Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5476 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li jgawdu minn status diplomatiku u immunità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se tgawdi minn status diplomatiku u immunità? Jekk iva, hemm ftehim mal-pajjiżi li fihom se taħdem din il-persuna? Liema eżattament huma l-pajjiżi Ażjatiċi li fihom se taħdem? Jista’ jgħid jekk dawn jinkludux il-Korea ta’ Fuq? Din il-persuna se tirrispondi għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin (bħala diplomatiku) jew għall-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar? X’se jkun ir-rwol tal-ambaxxatur Malti f’Beijing u kif se jaħdem ma’ din il-persuna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4779

Chairman tat-Tribunal Industrijali

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa minn chairman tat-Tribunal Industrijali b’effett mit-8 ta’ Lulju 2013? Jekk dan huwa veru x’inhi r-raġuni? Hija konxja li l-ħidma tat-Tribunal Industrijali waqfet ħesrem għad-detriment taċ-ċittadini li qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4780.

Volontarjat — żgħażagħ

Question

Peress li fit-28 ta’ Settembru 2013, waqt konferenza fuq il-Volontarjat, il-Ministru Helena Dalli qalet li “Aktar nies, speċjalment iż-żgħażagħ, għandhom jiġu mħeġġa mill-Gvern u mis-soċjetà ċivili biex jagħmlu xogħol volontarju mal-NGOs, tista’ l-Ministru tgħid kif il-Gvern jista’ jinkoraġixxi lin-nies jinvolvu ruħhom fl-NGOs meta fl-istess nifs, naqqas l-għajnuna finanzjarja lill-NGOs permezz tal-fondi tal-MEUSAC?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4781

Unions u NGOs – għajnuna finanzjarja mill-MEUSAC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-unions u NGOs li se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-MEUSAC? Kemm hu l-ammont eżatt li se tingħata kull Union u NGO din is-sena u kemm kien l-ammont li kienu qed jingħataw l-istess unions u NGOs fl-2009, 2010, 2011 u l-2012?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4782

Ambaxxaturi ġodda

Question

B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903 u 3904, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li d-diplomazijai hija l-professjoni tagħhom u liema huma dawn l-ambaxxaturi?

Response (VELLA, GEORGE)

Din il-mistoqsija hija kelma b'kelma bħal mistoqsija parlamentari 4783 magħmula mill-istess Onor. Membru, li r-risposta tagħha ngħatat fit-18 ta' Novembru, 2013.
Leg 12 PQ #5470 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat mal-Gvern Ċiniż fuq il-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tip ta’ ftehim bejn il-Partit Laburista u l-Gvern Ċiniż u/jew entitajiet oħra Ċiniżi fuq l-Korporazzjoni Enemalta qabel l-Elezzjoni Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jistqarr bla ebda ekwivoku li dak li ġie ffirmat mill-Gvern Malti fiċ-Ċina f’Settembru 2013 m’għandu l-ebda rabta maż-żjarat li hu u/jew rappreżentati oħra tal-Partit Laburista għamlu fiċ-Ċina meta kienu fl-Oppożizzjoni fl-2010 u fl-2012?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4773.
Leg 12 PQ #5471 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntatti maċ-Ċina — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid: a) Meta saru l-ewwel kuntatti maċ-Ċina? Kif saru? Ma’ min? Minn min? b) Meta saret l-ewwel laqgħa? Min kien preżenti? F’liema kariga? c) Id-data eżatta ta’ meta fetħu n-negozjati? d) Jekk kienx hemm sensar jew medjatur involut? Jekk iva, min kien u x’tip ta’ ftehim sar miegħu jew magħha? Kemm se jieħu jew tieħu flus wara li jsir dan il-ftehim?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4774.
Leg 12 PQ #5472 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-aħbarijiet dwar il-mitt jum tal-Gvern — armar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3894 u jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret dwar il-mitt jum tal-Gvern Laburista? Inħarġet tender jew saret permezz ta' quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotations u r-risposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4775
Leg 12 PQ #5473 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-aħbarijiet dwar żjara ta’ President — armar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret għaż-żjara tal-President Van Rompuy f’Lulju 2013? Inħarġet tender jew saret quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi kopja tal-quotations u r-risposti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 4776
Leg 12 PQ #5474 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Advanced Pharmacy Practitioners — appointments

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3907, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments tal-Advanced Pharmacy Practitioners li r-riżultat tal-interviews għalihom ħareġ fit-22 ta’ Frar 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor. Interpellant tara r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5652.
Leg 12 PQ #5475 Sitting 89 2013-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pożizzjoni mal-Korea ta’ Fuq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni ċara u inekwivoka tal-Gvern Malti fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq u l-ksur fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem f’dan il-pajjiż? Peress li fit-13 t’April 2012, il-Prim Ministru (dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni) kien stqarr li “jispera li kollox ikompli miexi sewwa fil-Korea ta’ Fuq”, għadu tal-istess fehma? Jekk iva, x’hemm miexi sew fil-Korea ta’ Fuq? Kif biħsiebu jikkollabora mall-Korea ta’ Fuq u fl-istess waqt jonora l-obbligi ta’ pajjiżna fuq il-politika Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsijiet parlamentari 4778 u 4497.

għaqdiet mhux governattivi – għajnuna finanzjarja

Question

Peress li fit-28 ta’ Settembru 2013, waqt konferenza fuq il-Volontarjat il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qalet li “Aktar nies, speċjalment iż-żgħażagħ, għandhom jiġu mħeġġa mill-gvern u mis-soċjetà ċivili biex jagħmlu xogħol volontarju mal-NGOs.” , tista’ l-Ministru tgħid kif il-Gvern jista’ jinkoraġixxi lin-nies jinvolvu ruħhom fl-għaqdiet mhux governattivi meta fl-istess nifs naqqas l-għajnuna finanzjarja lill-dawn l-għaqdiet permezz tal-fondi tal-MEUSAC?

Response (DALLI, HELENA)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Membru li l-fondi li kienu jingħataw lill-NGOs mill-MEUSAC permezz tal-Fond għas-Soċjeta’ Ċivili ma setgħux jingħataw fl-2012 peress li l-Gvern Nazzjonalista kien naqqas il-vot tal-MEUSAC b’€200,000 mill-2011 (tnaqqis ta’ 18%). Il-Gvern preżenti ndirrizza din is-sitwazzjoni u wara ntervent li għamilt mal-Ministeru tal-Finanzi, kif kelli l-okkazjoni inħabbar fl-4 ta’ Ottubru, waqt laqgħa tal-Prim Ministru mal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, nstabet soluzzjoni dwar il-fondi tas-soċjetà ċivili li kienu mwegħda mill-Gvern preċedenti iżda qatt ma kienu allokati fil-budget. B’hekk, l-għaqdiet ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem bil-programmi li kienu kkommottew ruħhom għalihom. Minbarra dan, kif kelli l-okkażjoni ngħid meta kont qed nindirizza seminar fuq ix-xogħol volontarju organizzat mill- Malta Health Network fit-28 ta’ Settembu, il-MEUSAC jagħti assistenza teknika lill-NGOs u organiżżazzjonijiet oħra fis-soċjeta` ċivili, inkluż unjins, meta japplikaw għall-finanzjament tal-UE. B’dan il-mod, il-gvern, permezz tal-MEUSAC, irid jiżgura li s-soċjeta` ċivili jkollha aċċess aħjar għall-fondi tal-UE. Fil- programm finanzjarju 2007-2013 il-MEUSAC assista diversi entitajiet biex japplikaw għad-diversi programmi ta’ fondi tal-UE bħal: Youth in Action Programme, Lifelong Learning Programme, Europe for Citizens Programme, European Social Fund, European Refugee Fund, European Fund for the Integration of Third Country Nationals, European Regional Development Fund fost oħrajn. Issa li wasal biex jintemm il-programm finanzjarju tal-UE 2007-2013, il-MEUSAC ser ikun impenjat biex jippromwovi l-programmi l-ġodda li ser timplimenta l-UE bejn l-2014-2020 u jassisti lil NGOs biex jidenitifikaw opportunitajiet filwaqt li jassisti fil-proċess ta’ sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

għaqdiet mhux governattivi – għajnuna finanzjarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-unions u għaqdiet mhux governattivi li se jingħataw għajnuna finanzjarja mill-MEUSAC? Kemm hu l-ammont eżatt li se tingħata lil kull union u għaqda mhux governattiva din is-sena u kemm kien l-ammont li kienu qed jingħataw l-istess unions u għaqdiet mhux governattivi fl-2009, 2010, 2011 u 2012?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti għas-sena 2013 għadhom ma nħarġux u bħalissa l-MEUSAC qed jilqa’ applikazzjonijiet biex jingħataw il-fondi għas-sena 2013. Ninformha wkoll li qed inpoġġi lista fuq il-mejda tal-kamra bid-dettalji l-oħra mitluba.

Ħatra ta’ Ambaxxaturi ġodda

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903 u 3904, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li d-diplomazija hija l-professjoni tagħhom u liema huma dawn l-ambaxxaturi?

Response (VELLA, GEORGE)

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 3902, 3903, 3904, l-Ambaxxaturi li d-diplomazija hija l-professjoni tagħhom huma dawn :- Pierre Clive Agius Career Diplomat Stephen Borġ Career Diplomat Theresa Cutajar Career Diplomat
Leg 12 PQ #4784 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – rwol ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3906, jista’ l-Ministru jgħid, ladarba l-persuna, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mhux impjegat tal-Isptar Mater Dei, xi rwol għandu fl-istess Sptar? B’liema awtorità qed ikun preżenti fl-Out Patients tal-istess Sptar? Għax-xogħol li qed jagħmel qed jitħallas jew qed jaħdem b’mod volontarju? Dan il-persuna qed jinvolvi ruħu f’investigazzjonijiet mediċi fuq pazjenti jew qed jagħmel xogħol ta’ osservatur? F’isem min qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-peruna li hemm referenza għaliha, mhux impjegat tal-Isptar Mater Dei iżda għandu rwol ta’ għalliem.

Pixxina Nazzjonali – temperatura tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-ilma tal-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq mhux qed jissaħħan? Jekk beda jissaħħan, meta beda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ilma tal-pixxina nazzjonali kien u għadu qed jissaħħan. L-ilma beda jissaħħan mill-Ġimgħa 11 ta' Ottubru, meta beda jiksaħ l-ilma.
Leg 12 PQ #5469 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Communication Co-Ordinators — korsijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Communication Co-ordinators li siefru Londra nhar il-Ħadd 27 t’Ottubru 2013 kinux fuq żjara uffiċjali jew privata? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li siefru flimkien u min kienu? X’tip ta’ kors qed jattendu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Dan il-Gvern qed jadotta politika ċara favur taħriġ u żvilupp tal-ħaddiema tiegħu, bl-istess mod kif qed jinċentiva t-taħriġ għall-ħaddiema fil-privat b’diversi skemi li tħabbru, fost l-oħrajn, fil-Budget 2014. Il-Communications Coordinators f’kull Ministeru rċevew email fis-6 ta’ Awwissu 2013 mic-Centre for Development, Research and Training (CDRT) li fiha kien hemm stedina għal min ried jattendi programm ta’ taħriġ bit-titlu “Government: Image and Communication – the UK Experience”. Tnax-il persuna wieġbet biex tattendi għal dan il-kors. Kull Communications Coordinator għamel request speċifika u b’mod indipendenti minn xulxin lis-Segretarju Permanenti fil-ministeri rispettivi tagħhom. Il-kors sar minn Public Administration International li hija kumpanija bbażata f’Londra. Id-deskrizzjoni tal-kors hekk kif ingħata mill-PAI hija din: “The study programme is designed for government press, communication and information officers, political and general editors from national newspapers, broadcasting organisations and news agencies as well as spokesmen/women from political parties and non-governmental organisations. The programme will also benefit others responsible for communicating with the public. The programme is designed to help those in public communication and information roles understand and make use of the complex range of modern media, both in your country and internationally. A combination of visits and discussions with experts will enable you to understand the strategic basis of good communication and the UK’s experience in seeking to apply it. Mill-2001 lil hawn taħt amministrazzjonijiet differenti kien hemm 17-il persuna li attendiet għal korsijiet tal-PAI.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – konsulenti legali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva –konsulenti legali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #4775 Sitting 84 2013-11-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konferenza tal-aħbarijiet dwar il-mitt jum tal-Gvern — armar għall-konferenza tal-aħbarijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3894 u jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret dwar il-mitt jum tal-Gvern Laburista? Inħarġet tender jew saret permezz ta' quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotations u r-risposti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar