Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li lista ta’ persuni u kumpaniji li qed jipprovdu servizzi ta’ konsulenza lill-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skont il-prassi imdaħħla mill-Gvern preċedenti, mhux opportun li tingħata informazzjoni rigward kundizzjonijiet u remunerazzjonijiet minħabba li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.
Leg 12 PQ #4589 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva –konsulenti legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern għandu konsulent wieħed, Dr Stefano Filletti, li jagħti konsulenza legali lid-Dipartiment. Dan il-konsulent jitħallas an all inclusive retainer ta’ €2500 (inclusive of VAT) kull 4 ġimgħat, għal xogħol ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa. Dan il-kuntratt ġie ffirmat fil-15 ta’ Frar 2013 b’effett mill-25 ta’ Jannar 2013. L-Awtorita` tal-Ambjent u l-Ippjanar għandhom konsulenza waħda ma’ Abela Advocates sa mill-2001, bi ħlas annwali ta’ €30,300.50 (inclusive of VAT).
Leg 12 PQ #4590 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja – konsulenti legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija: Isem Data tal-Kuntratt Tip ta’ Kuntratt Remunerazzjoni kull erba’ ġimgħat Segretarjat Parlamentari ghall-Gustizzja NIL NIL NIL Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja *Dr. Noel Bartolo LL.D 07.5.2012 For Service €466 (exclusive of VAT) *Dr. Marion Camilleri LL.D 27.8.2012 For Service €466 (exclusive of VAT) *Dr. Marie Eugenie Formosa LL.D 21.10.2013 On Trust Basis on EU Affairs € 932 Ufficcju tal-Avukat Generali: NIL NIL NIL Il-Justice Unit *Dr Vanni Bruno LL.D *Dr Antoine Barbara 21.3.2012 26.5.2010 On TrustBasis Adviser €2,866 €1,076 Nutar tal-Gvern: NIL NIL NIL Ċentru dwar l-Arbitragg ta’ Malta NIL NIL NIL Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta NIL NIL NIL Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni NIL NIL NIL Qrati u Tribunali (Għawdex ) *Dr Joseph Ellis 13.7.2000 Indefinit 232.92 (Kull xahar) *Il-kuntratti kurrenti ta’ dawn il-konsulenti legali mhux se jkunu mehmuża ma’ din ir-risposta minhabba l-att dwar il-protezzjoni u l-privatezza tad-data.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda konsulent legali fil-Ministeru, fid-dipartimenti w fl-entitatjiet konċernati.

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda konsulent legali fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, fid-dipartimenti u l-entitajiet konċernati.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għandu kuntratt wieħed ma' ditta ta' konsulenti legali. Qed inpoġġi kopja ta' dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4594 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiuuju tal-Ministeru għat-Turiżmu, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #4583 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tal-IVF – għażla ta’ speċjalisiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min fil-Ministeru għas-Saħħa se jkun qed jagħżel l-ispeċjalisti biex jaħdmu fil-qasam tal-IVF offrut mill-Gvern?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hekk kif stabilit bħala proċedura, il Ministeru għas-Saħħa ħattar selection board bie jintgħażlu il profesjonisti minn ħdan id-dipartiment tas-saħħa li applikaw wara is-sejħa ta’espressjoni ( Expression of Interest) għal l-ispeċjalisti biex jaħdmu fil-qasam tal-IVF offrut mill-Gvern, u li din is-sejħa ħarġet f’Settembru 2013.
Leg 12 PQ #4584 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tal-IVF – iffriżar ta’ embrijuni u oocytes

Question

Peress li lejn l-aħħar tat-tender document tal-IVF hemm referenza għall-oocytes u għall-cryopreservation ta’ embrijuni, jista’ l-Ministru jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara fuq aspett daqstant delikat f’dan il-qasam? Se jkun hemm iffriżar ta’ embrijuni jew le? Se tintuża t-teknika tal-oocyte vitrification jew le?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għal Kap 483 sezzjoni 7, tal-ATT Nru. XXI tal-2012. (ATT sabiex jipprovdi protezzjoni għal embrijuni umani u materji anċillari oħra). Ninsab infurmat Skond Artiklu 7 ta' dan l-Att li kull forma ta’preservazzjoni, inkluż il-krijopreservazzjoni ta’embrijuni, hija projbita u kull min jikser xi dispożizzjoni ta’ dan l-artiklu ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux anqas minn ħamest elef ewro ( 5,000) u mhux aktar minn ħmistax-il elf ewro( 15,000) jew priġunerija ta’ mhux aktar minn tliet snin jew dik il-multa u l-priġunerija flimkien. Iżda meta t-tresferiment fil-ġuf tal-embrijun fertiliżżat ma jkunx possibli minħabba forza maġġuri gravi u ppruvata li ma tkunx preveduta fil-mument tal-fertiliżżazzjoni, dawn l-embrijuni jistgħu jiġu preservati sad-data ta’ dak it-trasferiment liema trasferiment għandu jsir mill-aktar fis possibli. Ukoll meta jsir xi ksur ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan l-ATT, l-Awtorita tista’ tordna l-iffriżar ta’ xi embrijuni sabiex tiġi preservata l-ħajja tiegħu. Artklu 4 tal-Istess Att jagħti setgħa lill- l-Awtorità biex tagħti għal adozzjoni ċelloli tal-bajd fertilizzati, fil-każ meta, wara li ssir il-fertilizzazzjoni taċ-ċelloli tal-bajd iżda qabel ma ssir l-impjantazzjoni tal-embrijuni fil-ġuf, tmut il-mara jew fil-każ meta għal xi raġuni oħra, dik l-impjantazzjoni ma tistax issir.
Leg 12 PQ #4585 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ingaġġ ta’ infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw infermiera, wara s-sejħa għall-impjieg immedjat ta’ infermiera li ħarġet fit-13 ta’ Settembru 2013? Kemm ġew ingaġġati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fit-13 ta' Settembru ma ħarget l-ebda sejħa għall-infermiera.

Tlugħ tal-Lotterija tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ kontroll u verifika qed isir fit-tlugħ tal-Lotterija tal-VAT peress li fix-xahar ta’ Mejju 2013 persuna telgħulha żewġ biljetti għal rebħ totali ta’ €23,294 u fix-xahar ta’ Ġunju 2013 persuna oħra telgħulha żewġ biljetti wkoll b’rebħ totali ta’ €828?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħal Far – open centre — tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li voluntiera Maltin li qed jaħdmu mat-tfal tal-immigranti f’Ħal Far mhux qed jitħallew ikomplu bil-ħidma tagħhom? Minnu li f’att ta’ vandaliżmu saret ħsara f’apparat biex jilagħbu t-tfal? Minnu li dawn il-voluntiera tteħdilhom spazju li kienu qed jużaw bħala store għall-materjal li ġie permezz ta’ donazzjonijiet mill-poplu Malti? X’qed jagħmel il-Gvern biex jipproteġi tfal li jinsabu fl-open centres f’pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab informat li mhuwiex minnu illi il-grupp imsemmi ma tħalliex ikompli l-operat biex iqassam donazzjonijiet miġbura. Li ġara biss huwa li t-tmexxija taċ-ċentri esiġiet li l-operat tal-volontarji isir fil-qafas tal-operat taċ-ċentru. Għal dan il-għan kienet saret laqgħa mal-volontiera bl-iskop li t-tajjeb ikompli jsir, imma f'kuntest li jirrispetta l-għanijiet tac-centri miftuħa. Ninsab informat ukoll li ma ttieħed l-ebda store tal-volontiera, għax il-volontiera qatt ma kellhom store tagħhom, imma kienu juzaw dak taċ-ċentru. Kull att ta' vandalizmu jiġi rappurtat lill-Pulizija; jekk l-Onor. Interpellant waslitilha xi informazzjoni rilevanti hija mħegga tgħaddiha lill-Pulizija. Il-minuri mhux akkumpanjati fl-open centres huma protetti permezz ta' Ordni ta' Ħarsien, filwaqt li nappoġġjaw lill-ġenituri tat-tfal biex dawn ukoll imorru l-iskola u japprofittaw minn opportuntajiet oħra ta' zvilupp olistiku.
Leg 12 PQ #4588 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenti legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #4577 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sejħa għall-infermiera ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li damet ma ħarġet is-sejħa għall-infermiera ġodda mas-settur pubbliku?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sejħa ħarġet minnufiħ hekk kif kien hemm approvazzjoni finanzjarja għall-vakanzi.
Leg 12 PQ #4578 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Settur tas-Saħħa – laqgħat ma’ unions tal-ħaddiema

Question

Jista l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm-il laqgħa uffiċjali kellu mal-unions tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, partikolarment l-MUMN u l-MAM? Saret konsultazzjoni mal-unions fuq il-ħtiġijiet f’dan is-settur? Jekk iva x’ħareġ minn din il-konsultazzjoni? Jekk le, meta beħsiebu jiltaqa’ u jikkonsulta magħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn Marzu, 2013 sal- lum saru diversi laqgħat mal- Unions kollha skont il- ħtigijiet tal- Ministeru. Saru ukoll laqgħat ta' kunsultazzjoni mal- Unions kollha fuq diversi problemi li oriġninaw minn l- iffirmar ta' ftehim settorali taħt l- amministrazzjoni preċedenti. Huwa l- għan prinċipali li l-Ministeru jibqa' jikkonsulta mal- Unions għal ġid tal- partijiet involuti speċjalment il- ħaddiem. Se jsiru laqgħat ta konsultazzjoni fuq diversi materji oħra relatati mat- tmexxija tal qasam tas saħħa.
Leg 12 PQ #4579 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet tan-Knee u Hip replacement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar kemm saru operazzjonijiet tan-knee u hip replacement mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kemm kienet iż-żieda jew tnaqqis fin-numru ta’ operazzjonijiet meta mqabbla mal-istess perijodu tas-sena 2011 u s-sena 2012?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet tat-total knee replacement u total hip replacement irreġistrati li saru minn Marzu sa l-aħħar ta’ Awwisu minn 2011sa 2013 fl-Isptar Mater Dei. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ppjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency). Operazzjoni Marzu April Mejju Gunju Lulju Awwissu Total (Mar-Aww) 2013 Total (Mar-Aww) 2012 Total (Mar-Aww) 2011 Total Hip Replacment (81.51) 14 20 15 5 13 11 78 72 55 Total Knee Replacement (81.54) 52 59 61 25 61 55 313 346 235
Leg 12 PQ #4580 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Hip Prosthesis – out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li l-operazzjonijiet tal-hip replacement mhux qed isiru għax il-hip prosthesis huma out-of-stock? X’rimedji qed jieħu l-Gvern biex isolvi din il-problema? Kemm ilha għaddeja? Meta se jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onorevoli Membru għandha tkun taf li ngħatat informazzjoni ħazina. Kif għandha tkun taf tajjeb hi mill-esperjenza tagħha fil-Ministeru tas-Saħħa fis-snin li għaddew, il-hip prosthetics jinxtraw skont il-ħtiega f’dak li hu magħruf bħala pay per use u allura ma jkunux out of stock.
Leg 12 PQ #4581 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tal-IVF — Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dan li ġej fuq is-sejħa permezz ta’ tender għas-servizz tal-IVF: a) Il-Gvern se jżomm mal-parametri tal-liġi kif kienet diskussa ampjament fil-Parlament taħt Gvern Nazzjonalista jew beħsiebu jagħmel xi emendi; b) Se juża l-apparat fl-Isptar Mater Dei jew se juża l-apparat tal-isptarijiet privati; c) Se jħarreġ nies f’dan il-qasam jew se juża s-servizz privat; d) X’ħareġ mill-workshop tat-18 ta’ Settembru 2013; e) X’ħareġ mill-clarfication meeting tat-23 ta’ Settembru 2013; u f) Saret xi tip ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders f’dan il-qasam?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.