Legislature:
Category:
Reset
Active:

Grand Harbour Regeneration Project – kuntratt taċ-Chairman il-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-chairman il-ġdid tal-Grand Harbour Regeneration Project li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan il-kuntratt jinkludix l-użu ta’ karozza u/jew xufier?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chairman il-ġdid tal-Grand Harbour Regeneration Project. B’referenza għall-artiklu 7 tal-istess kuntratt nixtieq nirrimarka li l-vettura msemmija qed tintuża għall-ħtiġijiet tal-GHRC u mhux għall-użu taċ - chairman biss.

Transport Malta – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan il-kuntratt jinkludix l-użu ta’ karozza u/jew xufier?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta ma huwa qed jitħallas xejn aktar minn kemm kien jitħallas il-Kap Eżekuttiv ta’ qablu. Sadanittant huwa qed jassumi wkoll ir-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ Chairman tal-Bord u ta’ dan ir-rwol ma huwa qed jieħu ebda ħlas.

Tribunal Industrijali — chairman

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa minn chairman tat-Tribunal Industrijali b’effett mit-8 ta’ Lulju 2013? Jekk dan huwa veru x’inhi r-raġuni? Hija konxja li l-ħidma tat-Tribunal Industrijali waqfet ħesrem għad-detriment ta’ ċittadini li qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant u nikkonferma li fil-każ tal-persuna msemmija ġiet aċċettata l-offerta tar-riżenja li bagħat lil-Ministeru. Nikkonferma li ġie appuntat Chairman ieħor biex b’hekk ix-xogħol tat-Tribunal ikun jista jitkompla, għalkemm iċ-chairperson in kwestjoni bħal dawk kollha li r-riżenja tagħhom ġiet aċċettata seta jkompli jisma l-każi li kellu mibdija u jkompli jitħallas pro rata. Iċ-chairperson tat-Tribunal Indusrijali jiġi maħtur għal terminu ta’ żmien. It- Tribunal jista jinbidel meta tinħass il-ħtieġa. Meta qed titkellem fuq id-detriment lejn iċ-ċittadin, jidher li l-Onor Interpellant mhix konxja tal-fatt li hemm każi tat-Tribunal li damu s-snin biex jinqatghu. Ix-xogħol tat-Tribunal ilu jaqa’ lura għal ħafna snin u hemm bżonn li din il-problema tkun indirizzata.

Forzi Armati — Suldati stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn wara d-9 ta’ Marzu 2013 kemm kien hemm suldati li kienu stazzjonati l-Berġa ta’ Kastilja u li tneħħew minn hemm, u jgħid fejn huma llum? Jista’ jgħid kemm hemm suldati li llum huma stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja u li sad-9 ta’ Marzu ma kenux stazzjonati f’din il-Berġa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara d-9 ta’ Marzu 2013 tneħħew sitt suldati mill-Berġa ta' Kastilja. Minn dawn, wieħed qiegħed mas-Citizenship and Expatriate Affairs u ħamsa qegħdin l-Ewwel Riġment, B company. Kienu tmienja s-suldati li sad-9 ta’ Marzu 2013 ma kienux stazzjonati f’din il-berġa u li wara din id-data ġew stazzjonati fil-Berġa ta’ Kastilja.

Ftuħ ta’ Għases tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu għases tal-Pulizija mid-9 ta’ Marzu 2013 s’issa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej proċess biex l-Għasses tal-Pulizija jsiru aktar effettivi u jintużaw bl-aħjar mod possibli.

Konsulenti tal-Gvern — Kuntratt mhux iffirmat

Question

Billi ġie rappurtat li kien hemm min intalab li jservi ta' konsulent tal-gvern u aċċetta iżda għadu ma ġiex iffirmat il-kuntratt, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti li għadu ma ġiex iffirmat il-kuntratt magħhom u għaliex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fil-mument ma hemmx kuntratti ta’ konsulenti mas-Segretarjat tal-Prim Ministru li mhumiex iffirmati.

ex-segretarji permanenti — rwol preżenti

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid is-Segretarju Parlamentari Ewlieni, liema xogħol jew proġetti għadda f’idejn is-segretarji permanenti l-“qodma”? Jista' din l-informazzjoni jgħidha skont il-ħidma li qed jagħmlu l-eks segretarji permanenti fuq livell individwali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 1503.

Ħatra ta’ Ambaxxaturi ġodda

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 197, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed jinħatru l-ambaxxaturi l-ġodda ta’ Malta?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-kriterji prinċipali huma dawk ta' fiduċja, lealtà, kompetenza u disponibiltà li jaqdu lill-pajjiż.

Bidla ta’ Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-ambaxxaturi li se jinbidlilhom il-posting fejn huma bħalissa u fejn se jintbagħtu?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill Onor Membru illi l-Ambaxxaturi li ġew infurmati li se jinbidel il-posting tagħhom għall-Ambaxxata oħra huma: Isem Mill-Ambaxxata Fejn Intbgħatu Pierre Clive Agius Pariġi Warsaw Carmel Inguanez Ruma Tunis Vanessa Frazier Brussel Ruma Raymond Sarsero Moska Ministeru għal Affarijiet Barranin Theresa Cutajar New Delhi Ministeru għal Affarijiet Barranin Charles Sultana Kuwait Ministeru għal Affarijiet Barranin Joseph Cole Washington Ministeru għal Affarijiet Barranin Stephen Borg Rijadh Ministeru għal Affarijiet Barranin

Korpi Diplomatiku – bidla f’postings

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-diplomatiċi /jew staff fil-Korp Diplomatiku u/jew ambaxxati li se jinbidlilhom il-posting, fejn huma bħalissa u fejn se jintbagħtu?

Response (VELLA, GEORGE)

L-Uffiċċjali tal-Klassi Diplomatika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin li inbidlilhom il-posting mill-Ambaxxata fejn kienu u ntbagħtu f’Ambaxxata oħra huma s-segwenti: Isem Mill-Ambaxxata Fejn intbagħtu Ambaxxata ta’ Malta / Tmiem ta’ kariga / Ministeru għall-Affarijiet Barranin Hanan El Khatib Londra Madrid Albert Grech Beijing Cairo Melvyn Mangion Dublin Dipartiment tal-Pulizija Carmel Mifsud Melbourne Antoinette Cutajar Madrid Ministeru għall-Affarijiet Barranin Patrick Mifsud Brussels (PREU) Ministeru għall-Affarijiet Barranin Rigward l-Ambaxxaturi li ser jinbidlilhom il-posting, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3903.
Leg 12 PQ #3905 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Spiża kurrenti għal kura tal-ażma

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1065 u 2549, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża kurrenti fis-sena li jonfoq il-Ministeru għas-Saħħa għal kura tal-ażma? Jista’ jagħti breakdown ta’ din in-nefqa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ispiża għall-kura tal-ażma għall-perjodu Jannar sa Diċembru 2012 kienet tlaħħaq is-somma ta’miljun, seba mija ħamsa u sebgħajn elf, sitt mija u erbgħa u sittien ewro (€1,757,664). Pagi Sptar Mater Dei €291,244 Mediċina Sptar Mater Dei €1,391,420 Konsulenti Sptar Mater Dei €75,000 Total €1,757,664
Leg 12 PQ #3906 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa u l-Isptar Mater Dei – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-operat tal-Isptar Mater Dei u/jew fil-Ministeru għas-Saħħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija mhuwiex impjegat tal-Isptar Mater Dei u għaldaqstant l-Isptar mhux f’pożizzjoni li jagħti l-kummenti tiegħu.
Leg 12 PQ #3907 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Advanced Pharmacy Practitioners — appointments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments tal-Advanced Pharmacy Practitioners li r-riżultat tal-interviews għalihom ħareġ fit-22 ta’ Frar 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minħabba l-approvazzjoni tal-ħatriet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, għaldaqstant il-mistqosija trid issir lill-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #3896 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xandira dwar il-mitt jum tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ipproduċa x-xandira li saret fl-okkażjoni tal-mitt jum tal-Gvern Laburista? Kemm intalbu quotations? Mingħand min? Jista’ jpoġġi kopja tagħhom u tar-risposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #3897 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara tal-President tal-Kunsill tal-Ewropa – tender/quotations

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret għaż-żjara tal-President tal-Kunsill tal-Ewropa? Inħarġet tender jew saret bi quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi kopja tagħhom u tar-risposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-aħħar xhur f’pajjiżna ma saret ebda żjara mill-President tal-Kunsill tal-Ewropa.
Leg 12 PQ #3898 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-mediċini humiex out-of-stock: a) QV Cream; b) Ventolene; ċ) Remeprazole Omeprazole – 20mg; u d) Xanax 0.5? Jekk iva, għal liema raġuni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-mediċina msemmija fil-mistoqsija: a) QV cream – Bath Emollient huwa in stock fl-istores tal-POYC Unit b) Salbutamol Inhaler [Ventolin Inhaler] – Dan wasal illum fl-istores tal-POYC Unit, u ser jitqassam b’urġenza lill-ispiżeriji kollha fl-Iskema sa nhar il-Ħamis 3 ta’ Ottubru. c) Omeprazole 20mg capsules huma in stock fl-istores tal-POYC Unit d) Xanax 0.5 – Alprazolam, mhux fil-Lista tal-Formolarju tal-Gvern.
Leg 12 PQ #3899 Sitting 55 2013-09-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Injezzjoni tal-Aclasta

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 520 u 2537, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tibda tingħata għajnuna lill-pazjenti li jridu jixtru l-injezzjoni tal-Aclasta minħabba l-bone density?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-injezzjoni tal-Aclasta (zoledronic acid 5mg soluzzjoni għall-infużjoni) tinsab fil-Formolarju tal-Gvern tal-Isptar u bħalissa tingħata b'xejn lill-persuni li għandhom il-marda tal- ‘Paget’ jew Osteoporosi minħabba sterojdi li jittieħdu fit-tul kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Skont id-dettalji li jinsabu fuq il- ‘ web site’ tad- Direttorat ta Servizzi Farmaċewtiċi din il-lista fil-Formolarju kienet ġiet ippublikata fil- 15/7/2013

Residenza San Vinċenz de Paul – ħidma tas-Segretarju Parlamentari u deputat Laburista

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamenti 542, 1500, 2892, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-guidelines li jirregolaw il-ħidma u l-operat tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u tad-Deputat Laburista li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ngħata inkarigu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fetaħ uffiċċju f’din ir-Residenza? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u benefiċċji għandu d-Deputat għal din il-ħidma? Qed jingħata karozza għall-użu uffiċjali u/jew personali? Jekk iva, jista' jgħid x’tip ta’ karozza, minn fejn qed tinkera, b’liema rata u ħarġitx sejħa għall-kiri ta’ din il-karozza?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 2543, 2544 u 2892.

Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxaturi li s’issa ġew infurmati li mhux se jibqgħu ambaxxaturi? Min huma, u min se jieħu posthom?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Membru illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin informa lill-Ambaxxaturi imsemmija li kienet ser tintemm il-ħatra tagħhom. Qieghed nuri wkoll l-ismijiet tal-Ambaxxaturi l-ġodda li ġew appuntati fl-Ambaxxati u r-Rappreżentanza Permanenti rispettivi. Isem Grad Missjoni barra l-pajjiż Ambaxxatur Ġdid Joseph Cassar Ambaxxatur Beijing Clifford Borg Marks Karl Xuereb Ambaxxatur Berlin Albert Friggieri Colin Scicluna Ambaxxatur Vienna Keith Azzopardi Joseph Licari Ambaxxatur Kunsill tal-Ewropa Strasbourg Joseph A Filletti Walter Balzan Ambaxxatur Ateni Charles Stafrace Raymond Sarsero Ambaxxatur Moska Charles Brincat Francis Tabone Kummissarju Għoli Canberra Charles Muscat Tanya Vella Ambaxxatur Madrid Mark Micallef Vicky Anne Cremona Ambaxxatur Tunis Carmel Inguanez Joseph Zammit Tabona Kummissarju Għoli Londra Norman Hamilton Godwin Montanaro Ambaxxatur Warsaw Pierre Clive Agius Theresa Cutajar Kummissarju Għoli New Delhi John Aquilina Victor Camilleri Ambaxxatur Tripoli Emanuel Galea Charles Sultana Ambaxxatur Kuwait Patrick Cole Joseph Cole Ambaxxatur Washington Marisa Micallef Stephen Borg Ambaxxatur Riyadh

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati detailed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi u min joħroġ tali salarju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif dwar impjegati fid-dekasteru tiegħi li għandhom permess jagħmlu xogħol ma' xi entità mhux governattiva (NGO) jew li qegħdin fl-istadju li r-rilaxx tagħhom jiġi mġedded, inkluż trade unions.