Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2540 Sitting 35 2013-06-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva – staff complement

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 529, jista' l-Prim Ministru jgħid mil-lista tal-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva li ppreżentata lill-din il-Kamra, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, u liema huma vakanti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istaff complement tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva huwa mimli skont il-linji gwida uffiċjali għall-Ministeri u s-Segretarji Parlamentari, liema gwida diġà ġiet ippreżentata f’din il-kamra.

European Union Secretariat — ħaddiema fuq kuntratt definit

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 532, jista’ l-Ministru jgħid meta saret, jew se ssir, l-organizational review tal-European Union Secretariat? Jekk saret, x’kien ir-riżultat u kif ġew affettwati l-ħaddiema tal-European Union Secretariat? Jekk le, meta se ssir, u fil-frattemp x’qed isir mill-ħaddiema tal-istess Secretariat?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-organisational review tal-European Union Secretariat wasal biex jiġi konkluz. Jidher li mhux se ikun hemm bzonn xi tibdil kbir fl-istruttura sabiex wieħed ikun jista’ jaħdem aħjar għall-bzonnijiet tal-llum.

politika tal-gvern dwar il-living wage

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 537 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi ż-Żgħar u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-living wage għas-settur privat u għas-self employed?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi li huma kkonċernati ma' impjiegi, jiġifieri il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, u l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, mhumiex involuti f'mekkaniżmi li jistabbilixxu s-salarju jew il-living wage.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, m’hemm l-ebda impjegat tat-tip li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1107.
Leg 12 PQ #2379 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Baħar iċ-Ċagħaq – caravan site – sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jghid jekk sarux spezzjonijiet fil-caravan site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq? Dan is-sit għandu sistema tad-drenaġġ adegwata? Jekk iva, saret spezzjoni fuqha? Jekk le, hemm xi ħsieb li din is-sistema ssir u sa meta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din il-gimgħa stess saret spezzjoni minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali f’dan is-sit wara lment li daħal lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Mill-investigazzjoni jirriżulta li hemm erba` skips għall-iskart, u li nstabu fi stat tajjeb ta’ ndafa u manutenzjoni u li huma mikrija mill-kumitat għall-Camping Site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. Hemm ukoll il-ħsieb li jiġu miżjuda kontenituri sabiex fihom ikun jista` jintefa skart għar-reċiklar. Kien hemm ukoll numru ta’ karavans li ġew spezzjonati għall-faċilitajiet iġeniċi u sanitarji fejn irriżulta li dawn il karavans huma provduti b’faċilitajiet tas-sistema kimika fejn il-materjal jinġabar f’tankijiet biex imbagħad jitbattlu fil-faċilitajiet pubbliċi li hemm fl-istess żona. Il-faċilitajiet pubbliċi huma provduti b’għaxar toilets u b’għaxar showers li wkoll nstabu fi stat tajjeb ta’ ndafa. Skont informazzjoni li għandu dan id-Direttorat li ngħatat mill-uffiċċjal inkarigat ta’ dan is-sit dawn il-faċilitajiet pubbliċi huma konnessi mas-sistema tad-drenaġġ pubbliku, iżda jferrgħu fuq fossa li tappartjeni lill-Waste Water Unit fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għalhekk għar-rigward tad-domandi fuq is-sistema tad-drenaġġ id-domandi għandhom isiru lill-Ministru responsabbli minn din il-Korporazzjoni.
Leg 12 PQ #2532 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — Mediċini out of stock

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 200, jista’ l-Ministru jgħid liema mediċini huma out-of-stock fl-isptar tar-riabilitazzjoni Karin Grech?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 370.
Leg 12 PQ #2533 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratti ta' konsulenti/chairpersons

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 319, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li ġew iffirmati mal-konsulenti jew chairpersons li nħatru mill-Gvern mill-elezzjoni ġenerali sa issa, minbarra dak taċ-chairperson tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratti ta’ servizz li ġew iffirmati mal-konsulenti jew chairpersons li nħattru ġo dipartimenti u entitajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Rigward Ministeri oħrajn nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. Kuntratti mpoġġija fuq il-Mejda Segretarjat tal-Prim Ministru 1 Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni 1
Leg 12 PQ #2534 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti tal-Gvern — Kuntratti mhux iffirmati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 320, billi ġie rappurtat li kien hemm min intalab li jservi ta’ konsulent tal-Gvern u aċċetta iżda għadu ma ġiex iffirmat il-kuntratt tiegħu, jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għadu ma ġiex iffirmat il-kuntratt magħhom u għaliex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindika r-rapporti li qed tirreferi għalihom.
Leg 12 PQ #2535 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali — użu bħala uffiċċji tal-customer care

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 321, jista’ l-Ministru jgħid x’talbiet saru lid-Direttur tal-Kunsilli lokali minn Marzu 2013 sal-lum biex kunsilli lokali jintużaw bħala cutomer care offices minn Ministri u/jew Segretarji Parlamentari? Jista’ jispeċifika minn min saru u għal liema kunsilli lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li d-Direttur għall-Gvern Lokali rċieva talba waħda mingħand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq. Din it-talba ġiet irtirata mill-istess Kunsill Lokali.
Leg 12 PQ #2536 Sitting 34 2013-06-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Atorvastatin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 519 u jgħid jekk il-pilloli tal-pressjoni Atorvastatin (Atacor tal-40mg) humiex out-of-stock? Jekk iva, għal liema raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-pilloli Atorvastatin tal-40mg m’humiex out of stock mill-entitajiet u mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Infatti l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ħadu l-aħħar kaxxi nhar il-ġimgħa 31 ta' Mejju (1591x30), wara li kienu ħadu ordni oħra f'nofs Mejju.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #2374 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #2376 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma’nxtrat l-ebda mobile device għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministeru. Il-mobile devices kienu inklużi bħala parti mill-pakkett tas-servizz li ntgħazel jew inġiebu mill-Key Loyalty Scheme, għaldaqstant ma’ kien hemm l-ebda spiża inizjali. Ħdax (11) il-mobile device inġiebu għal uża tas-segretarjat. L-ispiża rikurrenti bejn servizzi ta’ voice u data hija ta’elf u sbatax-il ewro (€ 1,017) fix-xahar. Mit-13 ta’ Marzu sa’ llum inkrew erba’ (4) computers u sitt (6) laptops bi spiża rikorrenti ta’tlett elef,mitejn u wieħed u tmenin ewro (€ 3281) fis-sena, għal ħames snin. L-ispiża f’dan ir-rigward mhux ser issir mill-vot tal-Ministeru peres li dawn ser jiġu mħalssin minn vot ċentrali.
Leg 12 PQ #2377 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Tilqima tat-TB

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tilqima tat-TB hux se tibqa’ tingħata b’xejn fl-iskejjel? Jekk iva, sa liema età? Jekk le, għal liema raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika kien ħabbar fit-tmienja ta’ Mejju li kien se jsir tibdil fl-iskeda tat-tilqim, b’waħda mill-bidliet tkun propju dik tat-tilqima kontra t-tuberkulożi. Wara li saret evalwazzjoni sħiħa tal-evidenza xjentifika li hawn illum fuq kemm hija effettiva it-tilqima, instab li ma hemmx evidenza li din it-tilqima fil-fatt la tilqa’ kontra infezzjonijiet primarji u lanqas kontraz ir-rijattivazzjoni ta’ infezzjoni fi tfal li għandhom ‘l fuq minn hames snin. L-evidenza turi li din it-tilqima iżda hija effettiva biex tilqa’ kontra infezzjonijiet b’mod specjali kontra it-tifrix tal-marda fil-ġisem.u kontra il-meninġite ikkawżata mill-mikrobu tat-tuberkulozi fit tfal taħt il-ħames snin li ġejjin minn pajjiżi fejn l-incidenza tal-marda hija għolja. Wara konsultazzjonijiet li saru mal Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u mac-Centru Ewropew għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard Infettiv ġie konkluż li l-għoti ta’ din it-tilqima fit-tfal ta’ tnax il-sena kif kien qed isir f’Malta ma kienx qed jilħaq l-għan mixtieq. Għaldaqstant ġie deciż li-fl-interess tal-istess tfal, din it-tilqima ma tibqax tinġħata lit-tfal kollha iżda tingħata biss lit-tfal taħt il-ħames snin li jitwieldu lill-ġenituri li ġejjin minn pajjiżi fejn l-incidenza hija għolja jew lill-koppji li għexu għal tul ta’ żmien f’dawn il-pajjiżi.
Leg 12 PQ #2378 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Baħar iċ-Ċagħaq – spezzjoniijiet tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar sarux spezzjonijiet tal-baħar fiż-żona ta’ ħdejn il-caravan site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq? Jekk iva x’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet? Jekk le, hemm pjan li dawn isiru?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-aktar sit fil-viċin taż-żona ta’ ħdejn il-caravan site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq li tifforma parti mill-program ta’ monitoraġġ għall-kwalita` tal-ilma baħar hija dik fil-bajja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq magħrufa bħala Żona B 01. Kampjuni tal-ilma baħar minn din iż-żona jinġabru kull ġimgħa bħala parti mill-program ta’ monitoraġġ nazzjonali għall-kwalita` tal-ilma baħar u wara t-tielet ġimgħa mill-bidu ta’ dan il-programm, din iż-żona hija kklassifikata bħala ta’ kwalita` eċċellenti.
Leg 12 PQ #2367 Sitting 32 2013-06-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (REFALO, ANTON)

Fil-Ministeru għal Għawdex inxtara iPad bil-prezz ta’ €649.00 (VAT inkluż) fil-15 t’April 2013. Permezz tal-lease agreement eżistenti, nkrew ukoll ċentralment mill-MITA, 19-il computer/laptop għall-prezz ta’ €4,990.22 (VAT inkluż) fis-sena għal ħames snin.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — spiża fuq IT

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — spiża fuq IT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Jien infurmat li fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħi nxtraw ħames tablets bil-prezz totali ta’ €3,545 u fuqhom titħallas kera fix-xahar ta’ €81.99 għall-użu tat-3G. Ma nxtrawx u lanqas inkrew komputers/laptops.