Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — PR u media events
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività, kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala media events kellna dawn it-totali:
Marzu xejn
April xejn
Mejju 1
Ġunju 5
Lulju 2
Awwissu 1
Settembru 1
Ottubru 4
Novembru 2
Diċembru 2
Jannar 18
Frar 7
Marzu 7
Kull event ġiet tiswa medja ta’ madwar €250.
F’dan il-perijodu ġew stampati s-segwenti materjali bis-segwenti dettalji:
Kuntrattur
Attivita
Data
Xahar
Total: 13,220.02
Ikona
Finanzjament tal-Partiti Politici - White Paper - Booklet Design
03/02/2014
Feb-14
566.40
Velprint
Finanzjament tal-Partiti Politici – Printing of Booklets + Sample
31/01/2014
Jan-14
577.50
Ikona
WhistleBlower Leaflet - Design
30/12/2013
Dec-13
246.62
Government Printing Press
Whistleblower Leaflet - Printing
30/12/2013
Dec-13
666.18
Ikona
Justice Reform 3rd Report Book Cover and CD Cover Design
29/11/2013
Nov-13
330.40
Government Printing Press
Justice Reform 3rd Report - Printing
30/12/2013
Dec-13
3927.16
Union Print
Justice Reform Report - CD FOLDER
29/11/2013
Nov-13
112.10
Velprint
Justice Reform 2nd Report – Printing
13/09/2013
Sep-13
4200.00
Ikona
Justice Reform 1st Report - Design
05/06/2013
Jun-13
330.40
Union Print
Justice Reform 1st Report - Printing
11/06/2013
Jun-13
1906.90
Ikona
Gvern li Jisma' 2013 ADVERTS TIMES & Orizzont
20/06/2013
Jun-13
356.36
TOTAL
€
13,220.02
F’kull każ ġew segwiti r-regoli taċ-ċivil, jiġifieri li fejn kien hemm ħtieġa li jinġabru tliet kwotazzjonijiet, sar propju hekk.
Skont ir-regoli taċ-ċivil, sejħa pubblika hi meħtieġa meta l-ħlas de quo jeċċedi s-€6,000. Ebda każ ma kien jaqa’ f’dawn il-parametri.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-24 ta’ Marzu 2014 ġew organizzati erba’ media events li n-nefqa totali fuq tlieta minnhom kienet ta’ €1,867.12. Għadhom qed jinġabru l-invoices tal-aħħar media event. Il-Ministeru segwa l-Procurement Regulations tal-Gvern biex organizza dawn l-attivitajiet.
Xahar
Media Events
Mejju 2013
1
Ġunju 2013
1
Jannar 2014
1
Marzu 2014
1
Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej — PR u media events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-24 ta’ Marzu 2014 ġew organizzati tmien media events li n-nefqa totali fuqhom kienet ta’ €2,519.30. Is-Segretarjat Parlamentari segwa l-Procurement Regulations tal-Gvern biex organizza dawn l-attivitajiet.
Xahar
Media Event
Mejju 2013
1
Lulju 2013
1
Settembru 2013
3
Novembru 2013
1
Dicembru 2013
1
Marzu 2014
1
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija numru 7309 u tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jaħdmu fis-settur pubbliku bħalissa? Kemm kien hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet qabel l-10 ta’ Marzu 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tribunal tal-Appelli tal-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data — Twaqqif
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 7307 tista’ l-Ministru tgħid meta bi ħsiebha twaqqaf it-Tribunal tal-Appelli tal-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data? Minħabba li dan it-tribunal huwa essenzjali għall-proċess demokratiku f'pajjiżna, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se tagħti xi tip ta' kumpens lil min qed ifittex rimedju għal xi tip ta' inġustizzja u ma jistax jagħmel dan għaliex it-tribunal baqa' ma twaqqafx?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-Tribunal tal-Appelli tal-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data ilu li twaqqaf sa mill-31 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant ma narax li hemm relevanza għat-tieni parti tad-domanda.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 7304 tista’ l-Ministru tgħid jekk u meta l-ħolqien tax-xogħol huwiex se jkun fuq l-aġenda tal-MCESD?
Response (DALLI, HELENA)
Filwaqt li l-Onor. Interpellanta f’mistoqsija oħra qed titkellem fuq in-newtralita’ ta’ l-MCESD issa qed tistaqsini x’se jitpoġġa fuq l-aġenda ta’ dan il-Kunsill. Ninformaha li jiena bħala l-Ministru ma nagħżilx x’ikun hemm fuq l-aġenda tal-MCESD.
Ninformaha li f’laqgħat li għaddew dan is-suġġett kien diskuss u ma neskludix li jekk tinħass il-ħtieġa mill-membri li jerġa jkun diskuss.
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-laqgħat tal-MCESD qed isiru fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili? Il-Ministru taf li l-imsieħba soċjali jippreferu jiltaqgħu f'post newtrali u mhux taħt il-kappa ta' Ministru?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-iskop li l-laqgħat tal-MCESD qed isiru fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, huwa sabiex jinqatgħu l-ispejjeż tal-kiri tas-swali u spejjeż oħra marbutin mal-laqgħat u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż għall-MCESD. Meta konna ħriġna b’din l-inizjattiva s-sħab soċjali qablu li din kienet miżura tajba biex jitnaqqas id-defiċit li wiret il-Gvern Laburista fl-MCESD mill-Gvern Nazzjonalista. Dan qed isir mingħajr ma tintmess l-awtonomija tal-Kunsill li jopera bl-aktar mod liberu u ndipendenti.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 4782, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proċess għall-applikazzjoni tal-fondi mill-MUESAC lill-NGOs tlestiex u meta se joħorgu l-pagamenti?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ċ-ċekkijiet lill-NGOs tqassmu fid-19 ta’ Diċembru 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-flus allokati mill-Wasteserv biex titkompla t-tieni u t-tielet fażi tax-xogħol fuq it-toroq tal-Magħtab ġewx allokati għal dan ix-xogħol?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fid-dawl tas-sitwazzjoni prekarja li ntirtet mill-amministrazzjoni preċedenti u fid-dawl tal-budget li għandha l-WasteServ, il-Kumpanija m’għandha l-ebda flus li ġew allokati biex isiru toroq.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jaħdmu fis-settur pubbliku bħalissa? Kemm kien hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet qabel l-10 ta’ Marzu 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miri tal-proġett Gender Balance in Decision Making li qed tmexxi l-NCPE permezz tal-fondi mill-Unjoni Ewropea (ESF3.196)? Tista’ tgħid ukoll min rebaħ is-Service Tender for Research and Policy Recommendation Services marbut ma’ dan l-istess proġett?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miri tal-Proġett Gender Balance in Decision Making huma:
- Li jiżdied in-numru ta’ nisa li jokkuppaw pożizzjonijiet li jirrikjedu teħid ta’ deċiżjonijiet
- Li titrawwem fin-nisa l-konvinzjoni li jistgħu jidħlu għal pożizzjonijiet ta’ teħid tad-deċiżjonijiet
- Li tingħata l-għajnuna u l-pariri meħtieġa lill-policy makers dwar il-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Is-Service Tender for Research and Policy Recommendation Services għadu qed jiġi evalwat u għaldaqstant dan it-tender għadu ma ingħatax.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm kumpaniji f’Malta li ħadu l-Marka tal-Ugwaljanza? Tista’ tgħid sena b’sena kemm kien hemm kumpaniji li ħadu l-istess marka minn meta bdiet din l-iskema fl-2010 sal-lum?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Equality Mark kien ġie żviluppat fi ħdan il-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew Unlocking the Female Potential li kien implementat bejn l-2008 u l-2012. Waqt dan il-perjodu l-NCPE kienet ingaġġat uffiċjal sabiex jieħu ħsieb il-promozzjoni tal-Equality Mark. Xogħolu kien intemm mat-tmiem tal-proġett.
Is-sena l-oħra ġew iċċertifikati dawk il-kumpaniji li kienu lesti kif ukoll sar x-xogħol fuq il-proċess ta’ riċertifikazzjoni ta’ kumpaniji li diġa għandhom l-Equality Mark, liema proċess irid isir kull sentejn.
Bħala totali kien hemm erba’ u ħamsin (54) kumpanija li ħadu l-Marka tal-Ugwaljanza mindu bdiet din l-iskema. Sena b’sena dawn kienu mqassma hekk:
2010 : 10 kumpaniji
2011 : 22 kumpanija
2012 : 19-il kumpanija
2013 : 3 kumpaniji
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4484 u tgħid jekk il-budget tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza (NCPE) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-prattiċi użati mill-gvern preċedenti il-Ministeru għall-Finanzi kien informa lil dan il-Ministeru li mill-Budget allokat għas-sena 2013 għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) tnaqqset is-somma ta’ tletin elf ewro (30,000 ewro).
NGOs u Għaqdiet mis-Soċjetà Ċivili – laqgħat mal-Ministru
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-NGOs, Assoċjazzjonijiet u Għaqdiet mis-Soċjetà Ċivili li ltaqgħet magħhom il-Ministru bħala parti mill-ħidma tagħha fil-qasam tad-Djalogu Soċjali mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.
Tribunal tal-Appelli tal-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk it-Tribunal tal-Appelli tal-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data (Information and Data Protection Appeals Tribunal) ġiex imwaqqaf? Jekk iva, meta ġie mwaqqaf u min huma l-membri? Jekk le, x’inhi r-raġuni li ma ġiex imwaqqaf u meta se jitwaqqaf?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal tal-Appelli tal-Inofrmazzjoni u Protezzjoni tad-Data (Information and Data Protection Appeals Tribunal) għadu ma twaqqafx. Il-proċess biex dan jitwaqqaf għadu għaddej.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux ir-rapporti annwali tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data għas-snin 2012 u 2013? Jekk iva, għalfejn ma ġewx ippubblikati fuq is-sit tal-Kummissarju?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ rapporti msemmija għadhom ma ġewx finaliżati. Rigward ir-rapport tal-2012 dan ittardja peress li kien hemm dewmien biex jitlestew l-Audited Accounts li jagħmlu parti ntegrali mir-rapport annwali.
Dwar ir-rapport tal-2013 ovvjament għadu ma tlestiex għax lanqas għadu għadda xahar mill-għeluq tas-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għal Għawdex, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex għandu konsulent wieħed, li hija konsulent legali. Il-persuna hija Dr Georgine Grech li tagħti s-servizzi tagħha lill-Gozo Channel Company Limited. L-istess persuna ilha tagħti dawn is-servizzi lill-Gozo Channel sa mill-1 ta' Frar 2012. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.