Segretarju Parlamentari għall-ippjanar u simplifikazzjoni amministrattiva — nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta; deċiżjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-persrntaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-ippjanar u simplifikazzjoni amministrattiva?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema pożizzjoni ta’deċizjoni qed jagħmel referenza għalihom.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8707 u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li bħala media events kellna dawn it-totali:
Marzu 2013: 4
April 2013: 14
Mejju 2013: 15
Gunju 2013: 19
Lulju 2013: 22
Awwissu 2013 : 10
Settembru 2013: 6
Ottubru 2013: 21
Novembru 2013: 10
Dicembru 2013: 13
Jannar 2014: 15
Frar 2014: 12
Marzu 2014: 25
April 2014: 13
Mejju 2014: 6
Kull event giet tiswa medja ta’ madwar €225.
F’kull kaz ġew segwiti r-regoli taċ-ċivil , jiġifieri li fejn kien hemm ħtiega li jinġabru tlett kwotazzjonijiet, dan sar hekk .
Skont l-istess regoli, sejħa pubblika hi meħtieġa meta l-ħlas jeċċedi s-€6,000 fejn l-ebda kaz ma kien jaqa f’dawn il-parametri.
Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej — PR u media events
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8711, jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti t-tweġiba sħiħa għall-informazzjoni mitluba u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas-6 ta’ Mejju 2014 ġew organizzati tnax-il media event li n-nefqa totali fuqhom kienet ta’ €5,643.12 Is-Segretarjat Parlamentari segwa l-Procurement Regulations tal-Gvern biex organizza dawn l-attivitajiet.
Xahar
Media Event
Ismijiet tal-Media Events
Nefqa (€)
Mejju 2013
1
Jum l-Ewropa 2013 : B’Għaqal nirbħu l-isfidi
944
Lulju 2013
1
Fondi Allokati b’Għaqal
236
Settembru 2013
3
Estensjoni tal-
Jeremie Fund Agreement
European Regional Development Fund
–
Proġetti b’impjiegi ġodda u ta’ kwalita’
Sejħa għal strateġija ġdida fl-użu tal-Fondi ta’ l-Immigrazzjoni
1,062
Novembru 2013
1
Prijoritajiet Ffukati – Fondi Ewropej – 2014-2020
118
Diċembru 2013
1
Prijoritajiet Ffukati – Fondi Ewropej 2014-2020
41.3
Marzu 2014
1
Malta l-art tal-opportunita’ – Opportunitaijiet għall-intrapriżi żgħar u medji
118
April 2014
4
Ambjent aħjar – Investiment ta’ €25 miljun fl-użu ta’ enerġija nadifa permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
Baħrija to get €3.5 million from
Cohesion Fund
towards a new drainage system
Events to commemorate 10th anniversary since Malta’s accession to the EU announced
Investiment ta’ mhux anqas minn €200 miljun fit-tisħiħ tal-ambjent permezz tal-Fondi Strutturali Ewropej 2014-2020
3,123.82
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali — PR u media events – nefqa totali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8710, jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti t-tweġiba sħiħa għall-informazzjoni miltuba u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas-6 ta’ Mejju 2014 ġew organizzati erba’ media events li n-nefqa totali fuq tlieta minnhom maħruġa minn dan il-Ministeru kienet ta’ €1,867.12. Għadhom qed jinġabru l-invoices ta’ l-aħħar media event. Il-Ministeru segwa l-Procurement Regulations tal-Gvern biex organizza dawn l-attivitajiet.
Xahar
Media Events
Ismijiet tal-Media Events
Nefqa (€)
Mejju 2013
1
Europe Day
1,190.18
Ġunju 2013
1
Gvern li jisma’
676.94
Jannar 2014
1
Back to the F(EU)ture : Lessons from Europe’s Past to help make a better future
Spiża mhux koperta minn dan il-Ministeru
Marzu 2014
1
Gvern li jisma’
Pending Invoice
Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura — PR u media events – nefqa totali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8719, jista’ l-Ministru jagħti t-tweġiba sħiħa għall-informazzjoni miltuba u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4508 u 8719.
Ministru għal Għawdex — PR u media events – nefqa totali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8720, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba sħiħa għall-informazzjoni mitluba u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix aktar xi nżid mar-risposta għal mistoqsija parlamentari 8720.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — PR u media events – nefqa totali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8723, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba sħiħa għall-informazzjoni mitluba u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija li qed tirreferi għaliha, diġa ingħatat.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — PR u media events – nefqa totali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8718, jista' l-Ministru jikkonferma li n-nefqa totali ta' 42 media event organizzati mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet għall-Annimali kienet ta' €250 (+VAT)? Jekk iva, jista' jgħid kif kienet imqassma l-ispiża ta' €5.95 għal kull event u liema kienu l-kuntratturi li pprovdew dawn is-servizzi? Jekk le, jista' jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b'xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali? Kemm kienet l-ispiża ta' kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta' dawn l-attivitajiet? Jista' jgħid jekk ingħażlux wara sejħa pubblika?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet għall-Annimali jikkonferma l-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8718 u inżid li infurmat li mill-events inkwistjoni waħda minnhom biss kienet li swiet is-somma ta’ €250 + VAT. Mgħarraf ukoll mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li din kienet attivita` li saret dwar prodotti ta’ kwalita. L-attivitajiet l-oħra saru bla spiża.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — PR u media events – nefqa totali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8717:
a. jekk l-informazzjoni hi korretta, jista' l-Ministru jikkonferma li saru 114
media events
u l-ispiża medja kienet ta' €47,111.41 + VAT u għalhekk l-ispiża totali ta' €5,370,700.70; u
b. jekk l-informazzjoni hi żbaljata, jista' jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (BRINCAT, LEO)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8717 ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ media events ikkwotat huwa korrett filwaqt li l-ispiża totali kienet ta’ €47,111.41. Il-Ministeru tiegħi la talab, la ippjana jew għandu għad-dispożizzjoni tiegħu miljuni ta’ fondi għall-attivitajiet simili. Kuntrarju għal dak li kien isir fl-imgħoddi l-infiq kollu sar skont ir-regoli finanzjarji u ġie approvat bil-quddiem u mhux wara li kien ikun diġa sar, kif spiss kienet il-prassi taħt Ministri tal-Gvern Nazzjonalista.
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport — PR u media events – nefqa totali
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8716 u 4504, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni li hi nieqsa mit-tweġiba u jgħid fil-perjodu ta' Ottubru 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif huwa dwar kontijiet imħallsa diġà.
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — PR u media events
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8715 u 4503, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni nieqsa mit-tweġiba u jgħid għall-perijodu ta' Ottubru 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif huwa dwar kontijiet imħallsa diġà.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — PR u media events
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8714 u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ir-risposta għal din il-mistoqsija se tingħata f'seduta oħra.
Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva — PR u media events
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8708 u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bhala media events kellna dawn it-totali:
Marzu 2013: xejn
April 2013: 3
Mejju 2013: 3
Gunju 2013: 2
Lulju 2013: 2
Awwissu 2013 : xejn
Settembru 2013: 5
Ottubru 2013: 4
Novembru 2013: 2
Dicembru 2013: 1
Jannar 2014: 1
Frar 2014: 2
Marzu 2014: 3
April 2014: 1
Mejju 2014: 1
Kull event giet tiswa medja ta’ madwar €220.
F’kull kaz gew segwiti r-regoli taċ-ċivil , jiġifieri li fejn kien hemm ħtiega li jinġabru tlett kwotazzjonijiet, dan sar hekk .
Skont l-istess regoli, sejħa pubblika hi meħtieġa meta l-ħlas jeċċedi s-€6,000 fejn l-ebda kaz ma kien jaqa f’dawn il-parametri.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tas-sejħiet għall-media (press calls) kollha li ħarġu mid-Dipartiment tal-Informazzjoni mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Dan huwa it-tagħrif mitlub rigward l-Uffiċċju tal-Prim Ministru:
Marzu 2013: 4
April 2013: 14
Mejju 2013: 15
Gunju 2013: 19
Lulju 2013: 22
Awwissu 2013 : 10
Settembru 2013: 6
Ottubru 2013: 21
Novembru 2013: 10
Dicembru 2013: 13
Jannar 2014: 15
Frar 2014: 12
Marzu 2014: 25
April 2014: 13
Mejju 2014: 6
Rigward Ministeri oħra nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill Ministeri kkonċernati.
Ministru għas-Saħħa — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8729 u jgħid fis-settur tas-saħħa mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Bejn Marzu tal-2013 u April tal-2014 saru mitejn u tlettax (213)-il PR u media event li swew medja ta’ sebgħa u ħamsin ewro punt tlieta ħamsa (€57.35). Ix-xogħol ingħata skont il-procurment regulations tal-Gvern.
Ministru għas-Saħħa — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista' l-Ministru jiċċara t-tweġiba għall-mistqosijiet parlamentari 8729 u 4518 u jikkonferma li:
a. minn Marzu sa Ottubru 2013 saru 11-il
media event
b'nefqa totali ta' €2,009.52? Nefqa medja ta' €182.68;
b. minn Ottubru 2013 sa April 2014 saru 19-il media event b'nefqa totali ta' €2,607.80? nefqa medja ta' €137.25;
ċ. l-informazzjoni tinkludi l-kampanja ta' reklamar ta' roħs fil-kontijiet tad-dawl;
d. kemm kienet in-nefqa totali tal-kampanja tar-reklamar tar-roħs tal-kontijiet tad-dawl;
e. l-informazzjoni tinkludi l-produzzjoni ta' reklami għat-televiżjoni, gazzetti u billboards;
f. l-informazzjoni tinkludi l-ħlas għar-reklamar fuq it-televiżjoni, radju, gazzetti, online u billboards;
g. kemm kienet l-ispiża ta' kull attività, kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjo viżivi;
ġ. kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta' dawn l-attivitajiet; u
h. min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażluz wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mgħotija fir-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 4518 (erbat elef, ħames mija u tmintax) u 8728 (tmint elef, seba’ mija, tmienja u għoxrin) fihom id-dettalji mitluba f’din il-mistoqsija sabiex l-Onorevoli tasal għal konklużjonijiet tagħha.
B’rabta mal-mistoqsijiet l-oħra, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8900 (tmint elef u disa’ mija).
Ministru għall-Finanzi — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8727 u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8726 hija korretta? Jista' jikkonferma li mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum l-uffiċċju tiegħu ma organizza l-ebda PR u media event u l-ebda konferenza stampa tal-ebda settur li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu li saret il-mistoqsija parlamentari li qed issir referenza għaliha, jiġifieri mistoqsija parlamentari 8726 ma saret l-ebda attivita’ ta’ PR li tħallset mill-uffiċju tal-PR fi ħdan il-Ministeru.
Jekk għandek bżonn xi informazzjoni speċifika, nitolbok tkun aktar speċifika fid-domanda.
Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — PR u media events – nefqa totali
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 8721 u tgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tagħha? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività, kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għal perjodu Marzu 2013 sa Settembru 2013 qegħda tidher fit-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4510. L-informazzjoni għal perjodu Ottubru 2013 sa April 2014 għadha qed tinġabar.
Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
(
Ara dokument Nru. 3163 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 182, nhar it-Tnejn 21 ta’ Lulju 2014)