dawk professjonali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 694
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-proġetti kapitali għadhomx responsabbiltà tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura? Minn min kienet komposta d-delegazzjoni tal-Gvern, inkluż uffiċjali pubbliċi u tal-Grand Harbour Regeneration Consortium, li ltaqgħet mal-Perit Renzo Piano? Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura kien preżenti għal-laqgħa? Jekk le, għaliex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni li għandha l-Onor. Membru hija żbaljata. Il-Ministru huwa responsabbli minn dan il-qasam u kien preżenti f’laqgħat li saru f’Malta mill-uffiċju tal-Perit Piano.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 317 fejn il-Prim Ministru wieġeb li "L-Uffiċċju tal-Prim Ministru għamel ukoll arranġamenti għal kirja ta’ numru ta’ karozzi għal perijodu qasir biex ikunu jistgħu jinqdew il-membri tal-Kabinett mal-ħatra tagħhom. Wara l-aħħar ta’ Marzu 2013, kull Ministeru kien responsabbli biex jagħmel l-arranġamenti tiegħu”, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inkrew karozzi matul dak il-perijodu għall-użu tal-Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, minn fejn inkrew, xi proċedura intużat, u kemm kienet l-ispiża?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-perjodu imsemmi nkrew erbatax-il karozza għall-użu tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Dawn il-karozzi ġew mikrija mingħand Meli Car Rentals wara li nġabru tlett kwotazzjonijiet u ntgħażlet l-orħos kwotazzjoni. L-ispiża totali għall-karozzi tal-Ministri kienet ta’ € 531 kuljum inkluż VAT filwaqt li għall-karozzi tas- Segretarji Parlamentari l-ispiża totali kienet ta’ € 177 kuljum inkluż VAT.
Fil-każ tal-karozza tal-Prim Ministru, kif diġa’ ingħad fil-Mistoqsija Parlamentari 317, il-Prim Ministru kien għażel li jibqa’ juża l-karozza privata tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri tar-riżenja li saru minn uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), fosthom il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.