Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Jien infurmat li fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħi, nxtraw erba' tablets bil-prezz totali ta' €3,292 u fuqhom titħallas kera fix-xahar ta' €70 għall-użu tat-3G.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — spiża fuq IT

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-ammont ta’ mobile phones li nxtraw għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministeru kienu tlieta. Tnejn inxtraw fit-3 ta’ April 2013 u wieħed inxtara fid-19 ta’ April 2013. Ma’ ntefqux flus biex jinxtraw dawn il- mobile phone s għaliex kienu inklużi b’xejn fil-pakkett li ntaghzel. Ma kienx hemm spiza inizjali. L-ispiza rikorrenti hija ta’ €175.00 fix-xahar. Mit-13 ta’ Marzu sal-lum inkrew żewġ (2) computers u ħmistax (15)-il laptop bi spiża rikorrenti ta` €4194.75 fis-sena għal ħames snin. L-ispiza f’dan ir-rigward mhux se ssir mill-vot tal-Ministeru għaliex titħallas minn vot ċentrali.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — spiża fuq IT

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiza inizjali? Hemm spiza rikorrenti u kemm hi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ mobiles li nxtraw għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari kienu tnejn. Wieħed inxtara fl-10 ta’ April 2013 u l-ieħor inxtara fid-29 ta’ April 2013. Wiehed kien jiswa’ €99.00 u l-ieħor kien jiswa’ €299.00. L-ispiza inizzjali kienet ta’ €398.00. L-ispiza rikorrenti hija ta’ €159.99 fix-xahar. Mit-13 ta’ Marzu sal-lum inkrew erba` (4) computers u seba` (7) laptops bi spiża rikorrenti ta` €2714.25 fis-sens għal ħames snin. L-ispiża f’dan ir-rigward mhux se ssir mill-vot tas-Segretarju Parlamentari għaliex titħallas minn vot ċentrali.
Leg 12 PQ #2361 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċju tal-Ministru kien provdut b'żewġ laptops lightweight, erba' laptops standard u erba' desktops. Dawn il-kompjuters/laptops huma mikrija u ġew imħallsa mill-MITA. Inxtara wkoll mobile Blackberry 9900 Dakota għall-prezz ta' €599.01c. Il- mobile nxtara fis-17 ta' Mejju 2013.

Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari kien provdut b'żewġ laptops lightweight, erba' laptops standard u erba' desktops. Dawn il-kompjuters/laptops huma mikrija u ġew imħallsa mill-MITA. Inxtara wkoll mobile iphone 516GB għall-prezz ta' €729. Il- mobile nxtara fis-17 ta' Mejju 2013.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ġew mikrija 10 kompjuters (desktop) u 4 laptops taħt id-Desktop Services Agreement. Għal dan is-Segretarjat inxtara iPAD għal prezz ta’ €629.

Segretarju Parlamentari ghall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ġew mikrija 2 kompjuters (desktop) u 12 laptops taħt id-Desktop Services Agreement. Għal dan is-Segretarjat inxtraw 4 iPAD’s għal prezz ta’ €2,666.80.

Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (MIZZI, JOE)

Skont iċ-ċirkulari OPM 3/2008, Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, għajr għal eċċezzjonijiet partikulari, ma jistgħux jiġu mixtrija kompjuters jew notebooks, pero’ jistgħu biss jinkrew taħt id-Desktop Services Agreement li ġie iffirmat mill-MITA għan-nom tal-Gvern ma’ numru ta’ kumpaniji. Fis-Segretarjat tal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura inkrew 9 kompjuters (desktop) u 15 laptops. Bi ftehim li ntlaħaq bejn is-Segretarji Parlamentari tramite l-Uffiċini tac-CIO rispettivi u l-MITA qabel l-elezzjoni li għaddiet, is-Segretarjati l-ġodda ingħataw kompjuters mikrija ġodda mill-MITA u l-kirja ta’ dawn il-kompjuters għal-5 snin flimkien ma’ l-ispiża tal-liċenzji rikjesti qed jiġu koperti mill-MITA. Rigward il- mobiles tal-Ministeru, dawn ġew kollha ssussidjati, għaldaqstant l-ebda mobile ma ġie mixtri jew mikri.
Leg 12 PQ #2355 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Bejgħ ta’ bonds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif marret is-sejħa għall-bejgħ ta’ bonds tal-Gvern? Kemm inbiegħu? Meta mqabbla ma’ sejħiet oħra kienet aħjar jew le? Hemm xi ħsieb li jerġgħu jsiru sejħiet oħra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sejħa ta’ ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern ta’ Mejju 2013, il-Gvern offra €100 miljun suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li kellu jinġabar b’massimu ta’ €70 miljun. Is-sottokrizzjonijiet mingħand il-membri tal-pubbliku laħqu s-somma ta’ €149 miljun (nominali) waqt li parteċipazzjoni minn Istituzzjonijiet Finanzjari permezz ta’ offerti bl-irkant laħqu l-ammont nominali ta’ €133.5 miljun. L-applikazzjonijiet tal-pubbliku (€149 miljun) ġew aċċetati kollha u magħhom ġew aċċetati wkoll €21 miljun mill-applikazzjonijiet tal-Istituzzjonijiet Finanzjari. It-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tagħti informazzjoni dwar kif marru il-ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern magħtul dawn l-aħħar sena u nofs minn Jannar 2012 sal-lum.

Ministeru għall-Affarijet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — spiża fuq IT

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (GRECH, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu xtaqt nżid li r-raġuni li ghaliha nkrew il kompjuters hi li fil-Ministeru ma sibniex kompjuters biex jien u l istaff tiegħi nkunu nistgħu nahdmu. Ghalhekk l-MITA hadet hsieb biex tikri ghadd ta’ kompjuters li ser nghadduwhom lura lill-istess MITA mat-tmiem ta’ l-inkarigu taghna. L-istess japplika għall-iPads.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej — spiża fuq IT

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (GRECH, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu xtaqt nżid li r-raġuni li ghaliha nkrew il kompjuters hi li fil-Ministeru ma sibniex kompjuters biex jien u l istaff tiegħi nkunu nistgħu nahdmu. Ghalhekk l-MITA hadet hsieb biex tikri ghadd ta’ kompjuters li ser nghadduwhom lura lill-istess MITA mat-tmiem ta’ l-inkarigu taghna. L-istess japplika ghal-iPads.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – kariga ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu xogħol tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fi ħdan is-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej? Jekk jokkupa kariga liema hi din il-kariga u xi ħlas hemm marbut ma’ din il-kariga? Fuq liema kriterji u kompetenzi ntgħażel għal din il-kariga?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda persuna b’dak l-isem fis-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (VELLA, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif spjegat fit-tabella ta hawn taħt ma kienx hemm nefqa fuq xiri ta’ mobiles. Uffiċjal Mobile Nefqa rikorrenti Rimarki Chief of Staff BlackberryTorch 9800 li kien juża il-Kap tas-Segretarjat preċedenti, akkwistat f’Diċembru 2011 bil- Key Point Scheme offrut mill-GO, minflok unit ieħor bi ħsara. €40.84 renta kull xahar (GO plc: Corporate Plan-Usage Reward Discount: €12.00; u Blackberry BES Local with International: €28.84; l-ammonti jinkludi 3% Excise Tax u 18% VAT) Second hand Segretarju Privat iPhone 5, akkwistat f’April 2013. Renta kull xahar: Vodafone Red Plan GSM Telephony: €99.99 (jinkludi l-VAT) – Kuntratt ta’ sentejn jibda minn 12 t’April 2013. Ingħata b’xejn ma’ kuntratt tal-Vodafone Customer Care Officer Blackberry Bold 9780 li kien juża l-Ministru preċedenti; akkwistat f’Diċembru 2010, u kien ingħata b’xejn ma’ kuntratt tal-GO plc €46.35 renta kull xahar. (GO plc: Pay monthly 15: €17.51; u Blackberry BES Local with International: €28.84; l-ammonti jinkludi 3% Excise Tax u 18% VAT) Second hand Communications Secretary Qiegħed juża l-mobile privat tiegħu Renta kull xahar . Vodafone Red Premium GSM Telephony: €99.99 ; Liberty Plus jinkludi SP GPRS Basic Service: €10.00 (jinkludi l-VAT). Kuntratt personali - Il-Ministeru ingħata 10 computers/laptops mill-MITA, li inkrew direttament mill-MITA f’Marzu 2013. Il-ħlas tal-kirja tal-computers/laptops, li issir mill-MITA mill-vot ċentrali ta’ IT, huwa kif spjegat hawn taħt. QTY One time Software (OS + CALS) One time Software (Office) Yearly Lease * Cost (ex VAT) 10 €3,040 €3,585 €2,490 *yearly cost include: Hardware payment 5 year warranty on Hardware (parts and labour) On Site Support withing agreed Service Level Agreements Sar xiri ta’ 8 docking stations bi spiża ta’ €849.60 (VAT inkluża). Dan il-ħlas sar direttament mill-Ministeru.
Leg 12 PQ #2360 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2349 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputat Kap tal-Partit Laburista — karigi

Question

Peress li nhar it-Tnejn 29 ta’April 2013, id-Deputat Kap tal-Partit Laburista, li dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, fuq TVAM qal “Jien personalment bħala deputat mexxej tal-partit irrifjutajt kull kariga għax ma jidhirlix li nista’ nkun skizzofreniku u nkun uffiċjal għoli politkament u fl-istess ħin nokkupa xi kariga għolja ta’ profil fil-Gvern”, jista' l-Prim Ministru jgħid x'karigi governattivi jew f'entitajiet pubbliċi, il-Gvern offra lil dan l-individwu u dan irrifjutahom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ma naħsibx li huwa prudenti li wieħed jitkellem dwar karigi irrifjutati. Biss, Dr Toni Abela zamm mar-regola li qed tissemma fil-mistoqsija parlamentari.
Leg 12 PQ #2350 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – spiża fuq IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Prim Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li nkrew 13 – il-laptop, 6 lightweight laptops u 1 Desktop. L-ispiża inizjali għal kull laptop hija ta’ €1,193.36 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €330.78 kull sena ghas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017. L-ispiża inizjali għal kull lightweight laptop hija ta’ €1.386.88 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €524.30 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017. L-ispiża inizjali għal desktop hija ta’ €1,148.17 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €285.59 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017. Għar-rigward tal- mobile devices , l-informazzjoni qed tingħata fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2351 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li nkrew 3 desktops, 6 laptops u 1 lightweight laptop. L-ispiża inizjali għal kull desktop hija ta’ €1,148.17 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €285.59 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017. L-ispiża inizjali għal kull laptop hija ta’ €1,193.36 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €330.78 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017. L-ispiża inizjali għall lightweight laptop hija ta’ €1.386.88 waqt li l-ispiża rikorrenti hija ta’ €524.30 kull sena għas-snin 2014, 2015, 2016 u 2017. Għar-rigward tal -mobile devices , l-informazzjoni qed tingħata fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #2352 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baħar iċ-Ċagħaq – caravan site

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet li bihom qed jingħataw permess biex sidien ta’ caravans jarmaw fis-sit li hemm f’Baħar iċ-Ċagħaq? Jista’ jgħid jekk il-kundizzjonijiet humiex bħalma kienu qabel (taħt l-amministrazzjoni ta’ qabel)? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk proprjetà tal-Gvern (struttura permanenti) ingħatatx lill-club tas-sidien tal-caravans bi ħlas jew b’xejn? Min hu respnsabbli mit-tindif ta’ din iż-żona? Is-sidien u l-kumitat amministrattiv ta’ Baħar iċ-Ċagħaq ġew ikkonsultati dwar l-operat ta’ din iż-żona? Saret sistema adegwata ta’ drenaġġ? Jekk le, fejn qed imur il-ħmieġ iġġenerat minn din il-caravan site?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karnra kopja tal-permess maħruġ lill-għaqda volontarja sabiex tokkupa sit f'Baħar iċ-Ċagħaq għall-caravans. Dan il-permess inħareg fi 13 ta'Frar 2013, u nħareg bl-istess kundizzjonijiet li kienu nħarġu 1-permessi l-oħra fis-snin ta' qabel fuq l-istess sit u lill-istess għaqda. L-unika tibdil li sar f’din is-sena kien li l-perjodu tal- permess beda jgħodd mill-15 ta' Mejju 2013 u jintemm fil-l5 ta' Settembru 2013, meta fis-snin ta' qabel, il-perjodu tal-permess kien jibda mill-l ta' Gunju u jintemm fit-30 ta' Settembru. Dwar it-tindif f’din iż-żona, skont Ftehim li sar bejn il-Gvern u din l-Għaqda li kien iffirmat fl-1 ta' Gunju 2009, 1-istess għaqda hija responsabbli miż-żamma u l-indafa ta' dan is-sit f’kull ħin u għas-spejjeż tagħha, liem obbligu huwa wkoll rifless f'kundizzjoni numru 7 tal-permess. Nikkonferma wkoll li din l-għaqda volontarja, ingħatat permess biex tokkupa struttura permanenti li tinsab f’dan is-sit, għall-użu esklussiv tal-attivitajiet ta' din l-għaqda. Il-ħlas relatat ma' dan il-permess maħrug fuq din l-istruttura huwa ta' €150 fis-sena. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, f’din iż-żona kienu saru interventi mill-ministeru li kien responsabbli mill-infrastruttura, ghaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 12 PQ #2353 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeri – spending review — konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-konsulent li tqabbad biex jagħmel spending review tal-Ministeri kollha? Jista' jpoġġi l-brief li ngħata fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta se jlesti l-eżerċizzju? Kif sar il-proċess tal-għażla? Kemm qed jitħallas?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Professur Maurice Mullard ġie mqabbad mill-Gvern sabiex imexxi l-iSpending Review tal-Ministeri kollha. It-termini ta’ riferenza għal din l-i Spending Review huma kif ġej: 1. Sabiex tiġi stabbilita r-rilevanza jew le tal-allokazzjonijiet finanzjarji illi jagħmel il-Gvern fil-baġit annwali tiegħu; 2. Sabiex jiġu identifikati opportunitajiet għar-riallokazzjoni ta’ nfieq eżistenti sabiex nindirizzaw prioritajiet u/jew ħtiġijiet oħra; 3. Sabiex naraw kif nistgħu nilħqu aħjar l-għanijiet u l-ħtiġijiet ta’ pajjiżna bl-istess riżorsi finanzjarji tal-lum. Huwa maħsub illi l-i Spending Review jitlesta sa Ottubru tal-2013. Apparti l-kwalifiċi akkademiċi u l-esperjenza twila li għandu, il-konsulent li qabbadna diġa serva lill-Gvern Malti bħala konsulent dwar il-finanzi pubbliċi bejn l-1998 u 2002. Il-Konsulent qiegħed jitħallas 23,000 euro gross. Qiegħed jitħallas ukoll għat-trasport mir-Renju Unit lejn Malta u lura kif ukoll għall-akkomodazzjoni tiegħu fil-perjodi li jkun f’Malta.