Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #1093 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati detailed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li preżentement hemm erba’ (4) impjegati pubbliċi li huma rilaxxati minn dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħi biex jagħmlu xogħol ma' Organizzazzjonijiet Volontarji u ma’ Trade Unions. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #1094 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — impjegati detailed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1093.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — impjegati detailed

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda impjegat fid-dekasteru tiegħi li huwa detailed jew għandu permess sabiex jagħmel xogħol ma xi entità non-governativa (NGOs) inkluż trade unions.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej — impjegati detailed

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej, , jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda impjegat fid-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari li huwa detailed jew għandu permess sabiex jagħmel xogħol ma xi entità non-governativa (NGOs) inkluż trade unions.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — impjegati detailed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għandu impjegata waħda li għandha permess sabiex tagħmel xogħol ma' entità non-governattiva (NGO). L-impjegata, li hija First Secretaryfuq Step 4ta' Skala 9, għandha permess sabiex taħdem fuq bażi full-timemal-Malta House of Prayer għal perjodu ta' tnax-il xahar b'effett mit-18 ta' Diċembru 2012. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huwa responsabbli għall-ħlas tas-salarju tagħha.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-vettura tal-Ministru qed tinkera mingħand Meli Car Rentals u mill-14 ta’ Marzu inkriet b’dawn ir-rati: MLY 008 BMW 5 Series 14/03 – 03/04 €50 + VAT CBK 906 Peugeot 308 05/04 – 08/04 €16 + VAT FQZ 019 Honda Accord 08/04 – 30/04 €16 + VAT DQZ 526 Toyota Avensis 01/05 – Present €16 + VAT Ma harget l-ebda offerta ghall-kiri jew xiri imma inghataw direct orders wara negozjati għal prezz ferm anqas. Il-Ministeru qiegħed fil-process li joħroġ sejha għall-offerti biex tiġi evalwata l-aħjar għażla għall-valur ta’ flus minfuqa.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-vettura tas-Segretarju Parlamentari qiegħda tinkera mingħand il-kumpanija Meli Car Rentals u mill-14 ta` Marzu nkriet b’dawn ir-rati: DQZ526 Toyota Avensis 14/03 – 19/04 €30+VAT KQZ053 Honda Accord 19/04 – 11/05/13 €16 + VAT FQZ019 Honda Accord 11/05/13 - Present €16 + VAT Il-kirja saret b’direct order, madankollu l-Ministeru qiegħed fil-proċess li joħroġ sejħa għall-offerti għal xiri ta’ vettura.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 381.

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 381.
Leg 12 PQ #1090 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraf lill-Onorevoli Interpellant illi l -karozza uffiċjali tal-Ministru tal-Finanzi ġiet assenjata lili mill-uffiċju tal- Prim Ministru li għamel arrenġament għal kirja ta numru ta karozzi għal perjodu qasir biex ikunu jistgħu jinqdew il membri tal- kabinett mal-ħatra tagħhom. Il-Karozza qed tinkera bir rata ta euro 11,928 fis sena. Bħall issa il-Ministru ħareg offerta għal kiri ta karozza biex tieħu post dik li għandu bħalissa.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċjali inkriet temporanjamnet wara sejħa għall-offerti.

Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi ntalbu sebgħa (7) kwotazzjonijiet sabiex tinkera karozza uffiċjali għas-Segretarju Parlamentari għall- Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Il-karozza qed tinkera mingħand Merlin Car Hire għal perjodu ta’ tlett xhur li beda fill-15 ta’ April 2013 bi spiża ta’ €1,000+VAT fix-xahar.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (MIZZI, JOE)

Il-karozza hi propjetà tal-Gvern. Għalhekk ma kienx hemm għalfejn tinkera karozza.
Leg 12 PQ #1082 Sitting 23 2013-05-28 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jikri karozza għal żmien limitat bil-prezz €27.14 VAT inkluż kuljum.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (DALLI, HELENA)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall mistoqsijiet numru 58 u 59, nixtieq ninfurma li l-karozza kienet leased b'effett mill-11 ta' Marzu 2010. Il-karozza kienet użata miċ-Chairman tal- M.C.E.S.D. u bdiet tintuża minni mid-9 ta' April 2013. Il-kuntratt li sibna hu fuq leasing b'rata ta' €944 fix-xahar u jagħlaq fil-25 ta' Mejju 2014,

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċċjali tiegħi, BMW 5 Series, bin-numru MLY-007, hija mikrija mingħand Meli Car Hire għaċ-ċifra ta’ €50.00 (VAT eskluża) kuljum.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — xiri u kiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitivita’ u Tkabbir Ekonomiku, qed tinkera mingħand Merlin Car Hire għas-somma ta’ €1,000 fix-xahar, VAT eskluża, b’direct order għal tliet xhur.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-vettura uffiċċjali tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin hija 'BMW Saloon 320D' bin-numru tar-reġistrazzjoni CBR565. Il-vettura ma nxtratx u lanqas inkriet minn dan il-Ministeru, iżda ġiet ittrasferita mill-Ministeru għal Għawdex, liema trasferiment ġie ffinalizzat fl-24 t'April 2013. Il-vettura kienet inxtrat oriġinarjament mill-Ministeru għal Għawdex fit-8 t'April 2009 għall-valur ta' €30,974.00.
Leg 12 PQ #1075 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari 39.
Leg 12 PQ #1076 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali — xiri u kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali? Jekk qed tinkera kemm hi l-kirja fis-sena? Jekk inxtrat kemm inxtrat? Ħarġu offerti għal kiri jew xiri u minn fejn qed tinkera jew inxtrat?

Response (VELLA, KARMENU)

Inkrit vettura sa 16 t’April għall-prezz ta’ €30 l-ġurnata (VAT mhux inkluza) Iżda issa nbidlet ma’ oħra għal prezz ta’ €48.38 l-ġurnata (VAT mhux inkluza). Dawn il-vetturi nkrew minn għand Meli Car Rentals.